PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.04
REGOLAMENTI DWAR IL-PILUTAĠĠ U L-
IRMIĠĠ*
1 ta’ Jannar, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 163 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviżi Legali 111 ta’ l-
1976, 159 ta’ l-1977, 75 ta’ l-1978, 110 ta’ l-1979, 50 ta’ l-1985, 24 ta’ l-
1986, 75 ta’ l-1989 u 9 ta’ l-1990; bl-Att XVII ta’ l-1991; u bl-Avviżi
Legali 41 ta’ l-1994 u 137 ta’ l-2001.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Generali 
Titolu.
Pilutaġġ u l-Irmiġġ.
Tifsir.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"Att" tfisser l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta mwaqqfa
skond l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Pilutaġġ imwaqqaf skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 ta’ l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Portijiet;
"bdot" jew "irmiġġatur" kemm-il darba ma jkunx jidher sens
kuntrarju, tinkludi "Bdot Ewlieni" jew "irmiġġatur ewlieni", skond
il-każ;
"bdot anzjan" tfisser il-bdot li f’xi għassa jkun l-iktar wieħed
anzjan bl-ordni stabbilit mill-Bord.
TAQSIMA II
Liċenzi ta’ Bdoti
Kwalifiki.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-1989;
XVII. 1991.81.
3. (1) Ebda persuna ma tingħata liċenza biex tagħmilha ta'
bdot kemm il darba ma tkunx -
(a) ċittadin ta' Malta:
Iżda l-Ministru jista’ fuq il-parir tal-Bord,
jawtorizza lill-Bord biex joħroġ liċenza lil ċittadin ta’
pajjiż barrani, jekk dak l-applikant ikun kwalifikat
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u
ebda ċittadin ieħor ta’ Malta li jkun kwalifikat biex
jagħmilha ta’ bdot ma joffri s-servizz tiegħu;
(b) ’il fuq mill-età  ta’ tlieta u għoxrin sena u taħt il-
ħamsin sena fid-data li fihom jagħlqu l-
applikazzjonijiet;
(ċ) ġabet provi sodisfaċenti ta’ kodatta tajba u serjetà  fl-
*Revokat bl-Avviż Legali 96 ta’ l-2003 - iżda ara r-regolament 58 tar-
Regolamenti dwar Pilotaġġ Marittimu - L.S. 352.17.
2 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
imġieba tagħha;
(d) ġiet dikjarata li fiżikament tkun tajba biex tagħmilha
ta’ bdot minn bord mediku maħtur mill-Ministru;
(e) għaddiet mill-eżami xieraq preskritt skond ir-
regolamenti 5 u 9;
(f) għamlitha ta’ bdot temporanju bi prova skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
Iżda l-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Bord, jawtorizza lill-
Awtorità  biex toħroġ liċenza lil persuna biex tagħmilha ta’ bdot
jekk dik il-persuna jkollha ċertifikat ta’ kompetenza biex tagħmilha
ta’ kaptan ta’ bastiment li jbaħħar l-oċeani maħruġ minn xi awtorità
xierqa.
(2) Ebda persuna ma tingħata liċenza ta’ bdot jekk tkun ġiet
dikjarata ħatja ta’ serq jew frodi.
Kwalifiki għall-
eliġibbilità  għall-
eżami.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-1989.
Kap. 234.
4. Sabiex ikun jista’ jagħmel eżami għal-liċenza ta’ bdot,
kandidat:
(a) għandu jkollu -
(i) ċertifikat ta’ kompetenza ta’ grad ta’ mhux inqas
minn tieni uffiċjal ta’ bastiment li jbaħħar l-
oċeani maħruġ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew ċertifikat
ekwivalenti maħruġ minn xi awtorità  kompetenti
barranija; jew
(ii) liċenza ta' Padrun, jew kaptan tat-tielet klassi
maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Bastimenti Merkantili; jew
L.S.352.16
(iii) liċenza speċjali ta’ kaptan ta’ bastiment maħruġa
skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar
il-Bastimenti Kummerċjali.
(b) għandu wkoll jipproduċi prova ta’ għall-anqas ħames
snin servizz fuq il-baħar li jinkludi servizz fuq il-baħar
fil-portijiet: iżda l-imsemmi perjodu ta’ ħames snin
jista’ jitnaqqas għal erba’ snin fil-każ ta’ persuni li
jkollhom iċ-ċertifikat jew ċertifikat ekwivalenti kif
imsemmi fil-paragrafu (a)(i).
Prova preliminari u 
eżami.
5. (1) Qabel ma kandidat jingħata liċenza biex jagħmilha ta’
bdot temporanju bi prova l-Bord irid ikun sodisfatt illi dak il-
kandidat -
(a) ikun jikkwalifika skond ir-regolament 4;
(b) ikun instab minn panel ta’ eżaminaturi li hu persuna
xierqa u adatta biex tagħmilha ta’ bdot temporanju bi
prova;
(ċ) ikun, għas-sodisfazzjon tal-panel ta' l-eżaminaturi,
għadda minn eżami fuq -
(i) kif jagħraf is-sinjali lokali tat-trafliku tal port u
tagħrif tal-liġijiet u r-regolamenti dwar is-
servizz tal-pilutaġġ;
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 3
(ii) it-tagħrif sħiħ tal-kontenut u l-applikazzjoni tar-
regolamenti internazzjonali għall-evitar ta’
kolliżjonijiet fuq il-baħar u l-ħila li jagħraf d-
dwal tal-bastimenti tal-qlugħ li jkunu qed
ibaħħru u l-manuvri possibbli skond id-
direzzjoni tar-riħ;
(iii) tagħrif dwar kif issib ir-rotta tal-boxxla u d-
distanza bejn żewġ punti fuq mappa, li tingħata
rotta billi jiġu kunsidrati d-deriva u l-kurrent, li
jkunu evitati perikli u li jiġu wżati sinjali ta’
ħelsien; li jitfisser minn fuq mappa t-tagħrif li
tagħti, b’mod partikolari dwar bagi, dwal,
profondità  u x-xorta tal-qiegħ;
(iv) li jifhem u jinterpreta is-sinjali ta’ l-ajjut u tal-
bdoti, is-sinjali tal-kontroll tal-port, u s-sinjali
tal-kodiċi internazzjonali;
(v) tagħrif sħiħ tax-xtut ta’ Malta u Għawdex u l-
profondità  tal-baħar fil-viċinanza tagħhom u fil-
portijiet u l-bajji u n-navigazzjoni ta’ bastiment
fil-viċinanza tax-xtut ta’ dawn il-Gżejjer u fil-
portijiet tagħhom;
(vi) tagħrif sħiħ ta’ l-ordnijiet tat-tmun; immarkar u
użu ta’ l-iskandall; ankri u gumni; il-
preparazzjonijiet u l-prekawzjonijiet għall-
istartjar, dħul fil-port jew trakkar; preparazzioni
għax-xogħol biex jintefgħu l-ankri;
preparazzjoni għall-irbit bejn bagi pruwa u
poppa; tkarkir ta’ l-ankra; l-użu tal-boxxla biex
jiġi żgurat ir-riskju tal-kolliżjoni; kif teħles minn
ankra mħabbla; kif teħles minn katina ta’ ankra
mħabbla; u proċedura u prekawzjonijiet ġenerali
li għandhom jittieħdu meta jkun qed jiġi
mdaħħal bastiment fil-baċir;
(vii) tagħrif sħiħ ta’ l-effett ta’ l-iskrejjen waqt it-
tmexxija tal-bastiment, twaqqif, sijar u
manuvrar; tidwir ċirku; effetti ta’ kurrent, riħ,
baħar, sikek, pixkar, trakkar ma’ moll, ma’ pont
u ma’ dolphin; irbit bejn bagi pruwa u poppa;
tidwir ta’ bastiment fil-qosor u manuvrar fil-
portijiet; manuvrar ta’ emerġenza; tmexxija ta’
bastimenti fil-maltemp;
(viii) li jaf jikteb, jaqra u jitkellem bil-Malti u bl-
Ingliż;
(ix) tagħrif ta’ espressjonijiet tekniċi fin-nawtika.
(2) Il-panel ta’ l-eżaminaturi jista’, bl-approvazzjoni tal-Bord,
jeżenta kandidati milli jiġu eżaminati f’xi waħda mid-
disposizzjonijiet li hemm fis-subregolament (1)(ii), (iii), (vi), (vii),
(viii) u (ix).
Drittijiet għall-
eżami.
Emendat:
XVII. 1991.81.
6. Kull kandidat qabel ma joqgħod għall-eżami skond ir-
regolament 5 għandu jħallas lill-Awtorità  dritt ta’ ħames liri (Lm5).
4 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
Riżultat ta’ l-
eżami.
7. Il-panel ta’ l-eżaminaturi ghandu jissottometti lill-Bord ir-
riżultat ta’ l-eżami li jkun sar skond ir-regolament 5 u r-riżultat
għandu juri l-ordni tal-meritu miksub mill-kandidati kollha.
Liċenza 
temporanja għal 
bdot temporanju.
8. (1) Meta kandidat jissodisfa l-ħtiġiet tar-regolamenti 4 u 5
il-Bord jista’ joħroġ lil dak il-kandidat liċenza biex jagħmilha ta’
bdot temporanju bi prova suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet u
limitazzjonijiet li l-Bord jidhirlu xierqa.
(2) Fil-ħruġ ta’ dik il-liċenza l-Bord jista’ jagħti preferenza lil
dawk il-kandidati li jgħaddu li jkollhom kwalifika ogħla u li
jkollhom l-aktar esperjenza xierqa fil-prattika.
(3) Liċenza maħruġa skond is-subregolament (1) tibqa’ valida,
sakemm ma tiġix imħassra qabel, sa sitt xhur mid-data tal-ħruġ u
matul dak il-perijodu d-detentur tal-liċenza jitqies li hu membru
temporanju tal-korp tal-pilutaġġ u jitħallas mill-korp tal-pilutaġġ
dritt ta’ 125ċ kull ġurnata jew kull rata ogħla li l-Ministru jista’
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Ħtiġiet għall-ħruġ 
ta’ liċenza ta’ bdot.
