PORTIJIET (DIXXIPLINA) ġ L.S.352.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.05
REGOLAMENTI DWAR IL-PORTIJIET 
(DIXXIPLINA)
30 ta’ Jannar, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 22 ta’ l-1976, kif emendat bl-Avviż Legali 68 ta’ l-
1976 u bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Portijiet (Dixxiplina).
Tifsir.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"Att" tfisser l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta stabbilita taħt
l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Bord" tfisser il-Bord tad-Dixxiplina mwaqqaf skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 3;
Kap. 171.
"impjegat" tfisser persuna mpjegata mill-kuntrattur jew bħala
regolari jew każwali barra minn foremen u ħaddiema tal-port li
huma liċenzjati jew reġistrati skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-portijiet.
Bord tad-
Dixxiplina.
3. (1) Għandu jitwaqqaf Bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
tad-Dixxiplina, li għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet mogħtija
lilu b’dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Bord ikun maħtur mill-Ministru.
Għamla tal-Bord 
tad-Dixxiplina.
Emendat:
XVII. 1991.81.
4. (1) Il-Bord ikun magħmul minn Chairman, żewġ membri,
u segretarju.
(2)  Is-segretarju tal-Bord ikun uffiċjal ta’ l-Awtorità .
Funzjonijiet tal-
Bord tad-
Dixxiplina.
5. (1) Ikun id-dmir tal-Bord li:
(a)  jistħarreġ il-każijiet li jinġiebu quddiemu;
(b) iħarrek xhieda;
(ċ) jisma’ x-xiehda bil-ġurament; u
(d)  jiddeċiedi l-każijiet li jistħarreġ.
(2) Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu skond is-
subregolament (1)(b) u (ċ) il-Bord ikollu s-setgħat li bil-liġi huma
mogħtija lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili:
Iżda -
(a) il-Bord ma jkollu f’ebda każ is-setgħa għad-detenzjoni
ta’ xi persuna; u
(b) id-dmirijiet tal-purtier tal-qorti u tal-marixxal tal-qorti
rispettivament ikun moqdija mill-membri tal-Pulizija
Eżekuttiva mqabbda għal dan l-għan mill-
2 L.S.352.05 ħ PORTIJIET (DIXXIPLINA)
Kummissarju tal-Pulizija.
Proċedura tal-Bord 
tad-Dixxiplina.
Emendat:
A.L. 68 ta’ l-1976;
XVII. 1991.81.
6. (1) Iċ-Chairman tal-Bord għandu jippresjedi fil-laqgħat
kollha tal-Bord u għandu jagħti l-ġurament kif ikun meħtieġ.
(2) Il-Bord għandu jieħu ħsieb li jinżamm record sħiħ tal-
proċedimenti tiegħu mis-segretarju tiegħu u dawk ir-records jiġu
konfermati miċ-Chairman.
(3) Il-Bord jista' jagħti deċiżjoiii b'maġġoranza tal-voti.
(4) Minnufih kif il-proċedimenti jinghalqu ċ-Chairman għandu
jikkomunika kull deċiżjoni tal-Bord lill-Awtorità .
(5) Il-Bord għandu jiddeċiedi kull kwistjoni ta’ proċedura li
tista’ tinqala’ dwar każijiet li jinġiebu quddiemu u dawk id-
deċiżjonijiet ikunu finali u konklużivi.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti l-
Bord ikollu s-setgħat li jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Reati.
Emendat:
A.L. 68 ta’ l-1976;
XVII. 1991.81.
7. (1) Impjegat tal-kuntrattur li jikser jew jonqos li jħares id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti jew id-
direttivi maħruġa mill-Awtorità  jew mill-kuntrattur tagħha, skond
il-każ, jew li jġib ruħu ħażin jew jimxi ħażin ħafna waqt xogħlu jew
dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħlu jew li jonqos li jaqdi
dmirijietu jew li jkun negliġenti fil-qadi ta’ dmirijietu jkun ħati ta’
reat skond dawn ir-regolamenti.
(2) Il-kuntrattur jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jġib reati
quddiem il-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti:
Iżda l-Aworità  tista’ titlob lill-kuntrattur biex iġib reati
quddiem il-Bord u meta jkun hekk mitlub il-kuntrattur għandu jieħu
dik l-azzjoni.
