KODIĊI TAX-XANDIR DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI ġ L.S.350.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.05
KODIĊI TAX-XANDIR DWAR IL-PROTEZZJONI 
TAL-MINURI
1 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 160 ta’ l-2000.
Titolu.
Protezzjoni tal-Minuri.
Tifsir.
Kap. 350.
2. Kliem li jintuża f’dan il-Kodiċi għandu jingħata l-istess
tifsir mogħti lilhom fl-Att dwar ix-Xandir.
Programmi vjolenti 
u pornografiċi.
3. Xandiriet ma għandhomx jinkludu programmi li jistgħu
jagħmlu ħsara b’mod serju l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-
minuri, u b’mod partikolari ma għandhomx jinkludu programmi li
jinvolvu l-pornografija jew il-vjolenza gratwita.
Programmi oħra li 
jagħmlu ħsara lill-
iżvilupp tal-minuri.
4. Il-miżuri provduti fil-paragrafu 3 għandhom jestendu
wkoll għal programmi oħra li jistgħu jagħmlu ħsara lill-iżvilupp
fiżiku, mentali u morali tal-minuri, ħlief fejn ikun żgurat, billi
jintgħażel il-ħin tax-xandira jew permezz ta’ miżuri tekniċi, illi l-
minuri fl-area tat-trasmissjoni normalment ma jisimgħux jew ma
jarawx dawk ix-xandiriet.
Programmi 
mxandra f’għamla 
unencoded.
5. Meta dawn il-programmi jixxandru f’għamla unencoded,
dawn il-programmi għandhom jiġu preċeduti b’avviż akustiku jew
għandhom ikunu identifikati permezz ta’ simbolu viżwali għal
kemm itul il-programm.
Reklamar indizzat 
lejn il-minuri.
6. Ir-reklamar ma għandu jikkaġuna ebda ħsara morali jew
fiżika lejn il-minuri, u għadaqstant għandu jħares dawn il-kriterji li
ġejjin għall-protezzjoni tagħhom:
(a) ma għandux direttament iħeġġeġ lil minuri jixtru
prodott jew servizz li jagħmel kapital min-nuqqas ta’
esperjenza jew mill-kredulità  tagħhom;
(b) ma għandux direttament jinkoraġġixxi lill-minuri
jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil xi ħadd ieħor
jixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu qegħdin jiġu
reklamati;
(ċ) ma għandux jagħmel kapital mill-fiduċja speċjali li l-
minuri għandhom fil-ġenituri jew għalliema tagħhom
jew f’persuni oħra;
(d) ma għandux, b’mod mhux raġonevoli, juri lil xi minuri
bħala li jkunu qegħdin f’sitwazzjonijiet ta’ periklu.
Teleshopping 
indizzjat lejn il-
minuri.
7. It-teleshopping għandu jħares il-ħtiġiet imsemmija fil-
paragrafu 20 u, b’żieda, ma għandux iħeġġeġ lill-minuri jagħmlu xi
kuntratt għall-bejgħ jew kiri ta’ xi oġġetti u servizzi.
Regola ġenerali 
dwar ir-reklamar u 
l-minuri.
8. Ir-reklamar ma għandux jinkludi materjal li jista’ jirriżulta
fi ħsara sew fiżika, sew mentali, sew morali, għall-minuri.
2 L.S.350.05 ħ KODIĊI TAX-XANDIR DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI
Reklamar li 
jqarraq.
9. Ir-reklamar indirizzat lis-semmiegħa u lit-telespettaturi
minuri ma għandux jesaġera jew iqarraq dwar xi fattizzi, inkużi l-
kobor, il-kwalitajiet jew il-kapaċitajiet ta’ prodotti jew servizzi. Il-
kapaċità  ta’ minuri li jiddistingwu bejn fatt u fantasija jvarja skond
l-età  u l-personalità  individwali tagħhom. Meta wieħed iżomm dan
f’moħħu, ma għandha tiġi inkoraġġita ebda aspettativa irraġonevoli
bħal, b’eżempju, b’referenza għal dak li jistgħu jagħmlu l-ġugarelli
jew logħbiet bl-użu eċċessiv ta’ sfondi li jeżistu fl-immaġinazzjoni
jew ta’ effetti speċjali.