9. (1) Sabiex jikkwalifika għal liċenza ta’ bdot, bdot
temporanju li jkun bi prova għandu jissodisfa bord ta’ eżaminaturi
mhux qabel ir-raba’ xahar u mhux wara s-sitt xahar mill-ħruġ tal-
liċenza mogħtija skond ir-regolament 8:
(a) illi jkun mar ma’ bdot liċenzjat għal mhux inqas minn
mitt darba abbord ta’ bastimenti ta’ mhux anqas minn
elf u ħames mitt tunnellata gross ta’ reġistru, meta
dawk il-bastimenti jkunu deħlin jew ħerġin mill-
portijiet ta’ pilutaġġ obbligatorji;
L.S.352.01 (b) illi jkollu tagħrif dettaljat tar-Regolamenti dwar il-
Portijiet safejn dawn ir-regolamenti jkunu dwar ir-
rapport, iċ-ċaqliq u l-irmiġġ ta’ bastimenti;
(ċ) illi jkollu tagħrif dettaljat ta’ l-informazzjoni li
għandha tingħata lill-kaptan u ta’ l-informazzjoni
riċevuta mill-kaptan malli jitla’ abbord;
(d) illi jkun xieraq u adatt biex jagħmilha ta’ bdot.
(2) Bdot taħt prova li jonqos li jissodisfa d-disposizzjonijiet
preskritti fis-subregolament (1) jista’ jitħalla jagħmel aktar taħriġ
għal perijodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur iżda matul dak il-
perijodu ma jkol1u dritt għal ebda rimunerazzjoni, tkun li tkun.
Liċenzi tal-bdoti. 10. Bdot taħt prova li jissodisfa l-ħtiġiet preskritti fir-
regolament 9 tinħariġlu liċenza ta’ bdot taħt il-kondizzjonijiet u
limitazzjonijiet li l-Bord jidhirlu xierqa u għandu wara dan jitqies li
hu membru regolari tal-korp tal-pilutaġġ.
TAQSIMA III
Pilutaġġ
Talba għall-
attendenza ta’ 
bdot.
11. (1) Talba għall-attendenza ta’ bdot ghandha ssir mill-
kaptan ta’ bastiment jew mill-aġent ta’ bastiment.
(2) Jekk bastiment ikun jeħtieġ bdot fi żmien qasir, huwa
għandu:
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 5
(i) bi nhar, itella’ l-Bandiera "G" tal-Kodiċi
Internazzjonali u jsaffar "G" bil-morse code bis-
suffara jew bis-sirena tiegħu; u
(ii) bil-lejl, isaffar is-sinjal speċifikat fil-paragrafu (i) u
juri wkoll tlett idwal bojod f’linja vertikali wieħed fuq
l-ieħor.
(3) Jekk bastiment jeħtieġ l-għajnuna ta’ rmonk barra minn
bdot fi żmien qasir, huwa għamdu:
(i) bi nhar, itella’ l-Bandiera "N" tal-Kodiċi
Internazzjonali u jsaffar "N" bil-morse code bis-
suffara jew bis-sirena tiegħu;
(ii) bil-lejl, isaffar "N" bil-morse code bis-suffara jew bis-
sirena tiegħu.
Dmirijiet tal-
kaptan.
12. (1) Meta l-lanċa tal-pilutaġġ tkun qed tersaq lejn il-
bastiment il-kaptan għandu jaghtiha l-kenn bil-bastiment tiegħu u
jnaqqas il-veloċità .
(2) Dan għandu wkoll jiżgura illi:
(a) ikollu barbetta armata lesta f’tul adegwat pruwa u
poppa lejn is-sellum tal-bdot jew lejn mezz ieħor
approvat u żgur ta’ aċċess; u
(b) is-slielem kollha tal-bdoti jew kull mezz ieħor ta’
aċċess huma:
(i) ta’ għamla approvata, miżmuma fi stat tajjeb ta’
tiswija u provduti b’man ropes, u
(ii) provduti b’dawl qawwi fil-ħinijiet tat-tbexbix u
tad-dlam.
Wiri ta’ bandiera 
ta’ bdot.
13. Ebda persuna, li ma tkunx bdot fuq ix-xogħol fuq il-baħar,
ma għandha ttella’ jew turi bandiera ta’ bdot fil-limiti jew fil-
viċinanza ta’ port u ebda kaptan ta’ xi bastiment ma għandu juri
jew iħalli dik il-bandiera tiġi murija ħlief minn bdot.
Ċaqliq ta’ 
bastimenti.
Emendat:
XVII. 1991.81.
14. Bdot ma għandux jirmiġġa jew iċaqlaq xi bastiment mill-
irmiġġ tiegħu mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità .
Il-bdoti 
jikkontrollaw lill-
irmiġġaturi.
15. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi liġijiet jew
regolamenti, bdot għandu, meta jingħata xogħol, jitqies li għandu l-
kontroll kollu fuq l-irmiġġaturi li jingħatawlu għal dak ix-xogħol.
Log books.
Emendat:
XVII. 1991.81.
16. (1) Il-bdoti għandhom iżommu u jiffirmaw log books li
jkunu f’dik il-forma 1i minn żmien għal żmien tiġi stabbilita mill-
Awtorità .
(2) Ebda bdot ma għandu jaħbi jew jiffalsifika xi tagħrif li jkun
meħtieġ li jitniżżel f’dawk il-log books.
Rapporti ta’ 
inċidenti.
Emendat:
XVII. 1991.81.
17. (1) Bdot għandu jissottometti lill-Awtorità  rapport bil-
miktub dwar kull inċident li jinvolvi l-bastiment li jkun qed iservi
fuqu.
(2) Dak ir-rapport għandu jasal għand l-Awtorità  mhux aktar
tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jiġri dak l-inċident u l-
6 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
Awtorità  għandha tibgħat ir-rapport lill-Bord.
(3) Ir-rapport imsemmi f’dan ir-regolament ma jkunx għad-
disposizzjoni ta’ xi persuna barra mill-Awtorità  ħlief b’ordni ta’
Qorti kompetenti.
(4) Minkejja kull proċedimenti li jistgħu jittieħdu taħt xi liġi, l-
Awtorità  tista’ tieħu azzjoni dixxiplinari kontra kull bdot li jonqos
li jħares id-disposizzjonjiet ta’ dan ir-regolament.
Tlugħ fuq u nżul 
minn bastimenti.
Emendat:
XVII. 1991.81.
18. (1) Fil-każ ta’ bastiment li jkun se jidħol f’port, bdot
għandu jitla’ abbord dak il bastiment ħdejn il-Fairway Buoy barra
l-Port il-Kbir. 
(2) Bdot għandu jinżel minn fuq bastiment li jkun se jitlaq
minn port -
(a) meta dak il-bastiment ikun għadda sew il-breakwaters
ta’ Sant’ Iermu u ta’ Rikażli meta jkun ħiereġ mill-Port
il-Kbir; jew
(b) fil-każ ta’ xi port ieħor, meta dak il-bastiment ikun
ħareġ sewwa mill-port u jkun b’sigurezza qabad triqtu:
Iżda bdot jista’ jitla’, jew jinżel, minn bastiment ġo port
jekk it-temp ikun hekk li l-lanċa tal-bdot tkun f’periklu jekk toħroġ
minn dak il-port.
(3) Bdot li ma jħarisx id-disposizzjonijiet tas-subregolamenti
(1) u (2) għandu jispjega l-azzjonijiet tiegħu lill-Awtorità  fi żmien
ġurnata tax-xogħol, u jekk l-Awtorità  ma tkunx sodisfatta b’dik l-
ispjegazzjoni, din għandha tieħu dik l-azzjoni dixxiplinari kontra l-
bdot li jkun.
TAQSIMA IV
Korp tal-Pilutaġġ
Bdoti u 
irmiġġaturi.
19. (1) Għandu jitwaqqaf Korp tal-Pilutaġġ li jkun magħmul
minn bdoti liċenzjati u minn irmiġġaturi.
(2) L-għadd tal-bdoti u ta’ l-irmiġġaturi għandu jkun f’kull ħin
biżżejjed biex jiġu provduti servizzi ta’ pilutaġġ fil-pront u
effiċjenti.
(3) Il-Bord jista’ jżid in-numru ta’ bdoti u ta’ irmiġġaturi li
jkunu qed iservu f’xi żmien jekk fil-fehma tiegħu dak in-numru ta’
bdoti u ta’ irmiġġaturi ma jkunx biżżejjed biex jiġu provduti
servizzi ta’ pilutaġġ u ta’ irmiġġ fil-pront u effiċjenti.
Għases bix-shift.
Emendat:
A.L. 110 ta’ l-
1979;
XVII. 1991.81.
20. (1) Il-bdoti u l-irmiġġaturi għandhom jaħdmu erbgħa u
għoxrin siegħa kull jum fuq bażi ta’ shift, u kull shift ikun magħruf
bħala "l-għassa".
(2) In-numru ta’ għases li jinħadmu, kemm iddum kull għassa,
u n-numru ta’ bdoti u ta’ irmiġġaturi f’kull għassa għandhom jiġu
stabbiliti mill-Bord.
(3) Ebda bdot jew irmiġġatur ma għandu jassenti ruħu minn
dmirijietu matul l-għassa tiegħu mingħajr il-permess tal-Bdot
Ewlieni.
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 7
(4) Fil-każ ta’ assenza minħabba mard bdot jew irmiġġatur
għandu fi żmien tliet ijiem minn dik l-assenza, jipproduċi lill-Bdot
Ewlieni ċertifikat mediku maħrug minn tabib maħtur mill-Bord.
(5) Bdoti u irmiġġaturi li ma jkunux ta’ l-għassa jistgħu jkunu
mitluba li jattendu barra mill-għassa tagħhom kif u meta jkunu
meħtieġa u għandhom jitħallsu għal dik l-attendenza barranija dik
ir-rimunerazzjoni kif speċifikata fl-Iskeda.
(6) L-Awtorità  tista’ tieħu dik l-azzjoni dixxiplinari kontra
bdot jew irmiġġatur li jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ dan
ir-regolament.
Eżami mediku u l-
ogħla età .
21. (1) Il-Ministru għandu jaħtar Bord Mediku biex jeżamina
jekk il-Bdot Ewlieni jew bdot ikunx fiżikament tajjeb sabiex jaqdi
dmirijietu sewwa kull meta l-Bord hekk jeħtieġ u f’kull każ meta l-
Bdot Ewlieni jew bdot jilħaq l-età  ta’ erbgħin sena u wara kull meta
jgħaddu ħames snin.
