ĊERTIFIKATI TA’ KLASSIFIKA 
GĦAL PROGRAMMI TELEVIŻIVI ġ L.S.350.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.01
REGOLAMENTI DWAR ĊERTIFIKATI TA’ 
KLASSIFIKA GĦAL PROGRAMMI TELEVIŻIVI
8 ta’ April, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1994.
Titolu.
Ċertifikati ta’ Klassifika għal Programmi Televiżivi.
Tifsir.
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  tax-Xandir imwaqqfa bl-artikolu
118 tal-Kostituzzjoni;
"servizz ta’ xandir televiżiv" tfisser kull item fi ħdan servizz
televiżiv wieħed provduti minn ċertu xandar;
Kap. 350.
"xandar" tfisser kull minn jipprovdi servizzi ta’ xandir te1eviżiv
kif provdut fl-Att dwar ix-Xandir, u tinkludi wkoll kull persuna,
korp jew awtorità  li jipprovdu dawk is-servizzi b’liċenza mingħand
il-Gvern jew b’arranġamenti mal-Gvern;
"xogħol" tfisser xogħol ċinematografiku jew xogħol imtellgħa bi
proċess bħal dak ċinematografiku u tinkludi wkoll kull film
magħmul għat-televiżjoni u kull xogħol kreattiv awdjoviżiv.
Ħtieġa ta’ 
klassifika.
3. Ma għandu jixxandar ebda xogħol bħala parti minn servizzi
ta’ xandir televiżiv kemm-il darba ma jkunx ingħata ċertifikat ta’
klassifika bil-miktub bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti u kemm-il
darba x-xandar ma jkunx ikkonforma ruħu mal-kondizzjonijiet ta’
dak iċ-ċertifikat.
Persuna 
responsabbli.
4. (1) Kull xandar għandu jaħtar persuna jew persuni li jkunu
responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ klassifika bħala parti mis-
servizz ta’ xandir televiżiv provduti mill-imsemmi xandar.
(2) Ix-xandar għandu jgħarraf lill-Awtorità  bl-isem, il-kunjom,
l-età , indirizz fejn joqgħod u numru tal-karta ta’ l-identità  ta’ kull
persuna li tinħatar skond ma hemm fis-subregolament ta’ qabel
minnufih kif din il-persuna tinħatar.
(3) Ix-xandar għandu jżomm kull ċertifikat ta’ klassifika
maħruġ dwar is-servizz ta’ xandir televiżiv tiegħu skond dawn ir-
regolamenti għal żmien disgħin jum wara li l-aħħar jixxandar xi
xogħol u huwa għandu jagħti lill-Awtorità  ċ-ċertifikati msemmija
kollha jew xi wħud minnhom minnufih malli dawn jintalbulu.
(4) L-Awtorità  għandha jedd tiskwalifika lil kull persuna
maħtura skond is-subregolament (1) milli jkollu jedd joħroġ
ċertifikati ta’ klassifika jekk, wara li tagħti opportunità  lix-xandar,
lill-persuna maħtura u lil kull persuna oħra li hija tqis li teħtieġ is-
sottomissjonijiet tagħha dwar xi ħaġa, tkun sodisfatta li l-
imsemmija ħatra ma tkunx saret in bona fede jew li l-persuna
maħtura hija manifestament inkapaċi milli twettaq id-dmirijiet tal-
kariga tagħha jew li tkun ħatja ta’ imġieba ħażina gravi fit-twettiq
ta’ dmirijitha.
2 L.S.350.01 ħ
ĊERTIFIKATI TA’ KLASSIFIKA 
GĦAL PROGRAMMI TELEVIŻIVI
(5) Ma jistgħu jinbdew ebda proċedimenti għal danni kontra l-
Awtorità  għal deċiżjoni jew minħabba f’deċiżjoni li hija tkun ħadet
li tiskwalifika persuna milli jibqa’ jkollha jedd li toħroġ ċertifikati
ta’ klassifika.
Ċertifikati ta’ 
klassifika.
5. (1) Ċertifikat ta’ klassifika maħruġ bis-saħħa ta’ dawn ir-
regolamenti għandu jkollu fih:
(a) dikjarazzjoni li x-xogħol relattiv ikun adattat għall-
wiri ta’ kulħadd f’kull ħin (bil-parir jew mingħajr dwar
kemm hu tajjeb li jkun hemm id-direzzjoni tal-ġenituri
għar-rigward ta’ tfal żgħar li jaraw ix-xogħol jew dwar
kemm ix-xogħol ikun partikolarment adattat biex
jarawh it-tfal); jew
(b) dikjarazzjoni li x-xogħol relattiv ikun adattat għall-
wiri biss wara ċertu ħin li jissemma’ fiċ-ċertifikat.
(2) Ir-responsabbiltà  li jinħareġ ċertifikat ta’ klassifika
għandha tkun tinkludi wkoll is-setgħa li wieħed jirrifjuta li joħroġ
dak iċ-ċertifikat meta l-persuna responsabbli għall-ħruġ ta’ l-
imsemmi ċertifikat tkun tqis li xogħol ma jkunx adattat għal xandir
televiżiv.
Twettiq ta’ 
funzjonijiet.
Kap. 350.
6. Kull persuna li tinħatar skond ir-regolament 4 għandha
twettaq dmirijitha filwaqt li tikkonsidra l-moralità  pubblika, id-
deċenza u l-korrettezza xierqa, il-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ tfal
ta’ taħt l-età , il-kwalitajiet ta’ l-udjenza li x’aktarx jaraw ix-xandira
ukoll meta jitqies il-mezz tat-trasmissjoni, u d-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar ix-Xandir u kull ħaġa magħmula bis-saħħa tiegħu.
Responsabbiltajiet 
oħra tax-xandir.
7. Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma għandha tinftiehem
bħala li teħles lix-xandar minn xi obbligu, responsabbiltà  jew
impenn imqiegħed fuqu b’xi liġi jew bis-saħħa tagħha.