Prezzijiet. 10. Il-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi reklamati għall-minuri
ma għandhomx jiġu mnaqqsa bi kliem bħal -
(a) biss;
(b) jew;
(ċ) sewsew.
Immaturità  u 
kredulità .
11. Ir-reklamar ma għandux jieħu vantaġġ mill-immaturità  jew
mill-kredulità  naturali tal-minuri.
Appell għal-lealtà . 12. Ir-reklamar ma għandux jieħu vantaġġ mis-sens ta’ lealtà
tal-minuri jew jissuġerixxi li, kemm-il darba il-minuri ma jixtrux
jew ma jinkoraġixxux lil persuni oħra li jixtru xi prodott jew
servizz, huma jkunu qed jonqsu f’xi dover tagħhom jew ikunu qed
jonqsu fil-lealtà .
Inferjorità . 13. Ir-reklamar ma għandux iwassal lill-minuri jemmnu li
kemm-il darba huma ma jkollhomx jew ma jużawx prodott
reklamat huma jkunu inferjuri b’xi mod għall-minuri l-oħra jew
suġġett għal disprezz jew ridikulaġni.
Eżortazzjoni. 14. Ir-reklamar ma għandux iħeġġeġ lill-minuri li jixtru
prodotti jew servizzi jew jitolbu lill-adulti li jixtrulhom prodotti
jew servizzi.
Tweġiba diretta. 15. Ir-reklamar ma għandux jistieden lill-minuri li jixtru
prodotti jew servizzi permezz ta’ komunikazzjoni magħmula mill-
bogħod li tinkludi l-posta, telefon, computer, e-mail jew internet.
Kompetizzjonijiet. 16. Kull referenza għal kompetizzjonijiet għall-minuri tkun
aċċettabbli sakemm kull kapaċità  meħtieġa hija xierqa għall-età  tal-
parteċipanti li x’aktarx ikunu ser jieħdu sehem u l-valur tal-
prezzijiet u ċ-ċans ta’ rebħ ma jkunux esaġerati. L-ebda prova ta’
xiri ma għandha tiġi mitluba mingħand dawk il-minuri li jixtiequ
jipparteċipaw f’dawk il-kompetizzjonijiet.
Premjijiet b’xejn. 17. Referenza għal "premjijiet b’xejn" f’reklami għandha
tinkludi l-kondizzjonijiet kollha li wieħed jikkwalifika għalihom,
bħal limitu ta’ żmien u kemm il-prodott għandu jinxtara, kif ukoll
kull informazzjoni oħra rilevanti.
Saħħa u iġjene. 18. Ir-reklami ma għandhomx jinkoraġixxu l-minuri li jieklu
ta’ spiss matul il-ġurnata.
Ħelu u ikel ħafif. 19. Reklamar għall-ħelu u ikel ħafif ma għandhomx
jissuġġerixxu li tali prodotti jistgħu jissostitwixxu xi ikla
bbilanċjata.