(2) Il-liċenza maħruġa lill-Bdot Ewlieni jew lil bdot titħassar
awtomatikament fil-ġurnata li d-detentur tal-liċenza jagħlaq il-
wieħed u sittin sena:
Iżda l-Ministru jista’ jtawwal il-validità  ta’ dik il-liċenza
jekk meta jsirlu eżami d-detentur jinsab li jkun fiżikament tajjeb
biex jaqdi dmirijietu bħala Bdot Ewlieni, jew bħala bdot, skond il-
każ, minn bord mediku maħtur mill-Ministru.
(3) Jekk il-Bord Mediku maħtur mill-Ministru taht id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (1) jiċċertifika li Bdot Ewlieni
jew bdot ma jkunx aktar tajjeb għall-qadi ta’ dmirijietu, il-Bord
għandu jħassar il-liċenza tal-Bdot Ewlieni jew tal-bdot, skond il
każ.
Bdot Ewlieni.
(2) Il-bdoti kollha li jkunu fis-servizz għandhom jagħżlu
wieħed fosthom permezz ta’ elezzjoni għall-post ta’ Bdot Ewlieni.
(3) Il-Ministru li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord jista’ jaħtar lill-
bdot hekk elett bħala Bdot Ewlieni:
Iżda l-Ministru jista’ jirrifjuta li jaħtar lill-bdot hekk elett u
jista’ jitlob lill-bdoti li jkunu fis-servizz biex jaħtru lil ħaddieħor.
(4) Jekk il-bdoti jonqsu li jaħtru fi żmien stabbilit mill-
Ministru, bdot biex ikun Bdot Ewlieni, il-Ministru jista’, fuq il-
parir tal-Bord, jaħtar huwa stess persuna oħra biex tkun Bdot
Ewlieni.
(5) Il-Bdot Ewlieni jista’ jiġi maħtur biex iżomm il-kariga għal
żmien li jiġi stabbilit mill-Ministru. Il-Ministru jista’, fuq il-parir
tal-Bord, jestendi l-ħatra tal-Bdot Ewlieni għal aktar minn dak iż-
żmien.
(6) Il-Ministru jista’ bil-parir tal-Bord, ineħħi lill-Bdot Ewlieni
mill-kariga ta’ Bdot Ewlieni jekk dan iġib ruħu b’mod li bih ma
jibqax tajjeb li jżomm dik il-kariga.
(7) Fl-għoti ta’ pariri lill-Ministru dwar kemm bdot ikun tajjeb
għall-kariga ta’ Bdot Ewlieni, il-Bord għandu jqis l-anzjanità  u l-
8 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
esperjenza tal-bdot nominat, il-ħila tiegħu li jżomm kontijiet, li
jaqra’ u jikteb bl-Ingliż u li jesprimi ruħu b’mod ċar.
(8) Il-Bdot Ewlieni għandu normalment jattendi l-Uffiċċju tal-
Korp tal-Pilutaġġ matul il-ħinijiet tax-xogħol li ġejjin:
(a) mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-0800 sal-1700 b’siegħa
intervall għall-ikel;
(b) nhar ta’ Sibt: mit-0800 sas-1300:
Iżda l-Bdot Ewlieni għandu kif u meta meħtieġ jattendi fl-
Uffiċċju tal-Korp tal-Pilutaġġ barra minn dawn il-ħinijiet mingħajr
ħlas.
(9) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 20 għandhom mutatis
mutandis japplikaw għal-Bdot Ewlieni.
Dmirijiet tal-Bdot 
Ewlieni.
Emendat:
XVII. 1991.81.
23. Ikun id-dmir tal-Bdot Ewlieni li:
(a) imexxi l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pilutaġġ;
(b) jorganizza rosters li fuqhom il-bdoti u l-irmiġġaturi
jingħataw l-għases;
(ċ) iżomm id-dixxiplina u l-bonordni fost il-membri tal-
Korp tal-Pilutaġġ;
(d) iżomm records ta’ l-attendenza tal-bdoti u ta’ l-
irmiġġaturi u jissottometti listi ta’ assenzi kif ikun
meħtieġ mill-Awtorità ;
(e) jipprovdi lill-Awtorità  dak it-tagħrif statistiku li jkun
meħtieġ;
(f) jipprovdi lill-Awtorità  bi prospetti perjodiċi tal-qligħ
tal-membri tal-Korp tal-Pilutaġġ u ta’ l-ispejjeż li jsiru
mill-Korp;
(g) jiżgura li l-lanċa, id-dgħajjes u t-tagħmir l-ieħor tal-
pilutaġġ wżati mill-Korp tal-Pilutaġġ jinżammu f’kull
ħin f’kondizzjoni tajba għax-xogħol;
(h) jirraporta minnufih lill-Awtorità  kull difett u waqfien
ta’ dawk il-laneċ, dgħajjes u tagħmir ieħor u jiżgura li
dawk it-tiswijiet isiru minnufih;
(i) jakkwista lanċa tal-pilutaġġ oħra u tagħmir ieħor,
skond il-każ;
(j) iżomm dawk il-kotba ta’ kontijiet u reġistri kif ikun
meħtieġ mill-Awtorità ;
(k) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 31,
iżomm il-kontijiet tar-rimunerazzjoni riċevuta għal
servizzi provduti mill-Korp tal-Pilutaġġ;
(l) iqassmu dak li jidħol minn dik ir-rimunerazzjoni bejn
il-bdoti u l-irmiġġaturi skond dawk l-arranġamenti li
jistgħu jkunu miftehma b’maġġoranza tal-membri tal-
Korp tal-Pilutaġġ jew skond kull ftehim ieħor bil-
miktub u kif approvat mill-Bord;
(m) iħallas dawk l-ispejjeż li fil-fatt ikunu saru b’mod
xieraq mill-Korp tal-Pilutaġġ dwar is-servizz tal-
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 9
pilutaġġ;
(n) iħallas dawk il-compassionate allowances lir-romol u
ltiema ta’ bdoti u irmiġġaturi mejta u pensjonijiet lil
bdoti u irmiġġaturi rtirati kif jista’ jiġi miftiehem mill-
maġġoranza tal-membri tal-Korp tal-Pilutaġġ jew
skond kull ftehim bil-miktub u kif ikun approvat mill-
Bord;
(o) iħares kull direttiva mogħtija lilu mill-Awtorità  dwar
is-servizz ta’ pilutaġġ;
(p) jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li minn żmien għal
żmien jistgħu jinqalgħu dwar il-funzjonijiet tal-Korp
tal-Pilutaġġ.
Ċertifikat ta’ 
Pilutaġġ Lokali.
24. (1) Għandu jitwaqqaf kors ta’ studju li jkun immexxi fuq
bażi volontarja li jwassal għall-għoti ta’ ċertifikat li jkun magħruf
bħala ċ-Ċertifikat ta’ Pilutaġġ Lokali.
(2) Ebda persuna ma tkun eliġibbli biex tingħata Ċertifikat ta’
Pilutaġġ Lokali jekk:
(a) ma tkunx bdot fis-servizz b’liċenza sħiħa; u
(b) ma tkunx għamlet il-kors ta’ l-istudju u x-xogħol
prattiku mmexxi minn skola jew kulleġġ approvat għal
hekk mill-Ministru; u
(ċ) ma tkunx għaddiet l-eżamijiet preskritti.
(3) Il-Ministru, fuq il-parir tal-Bord, għandu minn żmien għal
żmien jippreskrivi l-kors ta’ l-istudji u x-xogħol prattiku li għandu
jsir u l-eżamijiet li minnhom kandidat għandu jgħaddi qabel ma dak
il-kandidat jingħata ċ-Ċertifikat ta’ Pilutaġġ Lokali.
(4) Id-dettalji tal-kors ta’ l-istudji, il-prattiku u l-eżamijiet
preskritti skond is-subregolament (3) għandhom jiġu pubblikati fil-
Gazzetta.
Dritt li jitħallas lil 
bdoti.
25. Bdot li jingħata Ċertifikat ta’ Pilutaġġ Lokali għandu
jitħallas dritt fis-sena kif jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru.
Irmiġġaturi.
regolamenti tkun serviet bħala irmiġġatur fil-Korp tal-Pilutaġġ
tinħarġilha liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) ebda
persuna ma tkun liċenzjata biex isservi bħala irmiġġatur jekk ma:
(a) tkunx ċittadin ta’ Malta;
(b) tkunx ’il fuq minn tmintax-il sena u inqas minn ħamsin
sena;
(ċ) tipproduċiex prova sodisfaċenti ta’ karattru tajjeb u
serjetà  fl-imġieba tagħha;
(d) tiġix dikjarat li hi fiżikament tajba minn bord mediku
maħtur mill-Ministru.
(3) Ebda persuna ma tingħata liċenza ta’ irmiġġatur jekk tkun
ġiet misjuba jew dikjarata ħatja ta’ serq jew frodi.
10 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
Tħassir tal-liċenza 
ta’ l-irmiġġaturi 
ma’ l-irtir.
27. Il-liċenza maħruġa lil irmiġġatur titħassar awtomatikament
fil-ġurnata li d-detentur tal-liċenza jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena.
Irmiġġatur ewlieni. 28. (1) Wieħed mill-irmiġġaturi jkun irmiġġatur ewlieni.
(2) L-irmiġġaturi kollha fis-servizz għandhom jagħżlu wieħed
fosthom permezz ta’ elezzjoni biex jieħu l-post ta’ irmiġġatur
ewlieni.
(3) Il-Bord jista’ jaħtar lill-irmiġġatur hekk elett bħala l-
irmiġġatur ewlieni:
Iżda l-Bord jista’ jirrifjuta li jaħtar lill-irmiġġatur hekk elett
u jista’ jitlob lill-irmiġġaturi biex jinnominaw lil ħaddieħor.
(4) Jekk l-irmiġġaturi li jkunu fis-servizz jonqsu li jeleġġu fi
żmien stabbilit mill-Bord, irmiġġatur fis-servizz biex ikun
irmiġġatur ewlieni, il-Bord jista’ jaħtar huwa stess persuna biex
tkun irmiġġatur ewlieni.
(5) L-irmiġġatur ewlieni jista’ jiġi maħtur għal żmien li jiġi
stabbilit mill-Bord. Il-Bord jista’ jestendi l-ħatra ta’ l-irmiġġatur
ewlieni għal aktar minn dak iż-żmien.
(6) Il-Bord jista’ jneħħi lill-irmiġġatur ewlieni mill-kariga
tiegħu jekk dan iġib ruħu b’mod li bih ma jibqax tajjeb li jżomm
dik il-kariga.
