 DRITTIJIET GĦAL SERVIZZI TA’ HANDYMAN ġ L.S.35.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.17
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET
GĦAL SERVIZZI TA’ HANDYMAN
1 ta’ Diċembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 187 ta’ l-1994.
Titolu.
Drittijiet għal Servizzi ta’ Handyman.
Drittijiet.
Kap. 318.
2. (1) Id-drittijiet speċifikati fit-tieni kolonna ta’ l-Iskeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti għandhom jitħallsu lid-Direttur
Ġenerali (Affarijiet Soċjali u tal-Familja) minn persuni anzjani li
ma jkunux għaddew mit-test tal-mezzi kif provdut fit-Taqsima III
tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dawn ir-Regolamenti msejjaħ "it-test
tal-mezzi", u minn persuni b’diżabilità  li ma jkunux hekk reġistrati
u li ma jkollhomx il-karta ta’ identità  speċjali maħruġa mill-
Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità , dwar is-
servizzi ta’ handyman imsemmija fl-ewwel kolonna ta’ l-istess
Skeda.
Kap. 318.
(2) Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet Soċjali u tal-Familja)
għandu jgħaddi l-fondi miġbura mid-drittijiet imħallsa dwar
servizzi kif speċifikati fit-tieni kolonna ta’ l-Iskeda lill-Kumitat
dwar Għajnuna Soċjali mwaqqaf bis-saħħa ta’ l-artikolu 130 ta’ l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
(3) II-persuni msemmija fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament li jissodisfaw it-test tal-mezzi huma eżenti mid-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi sub-regolament.
Eżenzjonijet 
ġenerali.
3. Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet Soċjali u tal-Familja)
għandu jipprovdi s-servizzi ta’ handyman mingħajr ħlas lil dawn il-
persuni li ġejjin:
(a) persuni li jkunu għaddew mit-test tal-mezzi u li fl-
istess ħin ikunu pensjonanti billi jkunu laħqu l-età  ta’
sittin sena, u tingħata preferenza lil dawk li jkunu l-
iżjed anzjani u li jkunu jgħixu waħedhom; u
(b) persuni li jkunu reġistrati bħala persuni b’diżabilità  u
li jkollhom il-karta ta’ identità  speċjali maħruġa mill-
Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità , u
li jkunu qegħdin jgħixu waħedhom:
Iżda l-imsemmi Direttur Ġenerali jista’, jekk ikun
sodisfatt miċ-ċirkostanzi tal-każ, jipprovdi l-istess
servizzi mingħajr ħlas lill-persuni msemmija f’dan il-
paragrafu li, għalkemm ma jkunux jgħixu waħedhom,
ma jkollhomx jgħixu magħhom fl-istess dar persuni li
jkunu kapaċi jagħmlu dak ix-xogħol.
2 L.S.35.17 ħ  DRITTIJIET GĦAL SERVIZZI TA’ HANDYMAN
SKEDA
(Regolament 2)
Servizzi ta’  Handyman
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Partita u Deskrizzjoni tax-Xogħol Dritt
Lm ċ
A XOGĦOL TA’ MASTRUDAXXA
A/1 Tibdil ta’ serratura ....................................... 1.00
A/2 Serratura ġdida .......................................... 2.00
A/3 Tiswija sempliċi fuq tieqa .......................... 2.00
A/4 Bdil ta’ ħġieġ fuq l-injam .......................... 1.00
A/5 Bdil ta’ ħġieġ fuq il-ħadid ......................... 1.00
B KISI U TIBJID
B/1 Tikħil ta’ ċaċċis ta’ bieb ............................... 2.00
B/2 Tikħil ta’ ċaċċis ta’ tieqa .............................. 1.00
B/3 Biex jitħalleb bejt ta’ kamra waħda .............. 3.00
C XOGĦOL TA’ PLUMBER
C/1 Tibdil ta’ W.C. (toilet) ................................. 3.00
C/2 Tibdil ta’ W.C. Combined & Flushing .......... 5.00
C/3 Tibdil ta’ Serpentina u waste pipe (tas-sink) . 3.00
C/4 Tibdil ta’ washer fuq il-vit ta’ l-ilma ............ 1.00
C/5 Tibdil ta’ vit fuq is-sink ............................... 1.00
C/6 Tibdil ta’ water heater (geyser) .................... 5.00
C/7 Tibdil ta’ angle valve ................................... 1.00
C/8 Tibdil ta’ flushing ........................................ 3.00
C/9 Tibdil ta’ flexible pipe .................................. 1.00
C/10 Setting ta’ flushing .................................... 1.00
C/11 Ftuħ ta’ waste pipe ta’ mejjilla/friskatur
(drain) ................................................................... 1.00
C/12 Tibdil ta’ valve ta’ tank tal-bejt .................... 2.00
C/13 Tibdil ta’ pajp tal-ilma (mill-bieb ’l ġewwa -
mhux mirdum) ......................................... 4.00
C/14 Tibdil ta’ friskatur (wash hand basin)
...........
3.00
D ELETTRIĊISTA
D/1 Tibdil ta’ switch ........................................... 1.00
D/2 Tibdil ta’ socket outlet ................................. 1.00
D/3 Tibdil ta’ neon tube bil-ħsara ....................... .50c
D/4 Biex jitwaħħal neon tube flok bozza ........ 2.50
 DRITTIJIET GĦAL SERVIZZI TA’ HANDYMAN ġ L.S.35.17 3
D/5 Biex jitwaħħal socket ġdid ........................... 3.00
D/6 Tiswija ta’ qampiena tal-bieb bil-ħsara ...... 1.00
D/7 Biex titwaħħal qampiena tal-bieb ġdida ........ 3.00
D/8 Biex jinbidel three-pin plug ......................... .50c
D/9 Biex titwaħħal Salva Vita (surface mounted)  4.00
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Partita u Deskrizzjoni tax-Xogħol Dritt
Lm ċ
