ĠURISDIZZJONI U KOPERAZZJONI 
EWROPEA FIX-XANDIR ġ L.S.350.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.04
REGOLAMENTI DWAR ĠURISDIZZJONI U 
KOPERAZZJONI EWROPEA FIX-XANDIR
15 ta’ Diċembru, 2000;
1 ta’ Mejju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 158 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviż Legali 258 ta’ l-
2000.
Titolu.
Ġurisdizzjoni u Koperazzjoni Ewropea fix-Xandir.
Tifsir.
Kap. 350.
"produtturi li huma indipendenti mix-xandara" tfisser kull
persuna li -
(a) mhix impjegata (sew jekk tkun bil-leave temporanju
ta’ assenza sew jekk le) ta’ xandar;
(b) ma jkollhiex shareholding akbar minn 15% f’xandar:
Iżda kumpannija ma għandhiex titqies bħala
produttur independenti jekk xandar ikollu
shareholding akbar minn 15% f’dik il-kumpannija;
"Stat skedat" tfisser stat inkluż fl-Iskeda jew li huwa membru ta’,
jew li hu marbut bi, strument legali internazzjonali elenkati fl-
imsemmija Skeda;
"xandar" tfisser xandar ta’ servizz ta’ xandir televiżiv.
(2) Kliem użati f’dawn ir-regolamenti għandhom jingħataw l-
istess tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
Għan tar-
regolamenti.
3. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal xandara
taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta iżda ma għandhomx japplikaw għal
xandir intiż esklużivament li jinqabad f’pajjiżi barra minn Malta li
mhumiex Stati skedati.
Ġurisdizzjoni ta’ 
Malta.
Emendat:
A.L. 258 ta’ l-
2000.
4. (1) Xandar għandu jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta:
(a) meta xandar ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’Malta
u d-deċiżjonijiet editorjali dwar skedi ta’ programmi
jittieħdu minn Malta;
(b) meta xandar ikollu l-uffiċċju prinċipali f’Malta iżda
deċiżjonijiet editorjali dwar skedi ta’ programmi
jittieħdu fi Stat skedat, ix-xandar għandu jkun taħt il-
ġurisdizzjoni ta’ Malta jekk parti sinifikanti mill-
ħaddiema involuti fl-insegwiment ta’ l-attività  tax-
xandir topera f’Malta;
(ċ) meta xandar ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat
skedat, iżda deċiżjonijiet editorjali dwar skedi ta’
programmi jittieħdu f’Malta, ix-xandar għandu jkun
taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta jekk parti sinifikanti
mill-ħaddiema involuti fl-insegwiment ta’ l-attività
2 L.S.350.04 ħ
ĠURISDIZZJONI U KOPERAZZJONI 
EWROPEA FIX-XANDIR
tax-xandir topera f’Malta;
(d) meta parti sinifikanti tal-ħaddiema msemmija fil-
paragrafi (b) u (ċ) tkun topera kemm f’Malta kemm fi
Stat skedat, ix-xandar għandu jkun taħt il-
ġurisdizzjoni ta’ Malta jekk ikollu l-uffiċċju prinċipali
tiegħu f’Malta;
(e) meta parti sinifikanti tal-haddiema imsemmija fil-
paragrafi (b) u (ċ) tkun la topera f’Malta u lanqas fi
Stat skedat, ix-xandar għandu jkun taħt il-
ġurisdizzjoni ta’ Malta jekk huwa kien beda l-ewwel
ixandar f’Malta skond il-liġijiet ta’ Malta sakemm dak
ix-xandar jipprovdi ness stabbli u effettiv ma’ l-
ekonomija ta’ Malta;
(f) meta xandar ikollu l-ufflċċju prinċipali tiegħu f’Malta
iżda d-deċiżjonijiet dwar skedi ta’ programmi jittieħdu
f’pajjiż terz li ma jkunx Stat skedat, jew viċi versa, ix-
xandar ikun taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta jekk parti
sinifikanti tal-ħaddiema involuti fl-insegwiment ta’ l-
attività  televiżiva tkun topera f’Malta.
(2) Ix-xandara li ma japplikawx għalihom id-disposizzjonijiet
tas-subregolament (1), u li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta’ xi
Stat skedat, għandhom ikunu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Malta f’dawn
il-każijiet li ġejjin:
(a) jekk jużaw frekwenza mogħtija lilhom minn Malta;
(b) jekk, għalkemm huma ma jużawx frekwenza mogħtija
lilhom minn Malta, jużaw kapaċità  satellitarja li
tappartjeni lil Malta;
(ċ) jekk għalkemm huma la jużaw xi frekwenza mogħtija
lilhom minn Malta u lanqas ma jużaw xi kapaċità
satellitarja li tappartjeni lil Malta, huma jużaw up-link
satellitarja li tkun tinsab f’Malta.
Xandir ta’ 
xogħlijiet Ewropej.
