TALJAR ġ L.S.352.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.07
REGOLAMENTI DWAR IT-TALJAR
10 ta’ Lulju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 73 ta’ l-1978, kif emendat bl-Avviż Legali 105 ta’ l-
1978 u bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Taljar.
Tifsir.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta stabbilita taħt
l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta u tinkludi kull uffiċjal ta’
l-Awtorità  awtorizzat bil-miktub mill-imsemmija Awtorità  biex
jaġixxi mmflokha;
"Kontrullur tad-Dwana" tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment
tad-Dwana awtorizzat bil-miktub mill-istess Kontrullur biex
jaġixxi minfloku;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-portijiet;
"skrivan tat-talja" tfisser persuna li skond dawn ir-regolamenti,
tittalja, b’dak il-mod u f’dawk il-postijiet li l-Ministru jista’
jiddeċiedi, il-merkanzija li tinħatt minn, jew li tkun se titgħabba
fuq, bastiment.
Talja obbligatorja.
li tinħatt jew titgħabba xi merkanzija minn jew fuq bastiment
kemm-il darba dik il-merkanzija ma tkunx ġiet taljata minnha jew
taħt l-istruzzjonijiet tagħha skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti:
Iżda d-disposizzjoni ta’ dan ir-regolament ma tapplikax
għal -
(a) provvisti ta’ bastimenti, tagħmir u/jew għamara li
jinħattu minn jew jitgħabbew fuq bastiment li fih
ikunu ġew użati jew ikunu se jintużaw dawk il-
provvisti, tagħmir jew għamara;
(b) merkanzija li tinġarr bejn il-gżejjer ta’ Malta,
Għawdex u Kemmuna;
(ċ) ċereali sfużi;
(d) kokk jew faħam sfuż;
(e) żejt jew inbid sfuż;
(f) annimali ħajjin;
(g) ħut li jinħatt minn jew jitgħabba fuq inġenji tas-sajd;
jew
(h) kull xorta oħra ta’ merkanzija li l-Ministru jista’
jeżenta mit-taljar.
2 L.S.352.07 ħ TALJAR
Mod u post tat-
talja.
4. Il-Ministru jista’ jordna li t-taljar ta’ merkanzija meħtieġ
bid-disposizzjoni tar-regolament 3 għandu jsir flimkien mal-
kuntrattur, b’dak il-mod u f’dak il-post jew f’dawk il-postijiet li l-
Ministru jista’ jiddeċiedi.
Produzzjoni tal-
karti tat-talja.
Emendat:
A.L. 105 ta’ l-
1978;
XVII. 1991.81.
Kap. 37.
Kap. 352.
5. Il-Kontrullur tad-Dwana, jew l-Awtorità , jista’ jeħtieġ lil
kull persuna li tieħu jew li ġġiegħel li tittieħed it-talja ta’
merkanzija taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti biex
tipproduċi kopji ffirmati tal-karti tat-talja dwar kull merkanzija li
dik il-persuna tkun ħattet minn fuq jew għabbiet jew tkun ġiegħlet
1i tinħatt minn fuq jew għabbiet fuq bastiment u dawk il-kopji
għandhom, għall-finijiet ta’ l-Ordinanza tad-Dwana u ta’ l-Att dwar
l-Awtorità  Marittima ta’ Malta, jitqiesu li jkunu dikjarazzjonijiet
dwar il-kwantità  u x-xorta tal-merkanzija li tkun inħattet minn jew
tgħabbiet fuq dak il-bastiment.
Skrivani tat-talja.
Emendat:
XVII. 1991.81.
6. (1) Ebda persuna ma għandha taħdem bħala skrivan tat-
talja kemm-il darba ma tkunx hekk awtorizzata bil-miktub mill-
Awtorità .
