DRITTIJIET TAL-PORT ġ L.S.352.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.06
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET TAL-PORT
5 ta’ Marzu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 30 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 21 ta’ l-
1981 u bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Drittijiet tal-Port.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"tunellata" tfisser, għall-fini tal-kalkolu ta’ drittijiet tal-port, it-
tunellaġġ nett reġistrat ta’ bastiment u meta bastiment ikollu iktar
minn tunellaġġ nett reġistrat wieħed, l-ogħla jew l-iktar ogħla minn
dak it-tuneliaġġ ikun it-tunellaġġ nett reġistrat;
"perijodu ta’ sebat ijiem" tfisser kull perijodu ta’ sebat ijiem li
jibda mill-jum li fih bastiment jidħol f’port jew li fih bastiment
ikun ġie qiegħed, skond il-każ.
Drittijiet tal-port.
bastimenti li jidħlu f’xi port ikunu dawk speċifikati fl-Ewwel
Skeda.
(2) Id-drittijiet tal-port li jintalbu dwar bastimenti qiegħda
jkunu dawk speċifikati fit-Tieni Skeda.
Dokumenti li 
għandhom jiġu 
prodotti.
Emendat:
XVII. 1991.81.
4. Kull persuna li jkollha tħallas id-drittijiet speċifikati fl-
Iskedi għandha tipproduċi lill-Awtorità  Marittima ta’ Malta kull
dokument li din tkun teħtieġ biex tistabbilixxi l-ammont ta’
drittijiet li għandhom jitħallsu.
Bdil ta’ sidien ta’ 
bastimenti.
Emendat:
XVII. 1991.81.
5. Kull bdil fis-sidien ta’ bastiment li jkun fil-port għandu jiġi
avżat bil-miktub mis-sid il-ġdid flimkien mas-sid ta’ qabel lill-
Awtorità  Marittima ta’ Malta minnufih kif isir dak it-tibdil, u, fin-
nuqqas ta’ dak l-avviż, is-sid ta’ qabel u s-sid il-ġdid ikunu
responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ kull dritt li skond dawn ir-
regolamenti jkollu jitħallas dwar il-bastiment.
2 L.S.352.06 ħ DRITTIJIET TAL-PORT
1. F’din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"bastiment tat-turisti" tfisser kull bastiment li jkun speċifikatament u
esklużivament maħsub għal użu minn persuni li jivvjaġġaw għal rikreazzjoni, gost
jew kultura, kemm-il darba ma jimbarkax jew jiżbarkax merkanzija jew posta f’port.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, kull bastiment li jidħol
f’port għandu jħallas id-drittijiet tal-port kif ġej:
3. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda -
(a) id-drittijiet li għandhom jitħallsu minn bastimenti li jidħlu f’xi port biss
għall-bunkering, provvisti jew ilma jew sabiex jingaġġaw jew jitilqu
membri ta’ l-ekwipaġġ ikunu bir-rata ta’ ħamsa u sebgħin fil-mija tad-
drittijiet speċifikati fl-imsemmi paragrafu 2;
(b) kull bastiment li jkun f’perik1u u li jidħol f’xi port biss bħala port ta’
kenn jew għal għajnuna medika jew biex iniżżel persuna marida ma
jħallas ebda drittijiet tal-port jekk jibqa’ hemm għal perijodu ta’ mhux
aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa, iżda wara dan iħallas:
(i)  bir-rata ta’ ħamsa u ħamsin fil-mija tad-drittijiet speċifikati fl-
imsemmi paragrafu 2 jekk joqgħod għal mhux iktar minn tmienja
u erbgħin siegħa;
(ii) bir-rati sħaħ speċifikati fl-imsemmi paragrafu 2 jekk joqgħod għal
aktar minn tmienja u erbgħin siegħa;
(ċ) id-drittijiet li jitħallsu minn bastimenti ta’ 2,000 tunnellata jew iżjed li
jidħlu f’xi port għall-fini ta’ tiswijiet li fil-fehma ta’ l-Awtorità
Marittima ta’ Malta jkunu tiswijiet bona fide relattivament għad-
dewmien tal-bastiment fil-port, ikunu bir-rata ta’ tmenin fil-mija tad-
drittijiet speċifikati fl-imsemmi paragrafu 2;
Emendata:
A.L. 21 ta’ l-
1981;
