DRITTIJIET GĦAL ĊERTIFIKATI RIGWARD IL-
KONVENZJONI DWAR IL-KUMMERĊ FI SPEĊI MHEDDA 
TA’ FAWNA U FLORA SELVAĠĠ ġ L.S.35.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.20
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET GĦAL 
ĊERTIFIKATI RIGWARD IL-KONVENZJONI 
DWAR IL-KUMMERĊ FI SPEĊI MHEDDA 
TA’ FAWNA U FLORA SELVAĠĠ
30 ta’ Settembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 150 ta’ l-1997.
Titolu.
Drittijiet għal Ċertifikati rigward il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ
fi Speċi Mhedda ta’ Fawna u Flora Selvaġġ.
Tifsir.
L.S. 348.01
2. Il-frażijiet "esportazzjoni", "importazzjoni",
"Konvenzjoni" u "ri-esportazzjoni" użati f’dawn ir-Regolamenti
għandhom jinftehmu bħala li għandhom l-istess tifsir bħalma
għandhom fir-Regolamenti dwar il-Kummerċ fi Speċi ta’ Fawna u
Flora, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "ir-regolamenti dwar il-
Konvenzjoni".
Dritt għall-ħruġ ta’ 
permessi jew 
ċertifikati.
3. (1) Għandu jitħallas dritt ta’ ħames liri (Lm5) lid- Direttur
għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent malli ssir applikazzjoni għall-ħruġ ta’
permess jew ċertifikat meħtieġa skond il-Konvenzjoni u d-
disposizzjonijiet tar-regolament 6 tar-regolamenti dwar il-
Konvenzjoni minn -
(a) esportatur dwar permess jew ċertifikat ta’
esportazzjoni jew ri-esportazzjoni; u
(b) importatur dwar permess jew ċertifikat ta’
importazzjoni.
(2) L-imsemmi Direttur għandu jirrifjuta li joħroġ xi permess
jew ċertifikat u jkun meħtieġ skond il-Konvenzjoni jew ir-
regolamenti dwar il-Konvenzjoni sakemm jitħallas dak id-dritt.