(2) L-Awtorità  għandha tawtorizza dak in-numru ta’ skrivani
tat-talja li, fil-fehma tagħha, ikun biżżejjed biex ilaħħaq mal-volum
attwali ta’ xogħol fil-portijiet u tista’ tispeċifika n-numru ta’
skrivani tat-talja li jidhrilha li jkunu biżżejjed biex jieħdu talja ta’
min joqgħod fuqha f’kull operazzjoni waħda.
(3) Ebda persuna ma tkun awtorizzata li taħdem bħala skrivan
tat-talja mill-Awtorità  -
(a) kemm-il darba dik il-persuna -
(i) ma tkunx ċittadin ta’ Malta;
(ii) ma tkunx fuq l-età  ta’ wieħed u għoxrin sena;
(iii) ma tkunx, fil-fehma ta’ l-Awtorità , persuna
adatta u xierqa biex tkun skrivan tat-talja, u
(iv) ma tissodisfax il-ħtiġiet tar-regolament 7, jew
(b) jekk dik il-persuna tkun ġiet misjuba ħatja ta’ serq jew
frodi.
(4) L-Awtorità  għandha tirtira l-awtorità  mogħtija lil persuna
biex taħdem bħala skrivan tat-talja jekk, wara li tkun hekk
awtorizzata, dik il-persuna tinsab ħatja ta’ serq jew frodi:
Iżda, fil-każ ta’ l-ewwel reat li jinvolvi ammont ta’ mhux
iżjed minn tliet liri, l-Awtorità  għandha temporanjament tirtira dik
l-awtorità  għal perijodu ta’ mhux anqas minn għaxart ijiem iżda
mhux iżjed minn tliet xhur u matul dak il-perijodu ta’ sospensjoni
l-persuna li tkun sospiża milli taħdem bħala skrivan tat-talja
m’għandha tirċievi jew titħallas ebda rimunerazzjoni tkun li tkun.
(4) Persuna li, matul is-sitt xhur li jiġu minnufih qabel l-10 ta’
Lulju, 1978, tkun ħadmet bħala skrivan tat-talja għandha, ma’
applikazzjoni magħmmla fi żmien tletin jum minn dik id-data, tkun
awtorizzata mill-Awtorità  biex taħdem bħala skrivan tat-talja,
kemm-il darba dik il-persuna tissodisfa l-ħtiġiet tas-subregolament
(3)(a)(i) u (ii) u (b) u tar-regolament 7.
TALJAR ġ L.S.352.07 3
Skrivani tat-talja 
ma jistgħux 
jinnegozjaw bħala 
importaturi jew 
esportaturi ta’ 
merkanzija.
Emendat:
XVII. 1991.81.
7. (1) L-Awtorità  ma għandhiex tawtorizza lil xi persuna biex
taħdem bhala skrivan tat-talja jekk dik il-persuna tkun taħdem ukoll
bħala importatur jew esportatur ta’ merkanzija għal jew minn
Malta, sew jekk f’isimha stess jew f’isem xi persuna oħra jew jekk
dik il-persuna l-ewwe1 imsemmija jkollha interess dirett jew
indirett f’xi mpriża li tinnegozja f’dak ix-xogħol ta’ importazzjoni
jew esportazzjoni.
(2) L-Awtorità  ma għandhiex tawtorizza lil xi persuna biex
taħdem bħala skrivan tat-talja kemm-il darba dik il-persuna ma
tipproduċix lill-Awtorità  dikjarazzjoni ffirmata minnha, fejn
tiddikjara li hi ma tagħmel ebda xogħol li huwa msemmi fis-
subregolament (1).
(3) L-Awtorità  għandha tirtira l-awtorità  mogħtija lil xi
persuna biex taħdem bħala skrivan tat-talja malli ssir taf li d-
dikjarazzjoni ffirmata minn dik il-parsuna skond is-subregolament
(2) tkun falza f’xi ħaġa.
Impjegati regolari.
ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma għandha titqies li ma tħallix lil
persuna li tkun qed tħott iew tgħabbi merkanzija, jew li ġġiegħel li
xi merkanzija tinħatt jew titgħabba, minn fuq jew għal fuq
bastiment milli tagħmel ukoll ix-xogħol tat-talja permezz ta’ l-
impjegati regolari tagħha.
