KODIĊI GĦALL-INVESTIGAZZJONI 
U GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ ILMENTI ġ L.S.350.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.06
KODIĊI GĦALL-INVESTIGAZZJONI 
U GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ ILMENTI
1 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 161 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 3 u 251
ta’ l-2001.
Titolu.
u għad-Determinazzjoni ta’ Ilmenti.
Tifsir.
Kap. 350.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  tax-Xandir imwaqqfa skond l-
artikolu 118 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Chief Executive" tfisser iċ-Chief Executive ta’ l-Awtorità  , jew
kull uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ l-istess Awtorità , iżda ma
tinkludix lis-Segretarju;
"Kodiċi" tfisser il-Kodiċi għall-Investigazzjoni u għad-
Determinazzjoni ta’ Ilmenti;
"persuna li tagħmel ilment" tfisser terza persuna milquta li titlob
lill-Awtorità  biex din tara li xandar jikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju ta’ l-Awtorità  jew kull uffiċjal
jew impjegat ieħor ta’ l-Awtorità , iżda ma tinkludix iċ-Chief
Executive.
(2) Kliem u frażijiet użati f’dan il-Kodiċi għandhom jingħataw
l-istess tifsir mogħti lilhom fl-Att.
L-ilmenti 
għandhom jiġu 
indirizzati lix-
xandar.
3. (1) Kull ilment għandu jsir bil-miktub mill-aktar fis
possibbli mill-persuna li tagħmel ilment u għandu jkun indirizzat
lix-xandar involut.
(2) Għandha tintbagħat kopja ta’ dak l-ilment lill-Awtorità .
Żmien li fih xandar 
għandu jirrispondi.
4. L-ilmenti għandhom jiġu mistħarrġa u jingħataw tweġibiet
lill-persuna li tagħmel ilment fi żmien tliet ijiem minn meta jirċievi
l-ilment.
Meta xandar jilqa’ 
l-ilment.
5. Jekk ix-xandar jikkonsidra l-ilment ġustifikat fit-totalità
tiegħu jew f’parti minnu, dan ta’ l-aħħar għandu jieħu l-passi
meħtieġa, filwaqt li javża b’dan bil-miktub lill-Awtorità  u lill-
persuna li tagħmel ilment dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet.
Meta xandar ma 
jilqax l-ilment.
6. Jekk l-ilment ma jiġix milqugħ, ix-xandar għandu -
(a) jinforma b’dan lill-persuna li tagħmel ilment;
(b) jinforma lill-persuna li tagħmel ilment bid-dritt tagħha
li tirreferi l-kwistjoni lill-Awtorità  biex din tirrevedi d-
deċiżjoni tax-xandar skond dan il-Kodiċi; u
(ċ) jinforma lill-Awtorità  bid-deċiżjoni li jkun ha u
jipprovdilha kopja ta’ kull korrispondenza rilevanti.
2 L.S.350.06 ħ
KODIĊI GĦALL-INVESTIGAZZJONI 
U GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ ILMENTI
Il-persuna li 
tagħmel ilment 
tista’ titlob lill-
Awtorità  tisma’ l-
ilment.
7. Jekk il-persuna li tagħmel ilment ma tkunx sodisfatta bir-
risposta tax-xandar, hija tista’ titlob lill-Awtorità  biex tisma’ u
tiddeċiedi l-ilment.
Sottomissjonijiet 
bil-fomm.
Emendat:
A.L. 251 ta’ l-
2001.
8. (1) L-Awtorità  għandha tappunta l-ilment għas-smigħ u
kemm il-persuna li tressaq ilment u x-xandar involut għandhom
jintalbu li jattendu għas-seduta pubblika biex jagħmlu s-
sottomissjonijiet tagħhom bil-fomm lill-Awtorità .
(2) Il-partijiet għandhom jipproduċu l-provi tagħhom waqt dik
is-seduta u l-Awtorità  m’għandhiex tagħti differimenti kemm-il
darba ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali hekk kif l-Awtorità
tista’ tqis xierqa.
