RIFUŻJONI TA’ DEPOŻITI ġ L.S.35.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.21
REGOLAMENTI DWAR IR-RIFUŻJONI 
TA’ DEPOŻITI
1 ta’ Jannar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 220 ta’ l-1997.
Titolu.
Rifużjoni ta’ Depożiti.
Dritt għar-rifużjoni 
ta’ depożitu.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
Regolamenti għandu jitħallas lill-Kontrullur tad-Dwana dritt ta’
żewġ liri dwar kull depożitu li jsir mad-Dipartiment tad-Dwana
minn importaturi sabiex dawn jiffaċilitaw ir-rilaxx ta’ l-oġġetti
minnhom importati fin-nuqqas tad-dokumentazzjoni meħtieġa dwar
dik l-importazzjoni, u liema dritt eventwalment issir rifużjoni
tiegħu lill-importatur wara li jiġu preżentati d-dokumenti relattivi:
Iżda dak id-dritt m’għandux jitħallas meta d-depożitu jkun
sar fuq talba tal-Kontrullur tad-Dwana għal għanijiet ta’ verifika
jew ta’ klassifika li mbagħad jirriżultaw li jkunu favur l-importatur.
Mgħax li jitħallas 
fuq depożitu in 
akkont.
3. (1) Meta importatur japplika għaż-żamma ta’ depożitu
għal żmien iktar minn tnax-il xahar mid-data meta jsir id-depożitu,
il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jikkonċedi estensjoni finali ta’ sitt
xhur.
(2) Meta tingħata dik l-estensjoni għandu jkun dovut lill-
Kontrullur tad-Dwana, b’żieda mad-dritt speċifikat fir-regolament
2 ta’ dawn ir-Regolamenti, mgħax bir-rata ta’ wieħed fil-mija fix-
xahar, jew parti minnu, fuq l-ammont tad-depożitu, għall-perijodu
attwali ta’ l-estensjoni sa meta ssir ir-rifużjoni f’dak iż-żmien ta’
estensjoni ta’ sitt xhur.
Kif isir il-ħlas.
regolamenti 2 u 3 ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom jitnaqqsu
mill-ammont tad-depożitu meta tkun qegħda ssir ir-rifużjoni.