5.* (1) Xandar għandu jirriserva għal xogħlijiet Ewropej
skond it-tifsira mogħtija lilhom fis-subregolamenti (1) sa (7),
proporzjon maġġoritarju tal-ħin tiegħu għat-trasmissjoni, ħlief il-
ħin għall-aħbarijiet, ġrajjiet sportivi, logħob, reklamar, servizzi ta’
teletext u teleshopping. Dan il-proporzjon għandu jintlaħaq
progressivament wara li jitqiesu r-responsabilitajiet informattivi,
edukattivi, kulturali u ta’ divertiment li x-xandar għandu lejn it-
telespettaturi kif imsejsa fuq kriterji adattati.
(2) Ix-xandara għandhom -
(a) jew jirriżervaw mill-inqas 10% tal-ħin tat-
trasmissjoni, eskluż il-ħin allokat għall-aħbarijiet,
ġrajjiet sportivi, logħob, reklamar, servizzi tat-teletext
u teleshopping; jew
(b) jirriżervaw mill-inqas 10% tal-budget tagħhom għall-
iprogrammar,
*Fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
ĠURISDIZZJONI U KOPERAZZJONI 
EWROPEA FIX-XANDIR ġ L.S.350.04 3
għal xogħlijiet Ewropej magħmulin minn produtturi li huma
independenti mix-xandara. Dan il-proporzjon għandu jintlaħaq
progressivament wara li jitqiesu r-responsabilitajiet informattivi,
edukattivi, kulturali u ta’ divertiment tax-xandara lejn it-
telespettaturi. Dak il-proporzjon għandu jintlaħaq billi jissejjes fuq
kriterji adattati u billi jiġi assenjat proporzjon adegwat għal
xogħlijiet trasmessi fi żmien ħames snin mill-produzzjoni tagħhom.
(3) Għall-fini tas-subregolamenti (1) sa (7) "xogħlijiet
Ewropej" tfisser:
(a) xogħlijiet li joriġinaw minn Malta;
(b) xogħlijiet li joriġinaw minn Stati skedati u li
jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-subregolament (4); u
(ċ) xogħlijiet li joriġinaw minn Stati Ewropej oħra u li
jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-subregolament (5).
(4) Ix-xogħlijiet imsemmija fis-subregolament (3)(a) u (b)
huma xogħlijiet magħmulin prinċipalment ma’ l-awturi u l-
ħaddiema li jirresjedu f’wieħed jew aktar Stati msemmija fil-
paragrafi ta’ hawn aktar qabel, sakemm dawn ikunu jikkonformaw
ma’ xi waħda minn dawn it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) li jkunu magħmulin minn wieħed jew aktar produtturi
stabbiliti f’xi wieħed jew aktar minn dawk l-Istati;
(b) li l-produzzjoni tax-xogħlijiet tkun taħt is-superviżjoni
u attwalment kontrollata minn wieħed jew aktar
produtturi stabbiliti f’xi wieħed jew aktar minn dawk
l-Istati; jew
(ċ) li l-kontribuzzjoni ta’ koprodutturi ta’ dawk l-Istati
għall-ispejjeż totali tal-koproduzzjoni tkun
preponderanti u l-koproduzzjoni ma tkunx kontrollata
minn xi wieħed jew aktar mill-prodotturi stabbiliti
barra minn dawk l-Istati.
(5) Ix-xoghlijiet imsemmija fis-subregolament (3)(ċ) ikunu
xogħlijiet magħmulin esklużivament jew f’koproduzzjoni ma’
produtturi stabbiliti f’xi wieħed jew aktar mill-Istati imsemmija fis-
subregolament (3)(a) u (b) minn produtturi stabbiliti f’xi wieħed
jew aktar Stati Ewropej terzi li magħhom Malta tkun ikkonkludiet
sew direttament sew permezz ta’ aderenza għal strument legali
internazzjonali u multilaterali, ftehim li jkun jirrigwarda s-settur
awdjoviżiv, jekk dawk ix-xogħlijiet jkunu prinċipalment
magħmulin ma’ awturi u ħaddiema li jkunu joqgħodu f’xi wieħed
jew aktar Stati Ewropej.
(6) Xogħlijiet li mhumiex xogħlijiet Ewropej skond it-tifsira
tas-subregolament (3) iżda li huma prodotti fil-qafas ta’ trattati
dwar koproduzzjoni bilaterali konklużi bejn l-Istati imsemmija fis-
subregolament (3)(a) u (b) u Stati terzi għandhom jitqiesu li jkunu
xogħlijiet Ewropej sakemm il-koprodutturi mill-Istati msemmija
fis-subregolament (3)(a) u (b) jissupplixxu parteċipazzjoni
maġġoritarja tal-prezz totali tal-produzzjoni u li l-produzzjoni ma
tkunx kontrollata minn xi produttur wieħed jew aktar stabbiliti
barra t-territorju ta’ l-imsemmija Stati li jissemmew fis-
subregolament (3)(a) u (b).