(7) Meta jqis jekk il-persuna nominata mill-irmiġġaturi tkunx
tajba għall-kariga ta’ irmiġġatur ewlieni, il-Bord għandu jqis l-
anzjanità , l-esperjenza u l-ħila tagħha li tesprimi ruħha b’mod ċar.
Dmirijiet ta’ l-
irmiġġatur ewlieni.
29. Irmiġġatur ewlieni għandu, b’żieda mid-dmirijiet normali
tiegħu bħala irmiġġatur jgħin lill-Bdot Ewlieni dwar:
(a) is-sorveljanza ta’ l-irmiġġaturi;
(b) id-dixxiplina fost l-irmiġġaturi;
(ċ) ir-rosters li fuqhom l-irmiġġaturi jingħataw ix-xogħol;
(d) it-tħaddim effiċjenti tal-lanċa tal-pilutaġġ u ta’ dak it-
tagħmir l-ieħor użat mill-irmiġġaturi fix-xogħol
tagħhom; u
(e) il-manutenzjoni ta’ kuljum tal-lanċa tal-pilutaġġ u tat-
tagħmir l-ieħor fi stat u f’kondizzjoni tajba.
Skali ta’ nies. 30. (1) Il-Bord għandu jistabbilixxi l-iskali ta’ nies meħtieġa
għal xogħlijiet speċifikati li jsiru mill-irmiġġaturi.
(2) Meta jistabbilixxi dawk l-iskali ta’ nies il-Bord għandu jqis
id-daqs tal-bastimenti u l-irmiġġ fejn bastimenti jkunu marbuta.
Tariffa tad-
Drittijiet għal 
Pilutaġġ u Irmiġġ.
Emendat:
A.L. 137 ta’ l-
2001.
31. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti bdoti u irmiġġaturi jitħallasu għal servizzi ta’ pilutaġġ
u irmiġġ u għal xogħol li għandu x’jaqsam magħhom skond it-
Tariffa tad-Drittijiet għal Pilutaġġ u Irmiġġ li tidher fl-Iskeda.
(2) Għall-finijiet ta’ dik it Tariffa n-numru tal-bdoti u ta’ l-
irmiġġaturi għandu mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 19 jitqies li hu sittax-il bdot u wieħed u għoxrin
irmiġġatur.
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 11
(3) Kull meta n-numru attwali ta’ bdoti u/jew irmiġġaturi jkun
iktar minn dak stabbilit fis-subregolament (2) it-Tariffa tad-
Drittijiet għal Pilutaġġ u Irmiġġ li tidher fl-Iskeda għandha tiżdied
proporzjonalment.
Persuni li 
għandhom iħallsu 
d-drittijiet għal 
irmiġġ.
32. Id-drittijiet għal pilutaġġ u irmiġġ għandhom jitħallsu lill-
Awtorità  minn:
(a) is-sid, kerrej, kaptan jew aġent ta’ bastiment li dwaru
jkunu ngħataw is-servizzi ta’ pilutaġġ u/jew irmiġġ
jew
(b) il-persuna li titlob is-servizzi tal-pilutaġġ u/jew irmiġġ
dwar bastiment; jew
(ċ) il-persuna li tkun għamlet xi servizz fl-interessi ta’
bastiment li dwaru jkunu ngħataw is-servizzi ta’
pilutaġġ u/jew irmiġġ.
Depożitu jew 
garanzija bankarja.
Miżjud:
A.L. 111 ta’ l-
1976.
Emendat:
XVII. 1991.81.
33. (1) L-Awtorità  tista’ teħtieġ lil kull persuna li skond ir-
regolament 32 jkollha tħallas id-drittijiet tal-pilutaġġ u l-irmiġġ li
tagħmel depożitu jew tagħti garanzija bankarja maħruġa minn bank
lokali favur l-Awtorità  għal dak l-ammont li jidhrilha li jkun
biżżejjed biex jitħallsu dawk id-drittijiet:
Iżda dak id-depożitu jew dik il-garanzija ma jkunux iżjed
minn elf lira.
(2) L-Awtorità  tista’ tiġbor kull dritt ta’ pilutaġġ u rmiġġ minn
dak id-depożitu jew garanzija bankarja jekk dawk id-drittijiet ma
jitħallsux fi żmien sebat ijiem mid-data li fiha jintalab il-ħlas.
(3) Kull meta l-Awtorità  tieħu din il-miżura hi għandha malajr
tagħti lill-persuna li tkun għamlet id-depożitu jew tat il-garanzija
bankarja rendikont ta’ dawk il-ħlasijiet miġbuda minn hemm, u dik
il-persuna għandha, fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta tiġi
hekk avżata mill-Awtorità , iġġib id-depożitu jew il-garanzija
bankarja tagħha għall-ammont oriġinali.
(4) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ minn ħamsin sa
mitt lira.
Kontribuzzjoni tas-
sigurtà  soċjali.
Miżjud:
A.L. 50 ta’ l-1985.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 318.
34. (1) L-Awtorità  għandha tagħmel tnaqqis mill-qligħ ta’
bdoti u irmiġġaturi hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "tnaqqis
tas-sigurtà  soċjali", ta’ minn tnax wieħed tal-qligħ bażiku tagħhom,
jew ta’ dik il-frazzjoni l-oħra ta’ dak il-qligħ bażiku li jista’ minn
żmien għal żmien ikun daqs ir-rata ta’ kontribuzzjonijiet (espressa
bħala frazzjoni tal-qligħ bażiku) li titħallas minn persuna impjegata
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali. Malli
jsir it-tnaqqis tas-sigurtà  soċjali, dawk il-bdoti u l-irmiġġaturi
għandhom jitqiesu li wettqu l-obbligu tagħhom dwar
kontribuzzjonijiet li jitħallsu minn persuni impjegati taħt l-
imsemmi Att għall-perijodu li minnu jkun sar it-tnaqqis tas-sigurtà
soċjali mill-qligħ bażiku.
12 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
Kap. 352.
Kap. 318.
(2) L-Awtorità  għandha tiġbor mingħand il-persuni li skond ir-
regolament 32 għandhom l-obbligu li jħallsu d-drittijiet ta’ pilutaġġ
u rmiġġ, dritt hawnhekk iżied ’il quddiem imsejjaħ "id-dritt tas-
sigurtà  soċjali" li jkun daqs minn tnax wieħed (jew dik il-frazzjoni
l-oħra li tkun daqs il-frazzjoni li tittieħed biex isir it-tnaqqis tas-
sigurtà  soċjali mill-qligħ ta’ bdoti u rmiġġaturi skond is-
subregolament (1)) tad-drittijiet ta’ pilutaġġ u rmiġġ dovuti
minnhom. Mal-ħlas tad-dritt tas-sigurtà  soċjali minn dawk il-
persuni jitwettaq l-obbligu tagħhom dwar kontribuzzjonijiet dovuti
minnhom bħala prinċipali ta’ bdoti u rmiġġaturi skond l-Att dwar l-
Awtorità  Marittima ta’ Malta u skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali
dwar il-perijodu kopert bid-drittijiet hekk imħallsa.
(3) L-Awtorità  tista’ tagħmel it-tnaqqis tas-sigurtà  soċjali u
tiġbor id-dritt tas-sigurtà  soċjali fl-istess ħin mal-ġbir tad-drittijiet
ta’ pilutaġġ u rmiġġ li għandhom jinġabru taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti.
Id-dħul jintbagħat 
lill-Bdot Ewlieni.
Emendat:
A.L. 50 ta’ l-1985;
XVII. 1991.81.
35. (1) Wara li jsir it-tnaqqis tas-sigurtà  soċjali skond ir-
regolament 34(1), u wara li jitnaqqsu dawk l-ammonti l-oħra li
għandhom jitħallsu fil-fondi stabbiliti b’dawn ir-regolamenti, l-
Awtorità  għandha tibgħat il-bilanċ tad-dħul minn drittijiet għal
pilutaġġ u rmiġġ lill-Bdot Ewlieni.
(2) Il-Bdot Ewlieni għandu juża dak id-dħul biex: 
(a) iħallas dawk l-ispejjeż leġittimi li jsiru mill-Korp tal-
Pilutaġġ dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ pilutaġġ u
rmiġġ;
(b) iħallas dawk il-compassionate allowances lir-romol u
l-iltiema ta’ bdoti u rmiġġaturi mejta kif approvat mill-
Bord;
(ċ) iħallas dawk il-pensjonijiet lil bdoti u rmiġġaturi rtirati
kif approvat mill-Bord;
(d) iqassam il-bilanċ fost il-bdoti u l-irmiġġaturi fis-
servizz b’dak il-mod kif jiġi approvat mill-Bord.
(3) Fl-għoti ta’ l-approvazzjoni għall-ħlasijiet speċifikati fis-
subregolament (2)(b) u (ċ), il-Bord għandu jqis kull ftehim bil-
miktub li jkun sar jew dak li jkun intlaħaq b’maġġoranza, skond il-
każ minn bdoti u rmiġġaturi fis-servizz.
(4) Il-Bdot Ewlieni ghandu jżomm kontijiet ta’ l-
operazzjonijiet kollha speċifikati fis-subregolament (2) bil-mod li
minn żmien għal żmien jiġi preskritt mill-Bord.
(5) Il-Bord għandu jaħtar tnejn mill-membri tiegħu biex
jivverifikaw mhux anqas minn darba kull tliet xhur il-kotba tal-
kontijiet miżmuma mill-Bdot Ewlieni u dawk il-membri għandhom
jissottomettu lill-Bord rapport xieraq bil-miktub u ċertifikat ta’
verifika.
Ħlas żejjed. 36. (1) Ebda bdot jew irmiġġatur ma għandu jitlob jew jirċievi
xi drittijiet jew rimunerazzioni oħra dwar servizzi ta’ pilutaġġ jew
ta’ rmiġġ barra minn dawk speċifikati fl-Iskeda; lanqas ma għandu
xi bdot jew irmiġġatur jitlob jew jirċievi xi rimunerazzioni ta’ xi
xorta tkun li tkun dwar xi xogħol jew servizzi anċillari għal
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 13
pilutaġġ jew irmiġġ.
(2) Kull bdot jew irmiġġatur li jikser id-disposizzjonijiet tas-
subregolament (1) jeħel għal kull kontravvenzjoni bħal dik multa
ta’ mhux aktar minn għoxrin lira kif il-Bord jista’ jimponi.
