KODIĊI TAX-XANDIR DWAR L-UŻU TAJJEB 
TA’ L-ILSIEN MALTI FIL-MEZZI TAX-XANDIR ġ L.S.350.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.10
KODIĊI TAX-XANDIR DWAR L-UŻU TAJJEB TA’ 
L-ILSIEN MALTI FIL-MEZZI TAX-XANDIR
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 133 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviżegali 282 ta’ l-
2002.
Titolu.
Użu Tajjeb ta’ 1-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir.
Dmirijiet li 
għandhom ix-
xandara.
2. Ix-xandara għandhom id-dmir li jużaw l-ilsien Malti sew
billi:
(a) jifhmu r-responsabbiltà  li għandhom li jħarsu l-ilsien
Malti;
(b) b’mod speċjali fil-każ tal-ġurnalisti, li jimxu ma’ kull
żvilupp li jseħħ fl-ilsien Malti, sew jekk mitħaddet sew
jekk miktub;
(ċ) jkunu midħla sew ta’ ilsna oħra sabiex ikunu jistgħu
jagħmlu traduzzjonijiet u adattamenti sew;
(d) jgħinu lil kull min ikun qiegħed jieħu sehem f’xi
programm kif ukoll iwaqqfu lil min jabbuża mill-ilsien
użat;
(e) jgħassu sew, b’mod specjali fil-każ ta’ programmi
edukattivi, informattivi jew tat-tfal;
(f) jiżguraw li l-Malti li jintuża jitħaddem sew f’dik li hi
l-lessika, s-semantika, l-grammatika, s-sintassi, l-
morfoloġija u l-kontenut;
(g) jkunu jafu jħaddmu sew kull aspett ta’ l-ilsien biex dak
li jingħad juri għaqda, sħuhija u jkun jiftiehem sew;
(h) jużaw b’għaqal kull neoloġiżmu li jidħol fl-ilsien
Malti u, fejn possibbli, jagħmlu dan skond il-
morfoloġija eżistenti ta’ l-ilsien Malti;
(i) jużaw il-kliem bil-Malti skond l-għerq tiegħu għall-
inqas meta dak il-kliem ma jkunx jidher li hu arkajku
ż-żejjed; u
(j) jużaw kliem kemm jista’ jkun ċar u li jiftiehem sew.
Responsabbilità  li 
għandħom l-
istazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 282 ta’ l-
2002.
3. Hi r-responsabbiltà  ta’ kull stazzjon li:
(a) jkollu l-konsulent kwalifikat tiegħu fl-ilsien Malti u li
jkun jaf x’inhu jiġri fil-qasam tax-xandir. Dan il-
konsulent jiġi approvat mill-Awtorità  tax-Xandir wara
konsultazzjoni ma’ l-Akkademja tal-Malti. L-Awtorità
tax-Xandir għandha wkoll tippubblika l-isem ta’ dak
il-konsulent fil-Gazzetta;
(b) jsegwi r-regoli u d-direttivi li tohroġ l-Akkademja tal-
Malti f’dak li hu t-tħaddim ta’ l-ilsien Malti;
(ċ) juża l-ilsien Malti sew f’kull xandira li ssir;
2 L.S.350.10 ħ
KODIĊI TAX-XANDIR DWAR L-UŻU TAJJEB 
TA’ L-ILSIEN MALTI FIL-MEZZI TAX-XANDIR
(d) josserva kull kondizzjoni li jkun hemm fil-liċenza tax-
xandir u li tkun teħtieġ li l-ilsien Malti jitħaddem
b’mod xieraq; u
(e) jxandar mill-anqas programm wieħed f’kull skeda ta’
programmi biex iġib ’il quddiem b’mod pro-attiv l-
ilsien Malti. L-istazzjon għandu jinforma lill-Awtorità
bid-data u l-ħin ta’ dik ix-xandira u għandu jagħti lill-
Awtorità  tax-Xandir, kopja elettronika tax-xandira
mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta ssir ix-
xandira.
Responsabbiltà  li 
għandha l-Awtorità  
tax-Xandir.
Emendat:
A.L. 282 ta’ l-
2002.
4. Hi r-responsabbiltà  ta’ l-Awtorità  tax-Xandir li:
(a) tikkummissjona lill-Akkademja tal-Malti tħejji ktejjeb
ta’ referenza li jkun jiġbor fih l-elementi ewlenin,
inkluż glossarju, li kull xandar jeħtieġ li jkollu biex
ikun jista’ jimxi fuqu. Barra minn hekk l-Awtorità
għandha tikkummissjona t-tħejjija ta’ linji direttivi ta’
kif għandu jintuża sew il-Malti fi programmi fuq
suġġetti bħal sports, is-soċjoloġija, l-ekonomija u
oqsma speċjalizzati oħra;
(b) meta timpjega programme monitors magħha, tiżgura li
dawn il-persuni jkollhom livell għoli ta’ għarfien sew
ta’ l-ilsien Malti;
(ċ) tħejji minn żmien għal żmien korsijiet fuq l-ilsien
Malti mfassla apposta għax-xandara;
(d) titlob lill-Akkademja tal-Malti tagħtiha lista ta’
persuni mgħallma u mħarrġa fil-Malti li l-istazzjonijiet
tax-xandir ikunu jistgħu, jekk ikun hekk meħtieġ,
jikkonsultaw ruħhom magħhom;
(e) tistqarr fil-pubbliku l-politika tagħha fuq l-ilsien;
(f) tippremja l-prattika tajba permezz ta’ l-għoti ta’
premju speċjali għat-tħaddim ta’ l-ilsien Malti;
(g) minn żmien għal żmien tħejji u tippubblika rapporti
fuq il-qagħda ta’ l-ilsien Malti fuq il-mezzi tax-xandir;
u
(h) tassisti lil The Malta Press Club jilħaq l-għanijiet
tiegħu li jkun korp li jirregola lilu nnifsu fejn tidħol il-
lingwa.
