ANTENNI FIS-SERVIZZI TA’ 
XANDIR BIT-TELEVIŻJONI ġ L.S.350.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.02
REGOLAMENTI DWAR ANTENNI FIS-SERVIZZI 
TA’ XANDIR BIT-TELEVIŻJONI
1 ta’ Lulju, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 71 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 65 ta’ l-
1999.
Titolu.
Antenni fis-Servizzi ta’ Xandir bit-Televiżjoni.
Validità  ta’ dawn 
ir-regolamenti 
għar-rigward ta’ l-
Att.
Kap. 350.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom jipprevalu fuq id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(h) ta’ l-Ewwel Skeda u tal-
paragrafu 16 tat-Taqsima Ċ tar-Raba' Skeda li tinsab ma’ l-Att
dwar ix-Xandir, safejn dawn il-paragrafi jirregolaw is-sistemi ta’ l-
antenni jew it-tqegħid ta’ sistemi ta’ l-antenni għal servizzi ta’
xandir bit-televiżjoni. Id-disposizzjonijiet li jifdal ta’ l-Ewwel u
tar-Raba’ Skedi msemmija għandhom jibqgħu japplikaw dwar
servizzi ta’ xandir bit-televiżjoni għar-rigward ta’ dawk il-ħwejjeġ
li mhumiex speċifikati f’dawn ir-regolamenti.
Antenni għal 
servizz ta’ xandir 
bit-televiżjoni.
Emendat:
A.L. 65 ta’ l-1999.
Kap. 350.
3. (1) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(h) ta’ l-Ewwel
Skeda u tal-paragrafu 16 tat-Taqsima Ċ tar-Raba’ Skeda li jinsabu
ma’ l-Att dwar ix-Xandir, ma għandhomx ikunu japplikaw għal
servizzi ta’ xandir bit-televiżjoni.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjoni tas-subregolament (3), is-
servizzi ta’ xandir bit-televiżjoni għandhom jużaw dawk is-sistemi
ta’ l-antenni u postijiet għal sistemi ta’ l-antenni hekk kif l-
Awtorità  tax-Xandir, wara konsultazzjoni mad-Direttur tat-
Telegrafija mingħajr Fili, tista’ tapprova bil-miktub.
(3) Dawn ir-regolamenti ma jeħilsu 1il ebda persuna milli
tikseb xi permess li jista’ jkun meħtieġ skond il-liġi mingħand l-
Awtorità  ta' 1-Ippjanar, il-Ministru responsabbli għat-Telegrafija
mingħajr Fili jew mingħand xi persuna jew korp ieħor, sabiex
tittella’ jew titħaddem xi sistema ta’ l-antenna.