(3) Ebda persuna ma għandha tħallas bdot jew irmiġġatur xi
drittijiet jew rimunerazzjoni oħra dwar servizzi ta’ pilutaġġ jew ta’
rmiġġ barra minn dawk speċifikati fl-Iskeda; lanqas ma għandha xi
persuna tħallas jew toffri li tħallas lil bdot jew irmiġġatur xi
rimunerazzjoni ta’ xi xorta tkun li tkun dwar xi xogħol jew servizzi
anċillari għal pilutaġġ jew irmiġġ.
(4) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subregolament
(3) tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja multa ta’ għoxrin
lira għal kull reat bħal dak.
Skema għal 
korrimenti fil-
persuna.
37. (1) Bdoti u rmiġġaturi jistgħu jikkontribwixxu għal polza
ta’ sigurtà  personali li tipprovdi għal benefiċċji għalihom stess jew
għal dipendenti tagħhom f’każ ta’ telf ta’ ħajja jew korrimenti li
jirriżultaw direttament minn xogħolhom jew minn mard.
(2) Dik il-polza għal sigurtà  personali tkun f’dik il-forma li
tista’ tiġi approvata mill-Bord.
(3) Ħamsin fil-mija mill-premium li jitħallsu dwar dik is-
sigurtà  titħallas mill-bdoti u mill-irmiġġaturi assigurati filwaqt li l-
ħamsin fil-mija l-oħra jitħallsu mill-Fond ta’ Stabbilizzazzjoni
mwaqqaf bir-regolament 38.
Fond ta’ 
Stabbilizzazzjoni.
Emendat:
A.L. 50 ta’ l-1985;
A.L. 9 ta’ l-1980;
XVII. 1991.81;
A.L. 41 ta’ l-1994.
38. (1) Għandu jitwaqqaf fond li jkun magħruf bħala l-Fond
ta’ Stabbilizzazzjoni li għall-finijiet ta’ dan ir-regolament ikun
magħruf bħala "il-Fond".
(2) Persuni li għandhom iħallsu drittijiet għal pilutaġġ u/jew
irmiġġ skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn r-regolamenti għandhom
ukoll iħallsu lill-Awtorità  dritt ta’ għaxra fil-mija fuq l-ispejjeż
gross li jsiru għal servizzi ta’ pilutaġġ u/jew irmiġġ.
(3) L-Awtorità  għandha tqiegħed fil-Fond:
(i) it-tnaqqis tas-sigurtà  soċjali magħmul skond ir-
regolament 34(1);
(ii) id-dritt tas-sigurtà  soċjali miġbur skond ir-
regolament 34(2); u
(iii) id-dritt miġbur skond is-subregolament (2).
(4) Il-Fond ta’ Stabbilizzazzjoni jkun amministrat mill-Bord.
(5) Il-Bord għandu jżomm dawk il-kotba tal-kontijiet kif minn
żmien għal żmien jiġi stabbilit mill-Ministru.
(6) Il-Bord għandu mhux wara l-għaxar jum ta’ kull xahar
jissottometti lill-Ministru prospett li juri l-qagħda tal-Fond fl-aħħar
jum tax-xahar ta’ qabel.
(7) B’żieda mal-prospett ta’ kull xahar meħtieġa bis-
subregolament (6), il-Bord għandu jissottometti wkoll lill-Ministru
kontijiet verifikati li jirreġistraw l-operazzjonijiet tal-Fond matul
il-perijodu ta’ sitt xhur li jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju u fil-31 ta’
Diċembru ta’ kull sena.
14 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
(8) Għandu jitħallas mill-Fond:
Kap. 318.
(a) il-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu dwar bdoti
u irmiġġaturi taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali minn
persuni impjegati u prinċipali;
(b) kull bonus li jkollu jitħallas lil bdoti u rmiġġaturi;
(ċ) l-attendenza barranija ta’ bdoti u rmiġġaturi meta hekk
meħtieġa skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
(d) l-allowance li għandha titħallas lil bdoti li jkollhom
Ċertifikat ta’ Pilutaġġ Lokali skond ir-regolament 24;
(e) ħamsin fil-mija tal-kost tal-polza tas-sigurtà  personali
speċifikata fir-regolament 25;
(f) il-kost ta’ l-uniformijiet maħruġa lil bdoti u lil
irmiġġaturi;
(g) dawk il-ħlasijiet li minn żmien għal żmien jiġu
awtorizzati mill-Ministru.
(9) L-operazzjonijiet u l-kontijiet tal-Fond jiġu eżaminati minn
uditur maħtur mill-Ministru.
Fondi għall-lanċa 
tal-pilutaġġ.
Emendat:
A.L. 50 ta’ l-1985;
A.L. 24 ta’ l-1986;
XVII. 1991.81.
39. (1) Dak li jidħol minn dawk id-drittijiet, li skond l-Iskeda,
ikollhom jitħallsu dwar l-użu tal-lanċa tal-pilutaġġ, għandu
jitqiegħed mill-Awtorità  f’fondi kif ġej:
(a) 20 fil-mija ta’ dawk id-drittijiet jitqegħdu f’fond li
jkun magħruf bħala l-Fond għall-Bdil ta’ Laneċ ta’
Pilutaġġ; u
(b) il-80 fil-mija l-oħra jitħallsu f’fond li jkun magħruf
bħala l-Fond għall-Manutenzjoni u Tiswija ta’ Laneċ
ta’ Pilutaġġ.
(2) Il-Fond għall-Bdil ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ u l-Fond għall-
Manutenzjoni u Tiswija ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ ikunu amministrati
mill-Bord.
(3) Ir-regolament 38(5), (6), (7) u (9) għandu japplika għall-
Fond għall-Bdil ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ u għall-Fond għall-
Manutenzjoni u Tiswija ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ.
(4) Ebda ħlas ma għandu jitħallas mill-Fond għall-Bdil ta’
Laneċ ta’ Pilutaġġ kemm-il darba dak il-ħlas ma jkunx awtorizzat
mill-Ministru.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (4)
għandu jitħallas mill-Fond għall-Bdil ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ il-kost
ta’ laneċ ta’ pilutaġġ ġodda.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (7), (8)
u (9), għandhom jitħallsu mill-Fond għall-Manutenzjoni u Tiswija
ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ:
(a) il-kost taż-żejt tal-fuel, żjut u lubrikanti oħra meħtieġa
biex titħaddem il-lanċa tal-pilutaġġ;
(b) spejjeż ta’ kuljum ta’ manutenzjoni;
(ċ) il-kost tat-tiswijiet tal-lanċa magħdud il-kost tal-
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 15
partijiet li jitbiddlu;
(d) il-kost biex tiġi provduta lanċa tal-pilutaġġ alternattiva
meta l-lanċa tal-pilutaġġ tkun irtirata mis-servizz biex
issirilha l-manutenzjoni ta’ kull sena;
(e) dawk l-ispejjeż l-oħra bħal dawn li jistgħu jiġu
awtorizzati mill-Awtorità .
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (8) u
(9), ma għandu jsir ebda ħlas mill-Fond għall-Manutenzjoni u
Tiswija ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ mingħajr l-approvazzjani bil-
quddiem ta’ l-Awtorità .
(8) Ebda spiża waħda li tilħaq ’il fuq mill-ħames mitt lira ma
għandha ssir mill-Fond għall-Manutenzjoni u Tiswija ta’ Laneċ ta’
Pilutaġġ mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem tal-Ministru.
(9) L-ispiża totali li għandha tintefaq mill-Fond għall-
Manutenzjoni u Tiswija ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ u li ssir f’sena
kalendarja ma għandhiex tkun iżjed minn tliet elef lira mingħajr l-
approvazzjoni bil-quddiem tal-Ministru:
Iżda l-kost tal-fuel taż-żejt, żjut u lubrikanti oħra ma
għandux jitqies fil-kalkolu tal-limitu ta’ l-ispejjeż stabbilit f’dan is-
subregolament.
Trasferiment ta’ 
flus minn Fond 
għal ieħor.
Miżjud:
A.L. 24 ta’ l-1986.
40. Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dawn ir-regolamenti l-
Ministru jista’ jawtorizza t-trasferiment ta’ kull somma ta’ flus
minn kull Fond stabbilit taħt dawn ir-regolamenti għal kull Fond
ieħor stabbilit taħt dawn ir-regolamenti.
Tħaddim u 
manutenzjoni u 
bdil ta’ laneċ ta’ 
pilutaġġ.
Emendat:
XVII. 1991.81.
41. (1) L-irmiġaaturi jkunu responsabbli għat-tħaddim u
manutenzzjoni effiċjenti tal-lanċa tal-pilutaġġ. Il-Bdot Ewlieni u l-
irmiġġatur ewlieni jkun responsabbli in solidum biex jiżguraw li d-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament ikunu mħarsa. 
(2) Kull meta l-lanċa tal-bdot tiġi irtirata mis-servizz għandha
tiġi provduta lanċa oħra għas-spejjeż ta l-irmiġġaturi f’liema każ il-
lanċa sostituta hekk provduta għandha, fil-fehma ta’ l-Awtorità ,
tkun adatta biex tintuża bħala lanċa tal-pilutaġġ.
(3) L-Awtorità  għandha tipprovdi lanċa tal-pilutaġġ
alternattiva hi nnifisha kull meta dik il-lanċa ma tiġix provduta
skond id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) u għandha tnaqqas
il-kost għal dik is-sostituzzjoni mid-dritt għall-irmiġġ miġbura
minnha.
(4) Kull meta l-lanċa tal-pilutaġġ tiġi rtirata mis-servizz meta
ssirilha l-manutenzjoni ta’ kull sena l-kost biex tiġi provduta lanċa
tal-pilutaġġ oħra għandu jitħallas mill-Fond għall-Manutenzjoni u
Tiswija tal-Lanċa tal-Pilutaġġ.
Records u 
spezzjoni tal-lanċa 
tal-pilutaġġ.