XVII. 1991.81.
L-EWWEL SKEDA
 Regolament 3(1)
Drittijiet tal-Port li jitħallsu dwar bastimenti
li jidħlu f’port
(a) Bastimenti tal-qlugħ u awżiljari:
Dwar kull perijodu ta’ sebat ijiem jew parti minnu li
matulu l-bastiment jibqa’ fil-port -
Għal kull 20 tunnellata jew parti minnhom ............. Lm 4
(b) Bastimenti  bl-istim (ta’ mhux iktar minn 2,000
tunnellata):
Dwar kull perijodu ta’ sebat ijiem jew parti minnu li
matulu l-bastiment jibqa’ fil-port -
Għal kull 500 tunnellata jew parti minnhom ............ Lm 10
(ċ) Bastimenti bl-istim (ta’ iktar minn 2,000 tunnellata):
Dwar kull perijodu ta’ sebat ijiem jew parti minnhom li
matulu l-bastiment jibqa’ fil-port -
Għall-ewwel 2,000 tunnellata ................................. Lm 50
Għal kull 1,000 tunnellata jew parti minnhom ’il
fuq minn 2,000 tunnellata ....................................... Lm 5
DRITTIJIET TAL-PORT ġ L.S.352.06 3
(d) id-drittijiet li jitħallsu minn bastimenti tat-turisti li jidħlu f’xi port ikunu
bir-rata ta’ ħamsm fil-mija tad-drittijiet speċifikati fl-imsemmi
paragrafu 2;
(e) id-drittijiet li jitħallsu minn bastimenti li jidħlu f’xi port biss biex
jgħabbu oġġetti prodotti jew fabbrikati lokalament għall-esportazzjoni
jkunu bir-rata ta’ ħamsin fil-mija tad-drittijiet speċifikati fl-imsemmi
paragrafu 2;
(f) id-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar bastimenti reġistrati f’Malta
għandhom jitħallsu biss dwar l-ewwel żewġ perijodi ta’ sebat ijiem
kansekuttivi l-wieħed jew parti minnhom;
(g) id-drittijiet li għandhom jitħallsu minn bastimenti li jidħlu f’xi port
sabiex jgħabbu jew iħottu merkanzija jkunu bir-rata ta’ għaxra fil-mija
iktar mid-drittijiet speċifikati fl-imsemmi paragrafu 2:
Iżda dan is-subparagrafu m’għandux jiftiehem bħala li jeżenta lil dawk il-
bastimenti mid-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda.
(2) Id-disposizzjonijiet ttas-subparagrafu (l)(a), (b), (ċ) u (d) ma japplikawx
għal xi bastiment li jgħabbi jew iħott xi merkanzija jew li jimbarka jew jiżbarka
passiġgieri barra minn passiġġieri in transit.
4. Ebda bastiment li jidħol f’port ma jikkwalifika fl-istess ħin għal iktar minn
tnaqqis wieħed minn dak speċifikat fil-paragrafu 3, iżda meta dak il-bastiment kien
ikollu, kieku ma kienux id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu, dritt għal
iktar minn tnaqqis wieħed, għandu japplika l-iktar tnaqqis favorevoli.
5. (1) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu minn xi bastiment li jidħol f’xi port u
li jkollu abbord iktar minn 5 tunnellati gross ta’ esplożivi barra minn esplożivi ta’
klassi ta’ sigurtà  ikunu d-doppju tad-drittijiet speċifikati fil-paragrafu 2.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "esplożivi" u "esplożivi ta’ klassi ta’
sigurtà " għandu jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fir-Regolamenti dwar il-
Portijiet.
l. (1) Bastimenti qiegħda, sew jekk reġistrati f’Malta jew xort’oħra,
għandhom iħallsu d-drittijiet tal-port kif ġej:
IT-TlENI SKEDA Sostitwita:A.L. 21 ta’ l-1981.
Emendata:
XVII. 1991.81.
 Regolament 3(2)
Drittijiet tal-Port li jitħallsu dwar bastimenti 
qiegħda
(a) bastimenti ta’ mhux iżjed minn 10
tunellati ........................................ Lm4.50 kull bastiment għal kull
perijodu ta’ sebat ijiem jew parti
minnu
4 L.S.352.06 ħ DRITTIJIET TAL-PORT
(2) Bastimenti qiegħda ta’ iżjed minn 500 tunnellata għandhom iħallsu d-
drittijiet tal-port kif ġej:
2. Jekk it-tunnellaġġ nett reġistrat ta’ bastiment ma jkunx magħruf jew ma
jkunx jista’ jiġi stabbilit mill-Awtorità  Marittima ta’ Malta, hi tista’ tinnomina perit
wieħed jew aktar għas-spiża tal-persuna jew persuni li jkollhom iħallsu d-drittijiet
tal-port sabiex jiġi stabbilit it-tunnellaġġ nett reġistrat ta’ dak il-bastiment.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kull bastiment, sew jekk
reġistrat f’Malta jew xort’oħra, li jkun qiegħed mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità
Marittima ta’ Malta għandu jħallas id-drittijiet tal-port speċifikati fil-paragrafu 1
miżjuda b’mija fil-mija.
(b) bastimenti ta’ iżjed minn 10
tunnellati iżda mhux iżjed minn 50
tunnellata ...................................... Lm9 kull bastiment għal kull
perijodu ta’ sebat ijiem jew parti
minnu
(ċ) bastimenti ta’ iżjed minn 50
tunnellati iżda mhux iżjed minn
100 tunnellata ............................... Lm13.50 kull bastiment għal
kull perijodu ta’ sebat ijiem jew
parti minnu
(d) bastimenti ta’ iżjed minn 100
tunnellati iżda mhux iżjed minn
500 tunnellata ............................... Lm18 kull bastiment għal kull
perijodu ta’ sebat ijiem jew parti
minnu
(a) bastimenti ta’ mhux iżjed minn
2000 tunnellata ............................. Lm15 għal kull 500 tunnellata
jew parti minnhom dwar kull
perijodu ta’ sebat ijiem jew parti
minnu
(b) bastimenti ta’ iżjed minn 2000
tunnellata -
għall-ewwel 2000 tunnellata  Lm75 dwar kull perijodu ta’
sebat ijiem jew parti minnu
għal kull 1000 tunnellata jew
parti minnhom ’il fuq minn
2000 tunnellata .................... Lm7.50 dwar kull perijodu ta’
sebat ijiem jew parti minnu