L-Awtorità  
għandha tiddeċiedi 
l-ilment.
9. Wara li l-partijiet ikunu għalqu s-sottomissjonijiet
tagħhom bil-fomm, huma jintalbu li jirtiraw mis-seduta u l-
Awtorità  għandha tiddeċiedi l-ilment.
L-Awtorità  
għandha 
tikkomunika d-
deċiżjoni lill-
partijiet involuti.
10. Wara li tkun stħarrġet l-ilmenti li jinġiebu quddiemha
skond dan il-Kodiċi, l-Awtorità  għandha tikkomunika d-deċizjoni
lill-partijiet partijiet involuti.
Is-Segtetarju 
għandu 
jikkomunika d-
deċiżjoni ta’ l-
Awtorità .
11. Is-Segretarju ta’ l-Awtorità  għandu jinforma bil-miktub
liż-żewġ partijiet bid-deċiżjoni ta’ l-Awtorità .
Nuqqas ta’ 
attendenza mhux 
ġustifikat għas-
seduta ta’ l-
Awtorità .
12. Fejn xi parti, mingħajr raġuni valida, tonqos milli tattendi
għas-seduta pubblika, għandha tiġi addottata l-proċedura li ġejja:
(a) jekk il-persuna li tagħmel ilment tonqos milli tattendi
għas-seduta, l-ilment tagħha għandu jiġi miċħud mill-
Awtorità ;
(b) jekk ix-xandar involut jonqos milli jattendi għas-
seduta, l-Awtorità  għandha tisma’ lill-persuna li
tagħmel l-ilment u għandha tiddeċiedi l-ilment fin-
nuqqas tax-xandar.
Smigħ xieraq u 
pubbliku.
13. L-Awtorità  għandha tagħti smigħ xieraq u pubbliku liż-
żewġ partijiet involuti. Hija għandha tagħti raġunijiet għad-
deċiżjonijiet tagħha u għandha tagħmel id-deċiżjonijiet tagħha
pubbliċi.
Meta xandar 
jonqos li 
jirrispondi lil 
persuna li tagħmel 
ilment.
14. Jekk ix-xandar involut ma jagħtix tweġiba fiż-żmien
stipulat skond il-paragrafu 4, l-Awtorità  għandha tipproċedi hi biex
tiġġudika l-ilment u, jekk ikun hekk meħtieġ, tiddeċiedi dwar ir-
rimedju li għandu jingħata.
Tmexxija tas-
seduti pubbliċi.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-2001.
15. (1) L-Awtorità  għandha twaħħal avviż fuq in-notice board
tagħha ta’ ilment pendenti mill-anqas tmienja u ergħin siegħa qabel
ma tibda s-seduta.
(2) Il-membri tal-pubbliku li jattendu għal seduta pubblika
għandħom jidentifikaw irwieħhom mas-Segretarju billi juruh id-
dokument ta’ l-identità  jew il-passaport tagħhom.
(3) Is-Segretarju għandu jgħarraf lil dawk il-membri tal-
pubbliku bil-jiem u l-ħinijiet tas-seduti pubbliċi ta’ l-Awtorità .
KODIĊI GĦALL-INVESTIGAZZJONI 
U GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ ILMENTI ġ L.S.350.06 3
(4) Għall-fini ta’ dan il-Kodiċi, seduta pubblika għandha tkun
tinkludi wkoll il-possibilità  li l-pubbliku jkun jista’ jsegwi l-
istħarriġ mill-Awtorità  ta’ ilment permezz ta’ closed circuit
television.
Ordni waqt is-
seduta.
16. Iċ-Chairman ta’ l-Awtorità  għandu jżomm l-ordni waqt is-
seduti ta’ l-Awtorità  u jista’ wkoll jordna lil kull membru tal-
pubbliku li jiddisturba l-andament tal-proċeduri li joħroġ ’il barra.
Każijiet urġenti.
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi hekk kif tista’ tiddeċiedi.
