DRITTIJIET GĦALL-FAĊILITAJIET TAL-PARK 
FIL-KAMPANJA NAZZJONALI ĠEWWA TA’ QALI ġ L.S.35.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.22
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET GĦALL-
FAĊILITAJIET TAL-PARK FIL-KAMPANJA 
NAZZJONALI ĠEWWA TA’ QALI
24 ta’ Marzu, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 49 ta’ l-2000.
Titolu.
Drittijiet għall-Faċilitajiet tal-Park fil-Kampanja Nazzjonali ġewwa
Ta’ Qali.
Tifsir.
teħtieġx xort’ oħra -
"area rikreattiva" tfisser 1-area markata bl-ittra "B" fuq il- pjanta
li hawn fit-Tieni Skeda;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Park fil-Kampanja
Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ambjent; 
"Park" tfisser il-Park fil-Kampanja Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali;
Kap. 363.
"Ta’ Qali" tfisser 1-area kif delineata u markata bħala 12.2 fil-
lokalità  12. Attard fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ 1-Att dwar Kunsilli
Lokali;
"Teatru Grieg" tfisser dik 1-area markata bl-ittra "A" fuq il-
pjanta li hemm fit-Tieni Skeda.
Ġbir ta’ drittijiet u 
ħlas ieħor.
3. (1) Għandhom jintalbu u jinġabru miċ-Chairman għall-użu
tal-faċilitajiet fil-Park għal attivitajiet kulturali u attivitajiet jew
avveniment oħra, id-drittijiet murija fl-Ewwel Skeda.
(2) Għandu jintalab u jitħallas liċ-Chairman ħlas separat għal
kull nefqa oħra li ssir, inkluża dik għall-provvista ta’ 1-ilma, ta’ 1-
elettriku u s-servizzi tat-telefon u għall-attendenza ta’ persunal
iktar mis-soltu waqt dawk 1-attivitajiet jew avvenimenti:
Garanzija 
bankarja.
4.  L-organizzaturi ta’ avveniment li jsir fil-Park jistgħu
jintalbu jagħtu garanzija bankarja bħala garanzija għal kull ħsara li
tista’ ssir waqt li jkunu qed isiru 1-attività  jew 1-avveniment u għal
kull nefqa ulterjuri li ma tkunx tista’ tiġi stabbilita qabel ma jsiru 1-
attività  jew 1-avveniment. L-ammont tal-garanzija jiġi stabbilit fid-
diskrezzjoni taċ-Chairman.
Eżenzjoni mill-
obbligu ta’ ħlas. 
5. Il-Ministru jista’ jeżenta entijiet karitatevoli milli jħallsu
d-drittijiet kollha kif inhuma preskritti f dawn ir-regolamenti.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti avvenimenti.
6. Il-Ministru jista’ jipprojbixxi li jsiru ċertu avvenimenti fil-
Park.
Diskrezzjoni tal-
Ministru li jagħmel 
drittijiet f’arei oħra 
ġewwa l-Park.
7.  Il-Ministru jkollu d-diskrezzjoni li jistabbilixxi d-dritt
għal attivitajiet u avvenimenti li jsiru f’arei oħra li ma jkunux dawk
deskritti fl-Ewwel Skeda, iżda li jkunu wkoll ġewwa l-limiti tal-
Park.
2 L.S.35.22 ħ
DRITTIJIET GĦALL-FAĊILITAJIET TAL-PARK 
FIL-KAMPANJA NAZZJONALI ĠEWWA TA’ QALI
Permessi oħra. 8. L-awtorizzazzjoni biex isiru attività  jew avveniment fil-
Park ma teżentax lil min japplika milli jikseb kull permess uffiċjali
meħtieġ biex ikunu jistgħu jsiru dik 1-attività  jew dak 1-
avveniment.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3)
A.  Drittijiet dovuti liċ-Chairman għall-kiri tat-Teatru Grieg
(a) Ammont ta’ mhux iżjed minn mitejn lira kuljum għall-
kiri tat-Teatru Grieg, u ħamsa u għoxrin lira kuljum
għal kull ġurnata meħtieġa għall-armar u ż-żarmar tas-
settijiet;
(b) ħamsin lira kuljum għall-kiri tal-faċilitajiet provduti
fid-dressing room.
B.  Drittijiet dovuti liċ-Chairman għall-użu ta’ l-area
rikreattiva u spazji għall-parkeġġ
Ammont ta’ mhux iżjed minn mija u ħamsin lira
kuljum għal kull ġurnata li fiha jintużaw dawk il-
faċilitajiet.
Dawn id-drittijiet ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur
miżjud, jew xi taxxa dwar servizzi jew xi taxxa oħra
għall-konsumatur sew diretta sew mhux diretta.
DRITTIJIET GĦALL-FAĊILITAJIET TAL-PARK 
FIL-KAMPANJA NAZZJONALI ĠEWWA TA’ QALI ġ L.S.35.22 3
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 2)