Akkużi.
Emendat:
A.L. 68 ta’ l-1976.
8. (1) Akkuża kontra impjegat għandha ssir mill-kuntrattur fi
żmien wieħed u għoxrin jum mid-data li fiha jkun intemm l-
istħarriġ dwar ir-reat għas-soidisfazzjon tal-kuntrattur:
Iżda fil-każ ta’ reat li dwaru jkunu nbdew proċedimenti
kriminali, l-imsemmi perijodu ta’ wieħed u għoxrin jum għandu
jibda jgħodd mid-data li fiha l-Qorti tagħti s-sentenza finali tagħha.
(2) Dik l-akkuża għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika
r-reat.
(3) Fl-akkuża l-kuntrattur għandu jitlob spjegazzjoni bil-
miktub mingħand l-impjegat li jkun fi żmien għaxart ijiem mid-data
li fiha dik l-akkuża tiġi komunikata lil dak l-impjegat. Fin-nuqqas
ta’ dik 1-ispjegazzieni bil-miktub 1-akkuża għandha titqies li tkun
ġiet ammessa u l-Bord ghandu jiddeċiedi l-każ.
(4) Il-kuntrattur għandu javża impjegat bl-akkuża kontrih jew
billi jikkonsenjalu dik l-akkuża personalment jew fil-post tar-
residenza tiegħu jew billi jibgħatilu bil-posta reġistrata.
(5) Fir-risposta ta’ akkuża 1-impjegat li jkun jista’ jirriżerva d-
dritt li jagħmel sottomissjonijiet verbali lill-Bord.
(6) Il-kuntrattur għandu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn
PORTIJIET (DIXXIPLINA) ġ L.S.352.05 3
meta jirċievi dik ir-risposta jissottometti liċ-Chairman tal-Bord
kopja ta’ l-akkuża magħmula kontra l-impjegat li jkun u r-risposta
oriġinali għaliha.
Bidu u tmiem tal-
proċedimenti.
9. (1) Il-Bord għandu jibda jisma’ kull każ miġjub quddiemu
fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li fiha l-kuntrattur javża b’dak
il-każ liċ-Chairman.
(2) Il-Bord għandu jtemm is-smiegħ ta’ każ u jagħti deċiżjoni
dwaru fi żmien għoxrin ġurnata mill-bidu tas-smiegħ:
Iżda f’każijiet eċċezzjonali l-Ministru jista’ għal raġunijiet
serji jtawwal dak iż-żmien għal żminijiet oħra ta’ mhux
iktar minn ħmistax-il ġurnata kull darba.
Impjegat mgħejjun 
minn persuna oħra.
10. (1) Fir-risposta għal akkuża jew meta jidher quddiem il-
Bord impjegat li kontra tiegħu jkunu qed jittieħdu proċedimenti
dixxiplinari jista’ jkun mgħejjun minn persuna oħra li jagħżel hu.
(2) Dak l-impjegat jista’ jitlob lill-Bord biex iħarrek xhieda
għad-difiża tiegħu u l-Bord għandu jħarrek dawk ix-xhieda, u hu
jew il-persuna li tkun qed tgħinu tista’ tagħmel eżami u kontro-
eżami tax-xhieda.
Notifika tal-
proċedimenti.
Emendat:
A.L. 68 ta’ l-1976.
11. (1) Il-Bord għandu jinnotifika lill-impjegat li kontra
tiegħu jkunu qed jittieħdu l-proċedimenti dixxiplinari u għandu
jħarrek kull xhieda biex jidhru quddiemu fil-ġurnata, ħin u post
stabbilit għas-smigħ ta’ dawk il-proċedimenti.
(2) Dik in-notifika jew it-taħrika għandha tkun iffirmata miċ-
Chairman tal-Bord u għandha tiġi konsenjata personalment lil, jew
fil-post tar-residenza ta’,  l-impjegat li jkun jew lix-xhud, skond il-
każ, jew tintbagħat bil-posta reġistrata mhux aktar tard minn
ħamest ijiem qabel is-smigħ tal-proċedimenti.
Proċedimenti in 
absentia.
