 DRITTIJIET GĦALL-ANALIŻI TA’ L-ILMA
TA’ SWIMMING POOLS ġ L.S.35.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.19
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET GĦALL-
ANALIŻI TA’ L-ILMA TA’ SWIMMING POOLS
16 ta’ Ġunju, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 77 ta’ l-1997.
Titolu.
Drittijiet għall-Analiżi ta’ l-Ilma ta’ Swimming Pools.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
"swimming pool" tinkludi kull swimming pool, banju
idroterapewtiku, spa jew spazju artifiċjali ieħor li jkun jesa’ volum
ta’ ilma kbir biżżejjed li jkun qed jintuża jew ikun maħsub li
jintuża għal banju, għal skopijiet rekreattivi, mediċi jew xort’oħra.
Liċenza għall-użu 
ta’ swimming pool 
fi stabbilimenti 
pubbliċi.
3. (a) Is-sid ta’ stabbiliment pubbliku jew kummerċjali
m’għandux jippermetti li persuni jużaw swimming pool
li jkun jinsab fl-istabbiliment tiegħu jekk ma jkollux
liċenza mingħand is-Suprintendent.
(b) (i) Il-liċenza tiġġedded mis-Suprintendent wara li
jgħaddu tnax-il xahar mill-ħruġ tagħha.
(ii) Dik il-liċenza għandha tinħareġ jew tiġġedded
wara ħlas ta’ dritt ta’ Lm50 mal-ħruġ tagħha, u
Lm25 għat-tiġdid tagħha.
(iii) Dik il-liċenza m’għandhiex twaqqaf lill-ebda
korporazzjoni pubblika jew dipartiment tal-
gvern milli jeħtieġu li tinħareġ xi liċenza ohra.
(ċ) Is-Suprintendent jista’ jiċħad li joħroġ jew iġedded,
jew jista’ jirtira, kull liċenza meta, fil-fehma tiegħu, l-
ilma li jkun hemm fis-swimming pool jista’ jkun ta’
ħsara għas-saħħa pubblika.
Analiżi biex tiġi 
stabbilita l-kwalità  
ta’ l-ilma.
4. (a) Is-sid ta’ l-istabbiliment għandu jħallas kull spiża
magħmula mis-Suprintendent biex jagħmel kull analiżi
straordinarja li tkun meħtieġa permezz ta’ persuna
minnu awtorizzata sabiex tiġi stabbilita l-kwalità  ta’ l-
ilma fis-swimming pool.
(b) Dawk l-analiżi għandhom isiru f’kull żmien li
jenħtieġu mis-Suprintendent.