4 L.S.350.04 ħ
ĠURISDIZZJONI U KOPERAZZJONI 
EWROPEA FIX-XANDIR
(7) Xogħlijiet li ma jkunux xogħlijiet Ewropej skond it-tifsira
tas-subregolamenti (3) u (6), iżda li jkunu magħmulin
prinċipalment ma’ awturi u ħaddiema li jirresjedu f’xi wieħed jew
aktar mill-Istati msemmija fis-subregolament (3)(a) u (b),
għandhom jitqiesu bħala xogħlijiet Ewropej sa dak il-limitu li jkun
jikkorrispondi għall-proporzjon tal-kontribuzzjoni ta’ koprodutturi
u Stati msemmija fis-subregolament (3)(a) u (b) għall-prezzijiet
totali tal-produzzjoni.
(8) Xandar għandu jifformula u jibgħat lill-Awtorità  tax-
Xandir rapport annwali li jkun jinkludi:
(a) dikjarazzjoni statistika dwar il-kisba tal-
proporzjonijiet imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2)
u li turi separatament il-proporzjon ta’ programmi
oriġinarjament prodotti fil-lingwa Maltija għar-
rigward ta’ servizzi ta’ programmi televiżivi mxandra
minn dak ix-xandar;
(b) ir-raġunijiet għan-nuqqas li jinkisbu dawk il-
proporzjonijiet f’każijiet meta x-xandar ma jkunx
kiseb dak l-għan;
(ċ) il-miżuri adottati jew maħsuba bl-għan li jinkisbu
dawk il-proporzjonijiet.
Trasmissjonijiet ta’ 
ġrajjiet prinċipali.
6. (1) Ix-xandara ma għandhomx ixandru fuq bażi esklużiva
ġrajjiet li l-Awtorità  tikkonsidra bħala ta’ importanza prinċipali
għas-soċjetà  b’mod illi ċċaħhad proporzjon sostanzjali tal-pubbliku
mill-possibilità  li ssegwi dawk il-ġrajjiet permezz ta’ coverage
dirett jew permezz ta’ coverage differit fuq it-televiżjoni bla ħlas.
L-Awtorità  għandħa tħejji lista ta’ ġrajjiet speċifikati, nazzjonali
jew le, li hija tikkonsidra li jkunu ta’ importanza ewlenija għas-
soċjetà  u għandha tagħmel dan b’manjiera ċara u trasparenti fi
żmien qasir u effettiv. Meta tagħmel dan l-Awtorità  għandha wkoll
tistabbilixxi jekk dawk il-ġrajjiet għandhomx ikunu disponibbli
permezz ta’ coverage dirett sħiħ jew parzjali jew, fejn ikun meħtieġ
jew xieraq għal raġunijiet ta' oġġettività  fl-interess pubbliku,
permezz ta’ coverage differit sħiħ jew parzjali.
(2) Ix-xandara ma għandhomx jeżerċitaw id-drittijiet esklużivi
li huma jkunu xtraw b’mod li proporzjon sostanzjali tal-pubbliku fi
Stat skedat ikun imċaħħad mill-possibilità  li jsegwi ġrajjiet li jiġu
stabbiliti minn dak l-Istat ieħor skond id-disposizzjonijiet
applikabbli ta’ xi strument legali internazzjonali għar-rigward ta’
xandir li Malta hija parti fih jew li japplika għal Malta, permezz ta’
coverage dirett sħiħ jew parzjali jew, fejn ikun meħtieġ jew xieraq
għal raġunijiet ta' oġġettività  fl-interess pubbliku, permezz ta’
coverage differit sħiħ jew parzjali fuq it-televiżjoni b’xejn skond
ma jiġi stabbilit minn dak l-Istat l-ieħor skond dak l-istrument
legali.
Offiża 
amministrattiva.
Kap. 350.
7. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 16(4) ta' l-Att
jew għall-kondizzjonijiet f’xi liċenza ta’ xandir, kull ksur tad-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 5 u 6 għandu jikkostitwixxi reat
amministrattiv li l-Awtorità  tax-Xandir għandha tittratta skond ma
hemm fl-artikolu 41 ta’ Att.
ĠURISDIZZJONI U KOPERAZZJONI 
EWROPEA FIX-XANDIR ġ L.S.350.04 5
SKEDA
Stati inklużi f’din l-Iskeda huma dawn li ġejjin:
Awstrija
Belġu
Bulgarija
Ċipru
Danimarka
Estonja
Finlandja
Franza
Ġermanja
Greċja
Ungerija
Irlanda
Italja
Latvja
Liechtenstein
Lussemburgu
Norveġja
Olanda
Polonja
Portugal
Renju Unit
San Marino
Santa Sede
Slovakja
Slovenja
Spanja
Svezja
Svizzera
Turkija
