PROĊEDURA SPEĊJALI AMMINISTRATTIVA ġ L.S.350.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.07
REGOLAMENTI DWAR PROĊEDURA SPEĊJALI 
AMMINISTRATTIVA
1 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 162 ta’ l-2000.
Titolu.
Proċedura Speċjali Amministrattiva.
Tifsir.
Kap. 350.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  tax-Xandir imwaqqfa bl-artikolu
118 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Chief Executive" tfisser iċ-Chief Executive ta’ l-Awtorità  jew
kull uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ l-istess Awtorità  iżda ma
tinkludix lis-Segretarju ta’ l-Awtorità ;
"kodiċi" tifsser il-Kodiċi għall-Investigazzjoni u għad-
Determinazzjoni ta’ Ilmenti;
"persuna li tagħmel ilment" tfisser terza persuna milquta li titlob
lill-Awtorità  biex din tara li xandar jikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju ta’ l-Awtorità  jew kull uffiċjal
jew impjegat ieħor ta’ l-istess Awtorità  iżda ma tinkludix liċ-Chief
Executive ta’ l-Awtorità .
(2) Kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandhom
jingħataw l-istess tifsir mogħti lilhom fl-Att.
Iċ-Chief Executive 
għandu jagħti 
avviż ta’ akkuża.
3. (1) Iċ-Chief Executive għandu jagħti avviż ta’ akkuża lil
xandar.
(2) Fl-imsemmi avviż, iċ-Chief Executive għandu jirreferi
għad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-Att jew tar-regoli, jew tar-
regolamenti jew kodiċijiet magħmula taħtu li x-xandar ikun qed jiġi
akkużat li jkun kiser.
(3) F’dak l-avviż, iċ-Chief Executive għandu wkoll jgħarraf lix-
xandar bil-penali li hemm għal dak il-ksur fil-każ li jinsab ħati u
dwar l-ammont tal-penali mnaqqsa li tista’ titħallas mix-xandar u
dwar il-perijodu li fih din tista’ titħallas li kieku x-xandar kellu
jagħżel li jħallas penali mnaqqsa skond il-Ħames Skeda li tinsab
ma’ l-Att.
(4) Wara li l-Awtorità  tkun semgħet it-trattazzjoni orali taċ-
Chief Executive u tax-xandar, ic-Chief Executive u x-xandar
għandhom jirtiraw mis-seduta ta’ l-Awtorità  meta l-Awtorità  tkun
ser tgħaddi biex tiddiskuti u tiddeċiedi l-akkuża.
(5) Is-Segretarju ta’ l-Awtorità  għandu jikkomunika bil-miktub
id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  liċ-Chief Executive u lix-xandar.
2 L.S.350.07 ħ PROĊEDURA SPEĊJALI AMMINISTRATTIVA
Ilment imressaq 
minn persuna li 
tagħmel ilment.
4. Meta ilment jitressaq minn persuna li tagħmel ilment ikun
jolqot lil xi wieħed mir-reati msemmija fir-regolament 3(2), il-
proċedura stabbilita fil-Kodiċi għall-Investigazzjoni u għad-
Determinazzjoni ta’ Ilmenti għandħa tiġi segwita bla ħsara għal
dawn ir-regoli li ġejjin:
(a) meta l-persuna li tagħmel ilment ma tkunx sodisfatta
bir-risposta tax-xandar u titlob lill-Awtorità  biex
tisma’ u tiddeċidi l-ilment tiegħu skond ma hu
pprovdut fir-regolament 7 tal-kodiċi, iċ-Chief
Executive għandu jikkonforma ruħu mad-
disposizzjonijiet tar-regolament 3(1), (2) u (3);
(b) il-proċedura stabbilita fir-regolament 3(4) għandha tiġi
segwita mill-Awtorità  u l-persuna li tagħmel ilment,
jekk tattendi, għandha wkoll tirtira mis-seduta ta’ l-
Awtorità ;
(ċ) il-proċedura stabbilita fir-regolamenti 8 sa 16 tal-
kodiċi għandha tiġi segwita:
Iżda ċ-Chief Executive għandu jassisti lil-persuna li tressaq
ilment u l-frażi "persuna li tagħmel ilment" kulfejn din tidher fir-
regolamenti 8 sa 16 tal-kodiċi għandha wkoll tinkludi, għall-finijiet
ta’ dak kollu li hemm ipprovdut dwaru f’dan ir-regolament
referenza għaċ-Chief Executive.
