KOPJI TA’ TAPES ġ L.S.350.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.08
REGOLAMENTI DWAR KOPJI TA’ TAPES
1 ta’ Jannar, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 245 ta’ l-2000.
Titolu.
Kopji ta’ Tapes.
Tifsir.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  tax-Xandir imwaqqfa skond l-
artikolu 118 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
Kap. 350.
"persuna li tressaq ilment" tfisser terza persuna milquta li titlob
lill-Awtorità  li din ta’ l-aħħar tassigura li xandar jikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ix-Xandir.
(2) Kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandhom
jingħataw l-istess tifsir mogħti lilhom fl-Att dwar ix-Xandir.
Obbligi ta’ xandar.
kontenut ta’ xandira b’kopja ta’ dik ix-xandira fi żmien ġurnata
mid-data minn meta ssir it-talba minn dik il-persuna.
Drittijiet li jitħallsu 
lix-xandar.
4. Għall-għoti ta’ kopja ta’ xandir, persuna li tagħmel ilment
għandha tħallas dawn id-drittijiet lix-xandar:
(a) f’każ ta’ programm tar-radju -
(i) dritt ta’ għaxar liri għal xandira li ma teċċediex
siegħa liema dritt għandu jinkludi l-ispejjeż
kollha, inkluż il-prezz tal-provvista ta’ audio
cassette; u
(ii) dritt addizzjonali ta’ żewġ liri u ħamsin
ċenteżmu għal siegħa addizzjonali jew parti
minnha;
(b) f’każ ta’ programm tat-televiżjoni -
(i) dritt ta’ ħmistax-il lira għal xandira li ma
teċċediex siegħa liema dritt jinkludi l-ispejjeż
kollha, inkluż il-prezz tal-provvista ta’ video
cassette; u
(ii) dritt addizzjonali ta’ żewġ liri u ħamsin
ċenteżmu għal siegħa addizzjonali jew parti
minnha.
Nuqqas ta’ xandar 
li jipprovdi kopja 
ta’ xandira.
5. F’każ li x-xandar jonqos milli jipprovdi kopja ta’ dak it-
tape imsemmi qabel fil-perjodu msemmi fir-regolament 3, l-
Awtorità  għandha tipprovdi kopja ta’ dik ix-xandira lill-persuna
aggravata u d-drittijiet imsemmi fir-regolament 4 għandhom jiġu
mħallsa lill-Awtorità .
Poteri ta’ l-
Awtorità .
Kap. 350.
6. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti huma bla ħsara
għall-poteri ta’ 1-Awtorità  skond id-disposizzjoni ta’ l-artikolu
21A(3) ta’ l-Att dwar ix-Xandir.