(2) Kull impjegat regolari kif imsemmi fis-subregolament (1)
għandu jissodisfa l-ħtiġiet tar-regolament 6(3)(a)(i) u (ii) u (b) u
tar-regolament 7 u m’għandux ikun membru ta’ l-ekwipaġġ tal-
bastiment li fuqu jew li minn fuqu merkanzija hekk taljata tkun qed
titgħabba jew tinħatt.
Proċeduri ta’ 
dixxiplina.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
9. (1) L-Awtorità  għandha tibda proċeduri ta’ dixxiplina
kontra kull persuna li taħdem bħala skrivan tat-talja u li tikser xi
disposizzjoni ta’ l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta jew xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew li, waqt li
tkun tagħmel dmirijietha jew dwarhom, tkun ittraskurat jew iġġib
ruħha ħażin jew tonqos li tħares xi direttiva mogħtija mill-
Awtorità , jew minn xi persuna li f’isimha tittieħed t-talja tal-
merkanzija, jew minn rappreżentant ta’ xi persuna bħal dik.
L.S.352.05
regolamenti oħra li jissostitwuhom, għandhom japplikaw dwar is-
smigħ ta’ kull kwistjoni li tinqala’ minn xi proċeduri ta’ dixxiplina
kif imsemmija fis-subregolament (1), magħdud is-smigħ tax-xhieda
u d-deċiżjoni ta’ kull kwistjoni bħal dik.
L.S.352.05
(Dixxiplina) ikun il-Bord ta’ Dixxiplina kompetenti biex jisma’ u
jiddeċiedi kwistjonijiet li jinqalgħu mmn proċeduri ta’ dixxiplina
mibdija skond is-subregolament (1) u dak il-Bord ikollu s-setgħa li
jagħti l-penalitajiet speċifikati f’dawk ir-regolamenti daqslikieku d-
disposizzjonijiet relattivi ta’ dawk ir-regolamenti kienu inklużi
f’dawn ir-regolamenti:
Iżda, dwar persuna li taħdem bħala skrivan tat-talja,
terminazzjoni ta’ impieg għandha titqies li tfisser ir-revoka ta’ l-
awtorizzazzjoni bil-miktub mogħtija mill-Awtorità  taħt ir-
4 L.S.352.07 ħ TALJAR
regolament 6 lil dik il-persuna biex taħdem dak ix-xogħol.
L.S.352.05
(4) Il-proċeduri tal-Bord tad-Dixxiplina jkunu dawk stabbiliti
bir-Regolamenti dwar il-Portijiet (Dixxiplina), jew kull
regolamenti oħra li jissostitwuhom.
Proċedimenti 
kriminali.
Emendat:
XVII. 1991.81.
10. Kull proċediment ta’ dixxiplina li jittieħed kontra persuna
li taħdem bħala skrivan tat-talja skond id-disposizzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti jkun bla ħsara għal kull proċediment kriminali li jista’
jittieħed kontra xi persuna bħal dik taħt l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta jew taħt xi liġi oħra, u kull proċediment li jista’
jittieħed taħt xi liġijiet bħal dawk ikun bla ħsara għal dawk il-
proċedimenti ta’ dixxiplina.
L-iskrivani tat-talja 
jkunu uffiċjali 
pubbliċi.
Kap. 9.
11. Fil-waqt li tkun qed taħdem skond il-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, persuna li taħdem bħala skrivan tat-talja titqies li hi
uffiċjal jew impjegat pubbliku għall-finijiet tad-disposizzjonijiet
tal-Kodiċi Kriminali.
Eċċezzjoni. 12. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 4, 5 u 13,
dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal uffiċjali tad-Dwana jew
għal persuni impjegati mill-kuntrattur u mqabbda minnu biex
jagħmluha ta’ skrivan tat-talja f’maħżen.
Pieni. 13. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 9 u 10,
kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
