MASTER ANTENNA FIS-SERVIZZI TA’ XANDIR BIR-RADJU ġ L.S.350.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.03
REGOLAMENTI DWAR IL-MASTER ANTENNA FIS-
SERVIZZI TA’ XANDIR BIR-RADJU
1 ta’ April, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 63 ta’ l-1999.
Titolu.
Master Antenna fis-Servizzi ta’ Xandir bir-Radju.
Dmirijiet ta’ l-
Awtorità  tax-
Xandir.
2. L-Awtorità  tax-Xandir għandha tipprovdi mill-master
antenna, servizzi ta’ trasmissjoni u kull servizz ieħor li jkollu
x’jaqsam mal-master antenna, bħalma huma t-tidwil ta’ arei
komuni (eskluż il-konsum ta’ elettriku mill-istazzjonijiet tax-
xandir għall-pajjiż kollu), servizzi ta’ sigurtà , surveys perjodiċi, u
l-manutenzjoni tal-master antenna kif ukoll kull survey u
manutenzjoni tat-torri ta’ l-azzar, kull bini u sit u ħtieġa raġonevoli
oħra.
Dritt fis-sena għas-
servizzi.
3. Servizz ta’ xandir tar-radju mal-pajjiż kollu għandu jħallas
għas-servizzi hawn aktar qabel imsemmija, dritt fis-sena ta’ elfejn
lira (Lm 2,000) li jitħallas bil-quddiem lill-Awtorità .
Setgħa ta’ l-
Awtorità  fin-
nuqqas li jsir ħlas.
4. Jekk jiġri li xi servizz ta’ xandir tar-radju mal-pajjiż kollu
jonqos milli jħallas dak id-dritt fis-sena u jibqa’ arretrat għal żmien
ħmistax-il ġurnata minn meta jiġi intimat mill-Awtorità  sabiex
iħallas, għaldaqshekk l-Awtorità  għandha, malli jiskadi dak iż-
żmien, tissospendi kull faċilità  ta’ trasmissjoni lil dak is-servizz ta’
xandir tar-radju mal-pajjiż kollu sakemm isir il-ħlas dovut.
Dritt għal 
komunikazzjoni 
mill-ġdid.
5. Għandu jitħallas dritt ta’ komunikazzjoni mill-ġdid ta’
ħames mitt lira (Lm500) lill-Awtorità  minn servizz tax-xandir li
jkun naqas milli jħallas.
Ebda 
responsabbiltà  
għad-danni.
6. L-Awtorità  tax-Xandir m’għandha b’ebda mod tkun
responsabbli għal danni li jistgħu jiġġarbu minn xi servizz ta’
xandir mal-pajjiż kollu bħala riżultat ta’ xi interruzzjoni jew
sospensjoni ta’ trasmissjonijiet mill-master antenna.