12. Jekk impjegat li kontra tiegħu jkunu qed jittieħdu
proċedimenti dixxiplinari skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jonqos li jidher quddiem il-Bord fi żmien sittin minuta
mill-ħin stabbilit ghas-smigħ, il-Bord għandu jgħaddi biex jisma’ l-
każ fin-nuqqas tiegħu u għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu mhux
qabel erbat ijiem wara l-aħħar laqgħa tiegħu:
Iżda jekk dak l-impjegat fi żmien jumejn wara l-ġurnata
stabbilita għas-smigħ tal-każ jiġġustifika n-nuqqas tiegħu għas-
sodisfazzjon tal-Bord, il-Bord jista’ jisma’ s-sottomissjonijiet ta’ l-
impjegat u l-provi tax-xhieda tiegħu qabel ma jagħti d-deċiżjoni.
Prova ta’ notifika.
komunikazzjoni, notifika jew taħrika b’ittra reġistrata permezz tal-
posta, tkun prova biżżejjed tan-notifika ta’ dik l-ittra għall-finijiet
u effetti kollha ta’ dawn ir-regolamenti jekk l-ittra reġistrata tkun
ġiet indirizzata u mpustata sewwa.
Pieni.
Emendat:
XVII. 1991.81.
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 16,
jekk impjegat jinstab ħati mill-Bord li jkun kiser jew li jkun naqas
milli jħares xi disposizzjoni ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti
jew xi direttivi maħruġa mill-Awtorità  jew mill-kuntrattur tagħha,
skond il-każ, jew li jkun ġab ruħu ħażin jew mexa ħażin ħafna waqt
4 L.S.352.05 ħ PORTIJIET (DIXXIPLINA)
xogħlu jew dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħlu jew li naqas
milli jaqdi dmirijietu jew li kien negliġenti fil-qadi ta’ dmirijietu,
il-Bord jista’ bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra -
(a) iwaħħal lil dak l-impjegat multa ta’ mhux inqas minn
tliet liri iżda mhux iżjed minn għoxrin lira; u/jew
(b) jissospendih minn dmirijietu għal żmien ta’ mhux
inqas minn għaxart ijiem u mhux iżjed minn tliet xhur
matul liema żmien ebda rimunerazzjoni ma titħallas
jew ma tiġi riċevuta minn dak l-impjegat; jew
(ċ) jordna lill-kuntrattur li jtemm l-impieg tiegħu.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull Iiġi oħra, id-
deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bord ikunu finali u konklużivi.
(3) Impjegat li l-impieg tiegħu jintemm b’ordni tal-Bord jitlef
kull dritt u kull benefiċċju finanzjarju jew xort’oħra, li għalihom
ikun intitolat bis-saħħa ta’ l-impieg tiegħu.
(4) Il-kuntrattur għandu mingħajr telf ta’ żmien, iwettaq l-
ordnijiet ta’, u d-deċiżjonijiet li jittieħdu minn, il-Bord.
(5) Kull multa mwaħħla mill-Bord għandha tinġabar mill-
Awtorità  bħala dejn ċivili.
Proċedimenti 
kriminali.
15. Kull proċediment dixxiplinari li jittieħed kontra mpjegat
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir regolamenti jkun bla ħsara
għal kull proċediment kriminali li jista’ jittieħed kontrih skond l-
Att jew skond xi liġi oħra u kull proċediment li jittieħed skond xi
liġi bħal dik ikun bla ħsara għal kull proċediment dixxiplinari bħal
dak.
Tmiem 
awtomatiku mill-
impieg.
16. (1) L-impieg ta’ impjegat jintemm awtomatikament jekk
dak l-impjegat jinsab jew jiġi dikjarat ħati ta’ serq jew frodi:
Iżda fil-każ ta’ l-ewwel reat li jinvolvi ammont ta’ mhux
iżjed minn tliet liri dak l-impjegat għandu jiġi sospiż mill-Bord
għal żmien ta’ mhux inqas minn għaxart iliem u mhux iżjed minn
tliet xhur.
(2) Impjegat li l-impieg tiegħu jintemm skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan ir regolament jitlef kull dritt u kull
benefiċċju, finanzjarju jew xort’oħra, li dan jista’ jkun intitolat
għalihom bis-saħħa ta’ l-impieg tiegħu.