Sigurtà . 20. Kull sitwazzjoni fejn il-minuri jintwerew jew jinstemgħu
f’reklami għandhom jitqiesu b’attenzjoni f’dak li għandu x’jaqsam
KODIĊI TAX-XANDIR DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI ġ L.S.350.05 3
ma’ sigurtà . Għandu jittieħed in konsiderazzjoni li, f’ċerti
ċirkostanzi, eżempji ħżiena mill-adulti jistgħu jinkoraġixxu lill-
minuri li jimitaw dik it-tip ta’ kondotta. Ċirkostanzi li għandhom
jiġu evitati jinkludu dawn li ġejjin:
(a) il-minuri ma għandhomx jintwerew qed jixxabtu mit-
twieqi, telgħin ma’ postijiet perikolużi jew deħlin
f’postijiet perikolużi, jew jilgħabu b’mod
irresponsabbli fi jew ħdejn l-ilma;
(b) il-minuri ma għandhomx jintwerew qed jilgħabu fit-
triq;
(ċ) tfal ta’ statura żgħira ma għandhomx jintwerew telgħin
ma’ xkafef għoljin jew jixxabbtu biex jieħdu xi oġġetti
minn fuq mejda li tkun għola minn rashom;
(d) mediċini, disinfettanti, antiseptiċi u sustanzi velenużi
jew li jherru jew jaħarqu ż-żjut organiċi ma
għandhomx jintwerew bħala li jintlaħqu mill-minuri
mingħajr is-superviżjoni mill-qrib ta’ persuna adulta, u
l-minuri l-anqas ma għandhom jintwerew jużaw dawk
il-prodotti b’xi mod li jkun;
(e) il-minuri ma għandhomx jintwerew jużaw is-sulfarini,
jew xi gass, petrol, pitrolju, jew xi apparat li jaħdem
b’mod mekkaniku jew bid-dawl li jista’ jwassalhom
iġarrbu xi forma ta’ feriment;
(f) ir-reklamar ma għandux juri ġugarelli fl-għamla ta’
armi li jkunu jixbħu ħafna lil dawk veri (sew fid-daqs,
forma jew kulur) u li jistgħu jitfixklu ma’ armi ta’
veru.
Periklu.
f’postijiet strambi għalihom jew li jitkellmu ma’ barranin.
Kondotta.
iġibu ruħhom sew u jużaw manjieri tajbin.
Kondotta anti-
soċjali.
23. Ir-reklamar ma għandux jinkoraġixxi kondotta anti-soċjali,
jew juri minuri li qed iġibu ruħhom b’mod anti-soċjali. Il-
vendikazzjonijiet, il-bullying u ċerti espressjonijiet tal-wiċċ u l-
movimenti tal-ġisem għandhom kollha jitqiesu bħala anti-soċjali.
Preżentazzjoni 
esplojtattiva.
24. Ir-reklamar ma għandu juri lill-minuri b’ebda mod
sesswalment provokattiv.
Ilbies li jkollhom 
il-minuri.
25. Jenħtieġu attenzjoni u diskrezzjoni partikolari meta l-
minuri jidhru għarwenin jew fi stat ta’ ftit ħwejjeġ fuqhom.
Tfal bħala 
preżentaturi.
26. Jekk il-minuri jintwerew f’programmi ta’ xorta
kummerċjali, huma ma għandhomx jintwerew jippreżentaw
prodotti jew servizzi li huma stess ma jkunux mistennija li jixtru.
Kummenti mill-
minuri.
27. Il-minuri ma għandhomx jagħmlu kummenti sinifikanti
dwar karatteristiċi jew prodotti u servizzi li dwarhom huma
mhumiex mistennija li jkollhom konoxxenza diretta.
Xiehda.
dwar prodotti u servizzi. Madankollu, huma jistgħu jagħmlu
kummenti spontanji dwar dak kollu li huma jkollhom interess
4 L.S.350.05 ħ KODIĊI TAX-XANDIR DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI
naturali ovvju fih.
Restrizzjoni fuq il-
ħinijiet ta’ 
trasmissjoni.
29. Ir-reklamar li jissemma hawn taħt ma għandux jiġi
trasmess waqt programmi għal-minuri u waqt xi waqfien għar-
reklami qabel jew wara dawn il-programmi:
(a) xorb alkoholiku;
(b) sulfarini;
(ċ) mediċini;
(d) vitamini jew prodotti li jintużaw minn min ikun bid-
dieta;
(e) prodotti, kura u stabbilimenti għal min irid jirqaq;
(f) trailers dwar films klassifikati bħala għall-kbar biss;
(g) lotteriji jew logħob simili ta’ l-azzard.
Tifsira ta’ 
"minuri".
31. Dan il-Kodiċi jirreferi għal minuri li ma jkunx għalaq is-
sittax-il sena.
Regolamenti dwar 
Ċertifikati ta’ 
Klassifika għal 
Programmi 
Televiżivi.
L.S. 350.01
32. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi huma mingħajr
preġudizzju għar-regolamenti 5 u 6 tar-Regolamenti dwar
Ċertifikati ta’ Klassifika għal Programmi Televiżivi.