Emendat:
XVII. 1991.81.
42. (1) F’kull għassa, l-irmiġġatur li jkun qed jaqdi d-dmirijiet
ta’ coxwain għandu:
(a) jitqies li hu responsabbli għax-xogħol ta’
manutenzjoni fuq il-lanċa tal-pilutaġġ matu1 dik l-
għassa;
(b) iżomm ġurnal li fih għandu jirreġistra:
16 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
(i) il-vjaġġi li tagħme1 dik il-lanċa tal-pilutaġġ u
jagħti dawk il-partikolaritajiet li minn żmien
għal żmien jiġu preskritti mill-Awtorità ;
(ii) ix-xogħol ta’ manutenzjoni li jkun sar fuq il-
lanċa tal-pilutaġġ waqt l-għassa;
(iii) kull inċident 1i setgħa kellha l-lanċa tal-pilutaġġ
waqt l-għassa;
(iv) kull tagħrif ieħor li jkun meħtieġ mill-Awtorità ;
(ċ) jirrapporta lill-Bdot Ewlieni, jew fin-nuqqas tiegħu
lill-bdot l-aktar anzjan, kull inċident li jista’ jkollha l-
lanċa tal-pilutaġġ.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), il-
bdot l-aktar anzjan waqt għassa għandu jirrapporta lill-Bdot
Ewlieni kull inċident li jkollha l-lanċa tal-pilutaġġ u l-Bdot Ewlieni
għandu jibgħat dawk ir-rapporti lill-Awtorità  mhux aktar tard minn
erbgħa u għoxrin siegħa wara li jiġri l-inċident:
Iżda inċidenti serji lill-lanċa tal-pilutaġġ għandhom jiġu
rapportati minnufih lill-Awtorità .
(3) L-Awtorità  tista’ f’kull żmien tispezzjona l-lanċa tal-
pilutaġġ biex tiżgura li tkun qed tinżamm f’ordni u f’kondizzjoni
tajba.
(4) L-Awtorità  tista’ f’kull żmien tispezzjona l-ġurnal tal-lanċa
tal-pilutaġġ.
(5) Il-Bdot Ewlieni għandu jispezzjona u jiffirma l-ġurnal tal-
lanċa tal-pilutaġġ għall-anqas darba fil-ġimgħa.
Arranġamenti biex 
tinbidel il-lanċa 
tal-pilutaġġ.
Emendat:
XVII. 1991.81.
43. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 41 kull
meta l-lanċa tal-pilutaġġ tiġi rtirata mis-servizz, il-Bdot Ewlieni
għandu jagħmel arranġamenti biex tinbidel b’lanċa effiċjenti oħra
wara li jikseb mingħand l-Awtorità  l-approvazzjoni tagħha għal dak
il-bdil taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Awtorità  tista’ timponi.
Dgħajjes u tagħmir 
għal bdoti u 
rmiġġaturi.
Emendat:
XVII. 1991.81.
44. (1) Il-bdoti għandhom iżommu fi stat tajjeb ta’ ħdim dak
it-tagħmir tal-komunikazzjoni u l-irmiġġaturi għandhom jipprovdu
u jżommu fi stat tajjeb ta’ ħdim dawk id-dgħajjes u tagħmir ieħor li
bihom ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ pilutaġġ u rmiġġ
effiċjenti, skond dawk id-direttivi li l-Bord jista’ jagħti minn żmien
għal żmien.
(2) Jekk il-bdoti u/jew l-irmiġġaturi jonqsu li jħarsu xi direttiva
mogħtija taħt id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), il-Bord
jista’ jawtorizza lill-Awtorità  biex tipprovdi dak it-tagħmir ta’
komumkazzjoni, dgħajjes u tagħmir ieħor li jistgħu jkunu hekk
meħtieġa u l-Awtorità  tista’ tnaqqas dawk l-ispejjeż mid-drittijiet
ta’ pilutaġġ u rmiġġ.
(3)  Ikun id-dmir tal-Bdot Ewlieni li jiżgura li dak it-tagħmir
tal-komunikazzjonijiet jinżamm fi stat u kondizzjoni tajba ta’ ħdim.
(4)  Ikun ukoll id-dmir tal-Bdot Ewlieni u ta’ l-irmiġġatur
ewlieni li jiżguraw li dawk id-dgħajjes u t-tagħmir l-ieħor
jinżammu f’ordni u f’kondizzjoni tajba.
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 17
Il-bdoti u l-
irmiġġaturi jilbsu 
uniformi.
Emendat:
XVII. 1991.81.
45. (1) Il-bdoti u l-irmiġġaturi għandhom jilbsu uniformi waqt
li jkunu fuq ix-xogħol.
(2) Is-sura ta’ dik l-uniformi tiġi stabbilita mill-Awtorità
b’konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-bdoti u ta’ l-irmiġġaturi.
(3) Il-Bord jista’ jistabbilixxi liema oġġetti ta’ uniformi
għandhom jiġu provduti lil bdoti u lil irmiġġaturi mingħajr ħlas.
(4) Jittieħdu passi dixxiplinari kontra dawk il-bdoti u/jew
irmiġġaturi li, waqt ix-xogħol, jonqsu li jilbsu l-uniformi kollha u
sħiħa kif stabbilita mill-Awtorità , jew li b’xi mod iwaqqgħu l-ġieħ
ta’ dik l-uniformi.
Id-dixxiplina tkun 
f’idejn il-Bord.
46. (1) Id-dixxiplina tal-bdoti u ta’ l-irmiġġaturi tkun f’idejn
il-Bord.
(2) Il-Bord jista’ jaħtar Kumitat ta’ Dixxiplina li jkun magħmul
minn tliet persuni minn fost il-membri tiegħu:
Iżda f’xi każ partikolari, ebda membru tal-Bord li jkun beda
l-azzjoni dixxiplinari jew li jkollu xi interess personali f’dak il-każ
ma jkun jista’ joqgħod fuq il-Kumitat ta’ Dixxiplina maħtur biex
jisma’ dak il-każ.
(3) Ikun id-dmir tal-Kumitat ta’ Dixxiplina li:
(a) jistħarreġ il-każijiet li jinġiebu quddiemu;
(b) iħarrek xhieda;
(ċ) jisma’ xiehda bil-ġurament;
(d) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord fuq il-każijiet
li jkun stħarreġ.
(4) Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skond is-subregolament
(3)(b) u (ċ) il-Kumitat tad-Dixxiplina ikollu l-istess setgħat kif
mogħtija bil-liġi lill-Prim’Aw1a tal-Qorti Civili:
Iżda -
(a) il-Kumitat tad-Dixxiplina ma jkollu f’ebda każ is-
setgħa għad-detenzjoni ta’ xi persuna; u
(b) id-dmirijiet tal-purtier tal-qorti u ta’ marixxal tal-qorti
għandhom isiru minn membri tal-Pulizija Eżekuttiva
mqabbda għal hekk mill-Kummissarju tal-Pulizija.
(5) Il-Kumitat tad-Dixxiplina għandu b’elezzjoni jaħtar wieħed
mill-membri tiegħu bħala Chairman.
(6) Iċ-Chairman tal-Kumitat tad-Dixxiplina għandu jiffirma it-
taħrika tax-xhieda u jagħti l-ġuramenti.
(7) Il-Kumitat tad-Dixxiplina għandu jmexxi x-xogħol tiegħu
stess skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(8) Il-Bord għandu jikkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-
Kumitat tad-Dixxiplina u għandu mbagħad jieħu dik id-deċiżjoni
dixxiplinari skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(9) Ebda membru tal-Kumitat tad-Dixxiplina ma jkun eskluż
milli jieħu sehem fil-proċedimenti dixxplinari tal-Bord.
(10) Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bord dwar kwistjonijiet ta’
18 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
dixxiplina jkunu finali u konklużivi.
Proċeduri 
dixxiplinari.
Emendat:
XVII. 1991.81.
47. (1) L-Awtorità  għandha tibda proċedimenti dixxiplinari
kontra kull bdot jew irmiġġatur li jkun kiser xi disposizzjoni ta’ l-
Att jew ta’ dawn ir-regolamenti jew li waqt jew dwar id-dmiriijet
tiegħu jkun negliġenti jew iġib ruħu ħażin jew jonqos li jħares xi
direttiva mogħtija mill-Awtorità . Dawk il-proċedimenti għandhom
jibdew mill-Awtorità  fi żmien wieħed u għoxrin ġurnata mid-data li
fiha l-Awtorità  ssir taf bl-għemil jew bin-nuqqas li minnu tinqala’
l-azzjoni dixxiplinari:
Kap. 234.
Iżda fil-każ ta’ reat li jirriżulta minn deċiżjoni tal-Qorti ta’
Inkjesta Marittima mlaqqa’ skond l-Att dwar il-Bastimenti
Merkantili jew fil-każ ta’ reat li dwaru jkunu nbdew proċedimenti
kriminali, l-Awtorità  għandha titqies li saret taf b’dak ir-reat fid-
data li fiha l-Qorti tkun tat id-deċiżjoni jew is-sentenza tagħha,
skond il-każ.
(2) L-Awtorità  għandha, fiż-żmien speċifikat fis-
subregolament (1), tikkomunika lill-bdot jew lill-irmiġġatur li jkun,
dikjarazzjoni dettaljata bil-miktub li b’mod ċar tispeċifika l-akkuża
jew l-akkużi kontrih, u li turi l-partikolaritajiet tal-provi li jkunu se
jinġiebu b’sustenn ta’ dik l-akkuża jew dawk l-akkużi.
(3) Fl-għemil ta’ akkuża l-Awtorità  għandha titlob spjegazzjoni
bil-miktub mingħand il-bdot jew l-irmiġġatur li jkun, fi żmien
għaxart ijiem mid-data li fiha dik l-akkuża tkun ġiet komunikata lil
dak il-bdot jew irmiġġatur. Fin-nuqqas ta’ dik l-ispjegazzjoni bil-
miktub l-akkuża titqies li ġiet ammessa u l-Bord għandu jiddeċiedi
l-każ.
(4) L-Awtorità  għandha tinnotifika lill-bdot jew lill-irmiġġatur
li jkun bl-akkuża kontrih jew billi dik l-akkuża tiġi konsenjata lilu
personalment jew billi tibgħatilu bil-posta reġistrata.
(5) Fir-risposta ta’ akkuża, il-bdot jew l-irmiġġatur jista’
jirriżerva d-dritt li jagħmel sottomissjonijiet verbali lill-Kumitat
tad-Dixxiplina.
(6) L-Awtorità  għandha tibgħat irċevuta bil-miktub ta’ dik ir-
risposta u turi d-data li fiha hi tkun irċevietha.
Ħin għas-smigħ u 
konklużjoni ta’ 
proċedimenti 
dixxiplinari.
Emendat:
XVII. 1991.81.
48. (1) Il-Kumitat tad-Dixxiplina għandu jibda jisma’ kull każ
li jinġieb quddiem fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li fiha tiġi
riċevuta mill-Awtorità  risposta bil-miktub ta’ l-akkuża.
(2) Il-Kumitat tad-Dixxiplina għandu jikkonkludi s-smigħ ta’
każ u jagħmel sottomissjonijiet lill-Bord fi żmien tletin ġurnata
minn meta jibda s-smigħ:
Iżda f’każijiet eċċezzjonali l-Bord jista’ għal raġunijiet
serji jestendi dak il-perijodu għal perijodu ieħor ta’ mhux iżjed
minn wieħed u għoxrin ġurnata.
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 19
Bdot jew 
irmiġġatur 
mgħejjun minn 
persuna oħra.
Emendat:
A.L. 159 ta’ l-
1977;
A.L. 75 ta’ l-1989.
49. (1) Fir-risposta għall-akkuża jew meta jidher quddiem il-
Kumitat tad-Dixxiplina, bdot jew irmiġġatur li kontrih ikunu qed
jittieħdu proċedimenti dixxiplinari jista’ jkun mgħejjun minn
persuna li jagħżel hu.
(2) Dak il-bdot jew l-irmiġġatur jista’ jitlob lill-Bord li jħarrek
xhieda għad-difiża u l-Bord għandu iħarrek kif imiss lil dawk ix-
xhieda, u hu jew il-persuna li tkun qed tgħinu tista’ tagħmel kontro-
eżami lix-xhieda.
Notifika tal-
proċedimenti.
50. (1) Il-Kumitat tad-Dixxiplina għandu jinnotifika lill-bdot
jew lill-irmiġġatur li kontra tiegħu jkunu bdew il-proċedimenti
dixxliplinari u għandu jħarrek lil kull xhieda, biex jidhru quddiemu
fil-ġurnata, ħin u post stabbilit għas-smigħ ta’ dawk il-
proċedimenti.
(2) Dik in-notifika jew taħrika tkun iffirmata miċ-Chairman
tal-Kumitat u għandha tiġi konsenjata personalment lill-bdot jew
lill-irmiġġatur jew lix-xhud, skond il-każ, jew tintbagħat bil-posta,
mhux iktar tard minn ħamest ijiem qabel ma jibdew jinstemgħu l-
proċedimenti.
Proċedimenti in 
absentia.
51. Jekk il-bdot jew l-irmiġġatur li kontra tiegħu jkunu ttieħdu
l-proċedimenti dixxiplinari skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jonqos li jidher quddiem il-Kumitat tad-Dixxiplina fi
żmien sittin minuta mill-ħin stabbilit għas-smigħ, il-Kumitat tad-
Dixxiplina għandu jgħaddi biex jisma’ l-każ mingħajru u jagħti r-
rapport tiegħu f’dan is-sens:
Iżda jekk bdot jew irmiġġatur fi żmien jumejn wara d-data
stabbilita għas-smigħ tal-każ tiegħu jiġġustifika n-nuqqas tiegħu
għas-sodisfazzjon tal-Bord tad-Dixxiplina, il-Kumitat tad-
Dixxiplina jista’ jisma’ s-sottomissjonijiet tal-bdot jew ta’ l-
irmiġġatur u x-xhieda li jressaq hu qabel ma jibgħat ir-rapport
tiegħu.
Prova ta’ notifika.
Emendat:
XVII. 1991.81.
52. Kull meta l-Awtorità , jew il-Bord, jew il-Kumitat tad-
Dixxliplina, skond il-każ, tibgħat xi komunikazzjoni, in-notifika
jew it-taħrika b’ittra reġistrata bil-posta tkun prova biżżejjed tan-
notifika ta’ dik l-ittra għall-finijiet u effetti kollha ta’ dawn ir-
regolamenti jekk l-ittra reġistrata tkun ġiet indirizzata u mpustata
sew.
Pieni.
Emendat:
XVII. 1991.81.
53. (1) Jekk bdot jew irmiġġatur jinsab ħati li jkun kiser xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti
jew jekk waqt jew dwar id-dmirijiet tiegħu jinsab ħati li kien
negliġenti jew li jkun ġab ruħu ħażin jew li jkun naqas li jħares xi
direttivi mogħtija mill-Awtorità , il-Bord jista’ wara li jkun
ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat tad-Dixxiplina, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra:
(a) iwaħħal lil dak il-bdot jew lil dak 1-irmiġġatur somma
ta’ mhux inqas minn tliet liri u mhux iżjed minn
għoxrin lira; u/jew
(b) jissospendilu l-liċenza għal żmien ta’ mhux inqas minn
għaxart ijiem u mhux iżjed minn tliet xhur matul liema
żmien ma titħallas ebda rimunerazzjoni u ma tiġi
20 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
riċevuta ebda rimunerazzjoni minn dak il-bdot jew
irmiġġatur; jew
(ċ) iħassarlu l-liċenza minnufih.
(2) Kull multa mogħtija mill-Bord tinġabar mill-Avukat
Generali bħala dejn ċivili.
Proċedimenti 
kriminali.
54. Kull proċediment dixxiplinari li jittieħed kontra bdot jew
irmiġġatur taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jkun
bla ħsara għal kull proċediment kriminali li jista’ jittieħed kontrih
taħt l-Att jew taħt xi liġi oħra u kull proċediment li jittieħed taħt xi
liġi bħal dik ikun bla ħsara għal dawk il-proċedimenti dixxliplinari.
Tħassir 
awtomatiku ta’ 
liċenza.
55. Il-liċenza ta’ bdot jew irmiġġatur titħassar awtomatikament
jekk bdot jew irmiġġatur jinsab jew jiġi dikjarat ħati ta’ serq jew
frodi:
Iżda fil-każ ta’ l-ewwel reat dwar ammont li ma jkunx iktar
minn tliet liri dak il-bdot jew irmiġġatur jiġi sospiż mill-Bord għal
żmien ta’ mhux inqas minn ghaxart ijiem u ta’ mhux iktar minn
tliet xhur.
Bdoti liċenzjati 
minn qabel.
56. Kull persuna li minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-
regolamenti kellha liċenza ta’ bdot, titqies li hi liċenzjata taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dawn r-regolamenti.
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 21
1. Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda -
"tank bis-saborra segregat" tfisser tank esklużivament użat għall-ġarr ta’ ballast
segregat;
"tanker biż-żejt" tfisser bastiment li jkun konformi mat-tifsira mogħtija fl-
International Convention for the Prevention of Pollution from Ships (MARPOL)
1973, kif modifikata bil-Protokoll ta’ l-1978;
"tunnellata" tfisser it-tunnellaġġ gross ta’ bastiment stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-International Convention on Tonnage Measurement of Ships,
1969.
2. Id-drittijiet tal-pilutaġġ bir-rata standard għandhom ikunu dawn li ġejjin:
3. Id-drittijiet ta’ pilutaġġ bir-rata standard għandhom jitħallsu jew -
(a) għad-dħul fil-port; jew
(b) għat-tluq mill-port; jew
(ċ) għat-tibdil tal-post ta’ l-irmiġġ bil-makna tal-bastiment stess ("hot
move") fl-istess port.
SKEDA Emendata:A.L. 75 ta’ l-1978;
A.L. 24 ta’ l-1986.
Sostitwita:
A.L. 41 ta’ l-1994.
Emendata:
A.L. 137 ta’ l-2001.
 Regolament 31
Drittijiet ta’ Pilutaġġ u ta’ Irmiġġ
(a) Bastimenti ta’ mhux iżjed minn 500 tunnellata ................... Lm10.00
(b) Bastimenti ta’ iżjed minn 500 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 1,000 tunnellata ........................................................ Lm12.00
(ċ) Bastimenti ta’ iżjed minn 1000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 2,000 tunnellata ........................................................ Lm13.00
(d) Bastimenti ta’ iżjed minn 2000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 3,500 tunnellata ........................................................ Lm15.00
(e) Bastimenti ta’ iżjed minn 3,500 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 5,000 tunnellata ........................................................ Lm16.00
(f) Bastimenti ta’ iżjed minn 5,000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 7,000 tunnellata ........................................................ Lm17.00
(g) Bastimenti ta’ iżjed minn 7,000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 10,000 tunnellata ...................................................... Lm18.00
(h) Bastimenti ta’ iżjed minn 10,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 15,000 tunnellata .............................................. Lm20.00
(i) Bastimenti ta’ iżjed minn 15,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 20,000 tunnellata .............................................. Lm21.00
(j) Bastimenti ta’ iżjed minn 20,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 25,000 tunnellata .............................................. Lm23.00
(k) Bastimenti ta’ iżjed minn 25,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 30,000 tunnellata .............................................. Lm25.00
(l) Bastimenti ta’ iżjed minn 30,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 40,000 tunnellata .............................................. Lm27.00
(m) Għal kull 10,000 tunnellata addizzjonali jew parti
minnhom iżjed minn 40,000 tunnellata .............................. Lm6.00.
22 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
4. Għandu jkun hemm drittijiet addizzjonali għad-drittijiet ta’ pilutaġġ bir-rata
standard kif ġej:
5. Għal kull wieħed mis-servizzi li ġejjin:
(a) isir kuntatt ma’ bastiment barra l-port meta l-bastiment ma jkunx ser
jidħol fil-port; jew
(b) servizz ta’ pilutaġġ mogħti barra l-port, inkluż pilutaġġ minn barra d-
daħla ta’ port għal ieħor,
għandha titħallas nofs ir-rata standard imma li ma tkunx inqas minn minimum ta’
Lm15.
6. Jekk fl-għoti ta’ xi wieħed mis-servizzi speċifikati fil-paragrafi 3, 4 jew 5
ta’ din it-tariffa -
7. (i) Għall-irmiġġ jew ħall mill-irmiġġ ta’ bastiment meta jidħol, jitlaq jew
jibdel il-post ta’ l-irmiġġ, ħlief ma’ baga ta’ l-irmiġġ, barra milli għas-servizzi
speċifikati fil-paragrafi 9, 10, 19 u 20 taż din it-tariffa għandu jitħallas:
(a) Għat-tibdil tal-post ta’ l-irmiġġ mhux bil-makna tal-
bastiment stess ("cold move") fl-istess port ........................ 25%
(b) Għat-tibdil ta’ post ta’ l-irmiġġ minn port għal port ieħor
mhux bil-makna tal-bastiment stess ("cold move") i.e. tluq
minn port, passaġġ għal u dħul f’port ieħor ........................ 100%
(ċ) Tankers taż-żejt mgħammra b’tankijiet bis-saborra
segregati ........................................................................... 17%.
(a) bdot jinżamm abbord fuq il-bastiment għal pilutaġġ,
irmiġġ, jew biex iħoll mill-irmiġġ il-bastiment għal xi
raġuni li ma tkunx fil-kontroll tal-bdot, jew jinżamm fi
kwarantina għal perijodu itwal minn sagħtejn, għandhom
jitħallsu d-drittijiet addizzjonali li ġejjin:
(i) dwar servizzi mogħtijin fil-Malta Drydocks u fil-
Malta Shipbuilding, mit-tieni sa l-erba’ u għoxrin
siegħa, għal kull siegħa jew parti minnha ................. Lm1.50
(ii) dwar servizzi mogħtijin band’oħra mit-tieni sa l-
erba’ u għoxrin siegħa, għal kull siegħa jew parti
minnha ..................................................................... Lm3.00
(iii) wara dan, għal kull erbgħa u għoxrin siegħa jew parti
minnhom, fil-każijiet (i) u (ii) ta’ qabel .................... Lm30.00
(b) bdot ikollu jmur barra minn Malta mal-bastiment, huwa
għandu jiġi provdut bl-ikel u l-alloġġ ta’ standard mhux
inqas minn dak ta’ lukanda tat-tieni klassi, u l-ispejjeż tal-
vjaġġ lura u d-drittijiet addizzjonali li ġejjin għandhom
jitħallsu għal kull ġurnata jew parti minnha sakemm il-bdot
jinġieb lura Malta .............................................................. Lm40.00
(a) Bastimenti ta’ mhux iżjed minn 500 tunnellata ................... Lm9.00
(b) Bastimenti ta’ iżjed minn 500 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 1,000 tunnellata ........................................................ Lm11.00
(ċ) Bastimenti ta’ iżjed minn 1000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 2,000 tunnellata ........................................................ Lm12.00
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 23
(ii) Għall-irmiġġ u ħall mill-irmiġġ ta’ bastimenti fid-Dolphins fil-Port il-Kbir,
għandhom jitħallsu r-rati li ġejjin b’żieda ma’ dawk speċifikati fil-paragrafu (i):
8. Għall-irmiġġ jew ħall mill-irmiġġ ta’ bastimenti ma’ baga ta’ l-irmiġġ, barra
mis-servizzi speċifikati fil-paragrafi 9, 10, 19 u 20 ta’ din 1-Iskeda għandu jitħallas
dritt ta’ ..................................................................................................... Lm30.00.
9. Fuq talba għal xi servizz ieħor ta’ rmiġġ li ma jkollux x’jaqsam ma’ l-irmiġġ
jew mal-ħall mill-irmiġġ ta’ bastiment meta jasal, jitlaq jew jibdel l-irmiġġ
għandhom jitħallsu:
(a) ir-rati li hemm fil-paragrafu 7 ta’ din l-Iskeda għal bastimenti irmiġġati
mal-moll mill-poppa;
(b) nofs ir-rata li hemm fil-paragrafu 7 ta’ din l-Iskeda għal bastimenti
irmiġġati minn tulhom mal-moll; u
(ċ) ir-rati li hemm fil-paragrafu 8 ta’ din l-Iskeda għal bastimenti irmiġġati
ma’ baga.
10. Jekk f’xi wieħed mis-servizzi speċifikati fil-paragrafi 3, 4, 5, 7, 8, 9, 14 u 15
ta’ din l-Iskeda dgħajsa u ekwipaġġ jew gaj ta’ l-irmiġġ jitħallew jistennew jew
minħabba dawk is-servizzi jinżammu fi kwarantina f’xi post għal aktar minn
sagħtejn għandhom jitħallsu d-drittijiet addizzjonali li ġejjin:
11. Dwar servizz fejn jenħtieġ li jsir kuntatt ma’ bastiment barra port meta l-
bastiment ma jkollux għax jidħol f’dak il-port, għandha titħallas nofs ir-rata
(d) Bastimenti ta’ iżjed minn 2000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 3,500 tunnellata ........................................................ Lm14.00
(e) Bastimenti ta’ iżjed minn 3,500 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 5,000 tunnellata ........................................................ Lm14.00
(f) Bastimenti ta’ iżjed minn 5,000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 7,000 tunnellata ........................................................ Lm15.00
(g) Bastimenti ta’ iżjed minn 7,000 tunnellata iżda mhux iżjed
minn 10,000 tunnellata ...................................................... Lm16.00
(h) Bastimenti ta’ iżjed minn 10,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 15,000 tunnellata .............................................. Lm18.00
(i) Bastimenti ta’ iżjed minn 15,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 20,000 tunnellata .............................................. Lm19.00
(j) Bastimenti ta’ iżjed minn 20,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 25,000 tunnellata .............................................. Lm20.00
(k) Bastimenti ta’ iżjed minn 25,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 30,000 tunnellata .............................................. Lm23.00
(l) Bastimenti ta’ iżjed minn 30,000 tunnellata iżda mhux
iżjed minn 40,000 tunnellata .............................................. Lm24.00
(m) Għal kull 10,000 tunnellata addizzjonali jew parti
minnhom iżjed minn 40,000 tunnellata .............................. Lm3.00.
Għal bastimenti ta’ mhux iżjed minn 6,000 tunnellata ........ Lm10.00
Għal bastimenti ta’ iżjed minn 6,000 tunnellata ................. Lm12.50
(i) mit-tieni sa l-erba’ u għoxrin siegħa, kull
siegħa jew parti minnha ........................... Lm0.60 kull raġel
(ii) wara dan kull erbgħa u għoxrin siegħa jew
parti minnhom ......................................... Lm10.00 kull raġel.
24 L.S.352.04 ħ PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ
standard, b’dan li l-ħlas ma jkunx anqas minn ................................................. Lm5.
12. Dwar dawn is-servizzi ta’ irġiel ta’ l-irmiġġ li ġejjin għandhom jitħallsu
dawn id-drittijiet li ġejjin:
13. Dwar servizz ta’ pilutaġġ mogħti lil Malta Drydocks u/jew Malta
Shipbuilding għandhom jitħallsu dawn id-drittijiet ta’ l-irmiġġ li ġejjin:
14. Għandhom jitħallsu drittijiet addizzjonali ta’ pilutaġġ, ta’ irmiġġ jew ta’ ħall
minn irmiġġ bir-rata ta’ 15% fuq ir-rati dovuti dwar servizzi mogħtija bejn inżul ix-
xemx u tlugħ ix-xemx u fil-Ħdud u btajjel pubbliċi.
15. Meta talba għal servizz ta’ pilutaġġ, ta’ irmiġġ jew ta’ ħall minn irmiġġ
titħassar, għandhom jibqgħu dovuti dawn id-drittijiet:
16. Meta pilota jew raġel ta’ l-irmiġġ jenħtieġ li jaħdem xogħol żejjed jiġifieri,
xogħol iktar mis-sigħat tax-xogħol tas-soltu tiegħu, għandhom jitħallsu dawn id-
drittijiet li ġejjin:
17. Dwar bastimenti li ma jbaħħrux waħedhom, għandhom jitħallsu dawn id-
drittijiet 1i ġejjin:
18. Ir-rati kollha għal pilutaġġ, irmiġġ jew ħall mill-irmiġġ ta’ bastiment
għandhom ikopru kull għadd ta’ sigħat meħtieġa li jsiru minn kull wieħed mill-
persunal tal-Korp tal-Pilutaġġ:
Iżda l-bastimenti kollha li jkunu itwal minn 243.84 metru (800 pied) li
jidħlu, joħorġu jew iċaqilqu fil-Port il-Kbir għandhom iqabbdu żewġ piloti, kemm-il
(i) għal maniġġar taċ-ċima mill-gaj ta’ fuq
id-dgħajsa ............................................. Lm10 għal kull ċima
(ii) għal maniġġar  taċ-ċima bl-idejn ............ Lm5 għal kull ċima.
(i) għal bastimenti deħlin jew ħerġin .... Lm5 għal kull servizz ta’
pilutaġġ
(ii) għal bastimenti li jċaqilqu biss ........ Lm2 għal kull servizz ta’
pilutaġġ.
(a) meta avviż ta’ tħassir jingħata iżjed minn sagħtejn qabel
ma jkollha tibda l-manuvra .............................................. Ebda ħlas
(b) meta avviż ta’ tħassir jingħata matul is-sagħtejn ta’ qabel
ma jkollha tibda l-manuvra .............................................. 25% tar-rata 
standard
(ċ) meta l-pilota u r-raġel ta’ l-irmiġġ ikunu, wara li
ssirilhom talba, imbarkaw bastiment biex jagħmlu
manuvra li wara titħassar ................................................ 50% tar-rata 
standard.
(i) għal piloti ....................................... Lm15 għal kull pilota u
għal kull manuvra
(ii) għal irġiel ta’ l-irmiġġ ..................... Lm10 għal kull raġel ta’
l-irmiġġ u għal kull
manuvra.
(i) għal piloti ....................................... Lm25 għal kull pilota
(ii) għal irġiel ta’ l-irmiġġ ..................... Lm40 għal kull manuvra
jkun kemm ikun l-għadd
ta’ irġiel ta’ l-irmiġġ.
PILUTAĠĠ U L-IRMIĠĠ ġ L.S.352.04 25
darba dawn ma jkunux cruise liners:
Iżda wkoll, meta fil-fehma tad-Direttur Eżekuttiv (Portijiet) jenħtieġ li
jitqabbad iktar minn pilota wieħed għal bastiment, id-drittijiet ta’ pilutaġġ
għandhom ikunu skond l-għadd ta’ piloti li jagħtu dak is-servizz.
19. Għall-użu tal-lanċa tal-pilutaġġ dwar l-għoti ta’ servizzi ta’ pilutaġġ u/jew
irmiġġ:
20. Għal kull servizz ieħor partikolari ta’ pilutaġġ jew irmiġġ li m’hemmx
provdut speċifikament xort’oħra għalih f’din l-Iskeda, id-drittijiet li għandhom
jitħallsu jiġu stabbiliti mid-Direttur Eżekuttiv (Portijiet) li għandu, kemm jista’ jkun,
ixebbaħhom mad-drittijiet xierqa speċifikati f’din l-Iskeda.
(a) lil bastimenti li jkunu deħlin jew ħerġin minn port ............. Lm10
(b) lil bastimenti li jċaqilqu fl-istess port ................................. Lm5.
