DRITTIJIET GĦALL-UŻU TA’ BAGI ġ L.S.352.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.08
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET
GĦALL-UŻU TA’ BAGI
3 ta’ April, 1979
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1979, kif emendat bl-Avviżi Legali 23 ta’ l-
1982, 30 ta’ l-1983 u 12 ta’ l-1985, u bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Drittijiet għall-Użu ta’ Bagi.
Tifsir.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-regolamenti, "Awtorità " tfisser l-Awtorità
Marittima ta’ Malta stabbilita taħt l-Att dwar l-Awtorità  Marittima
ta’ Malta.
Użu ta’ bagi.
Emendat:
XVII. 1991.81.
3. Ebda kaptan ta’ bastiment ma għandu juża xi baga li tkun
proprjetà  ta’, jew taħt il-kontroll jew il-maniġġ ta’, jew li tkun
imħaddma mill-Awtorità  mingħajr il-permess bil-quddiem ta’ l-
Awtorità .
Ħtieġa ta’ dgħajjes 
ta’ l-irmonk.
Emendat:
XVII. 1991.81.
4. Fl-għoti ta’ permess lil kaptan biex jirmiġġa l-bastiment
ma’ baga, jew biex tħalli dak l-irmiġġ, l-Awtorità  tista’ teħtieġlu li
juża dak in-numru ta’ dgħajjes ta’ l-irmonk li fil-fehma ta’ l-
Awtorità  jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-bastiment ma’
jagħmilx xi ħsara lill-baga u/jew l-irmiġġ partikolari.
Iċ-ċima tal-
bastiment għandha 
tintrabat mal-ħolqa 
ta’ baga.
Emendat:
XVII. 1991.81.
5. (1) Ħlief jekk mhux bil-permess ta’ l-Awtorità , il-kaptan
ta’ bastiment għandu jorbot iċ-ċima tal-bastiment biss mal-ħolqa
tal-baga iżda ma’ ebda parti oħra ta’ l-irmiġġ.
(2) Il-kaptan ta’ bastiment li jkun irmiġġat ma’ baga għandu
jieħu dawk il-prekawzjonijiet kollha li jkunu meħtieġa biex tiġi
evitata kull ħsara jew sforzi żejda fuq il-baga jew l-irmiġġ, u,
b’mod partikolari, m’għandux, mingħajr il-permess bil-quddiem ta’
l-Awtorità , juza l-makna tal-bastiment fil-waqt li l-bastiment ikun
marbut mal-baga.
Prekawzjonijiet 
waqt li l-bastiment 
ikun marbut ma’ 
baga.
Emendat:
XVII. 1991.81.
6. Il-kaptan ta’ bastiment li jkun irmiġġat ma’ baga għandu,
fil-ħinijiet kollha, ikollu nies biżżejjed abbord biex -
(a) jieħdu ħsieb id-dwal u kull sinjali oħra;
(b) iżommu l-irmiġġi aġġustati tajjeb;
(ċ) iniżżlu l-ankra fil-każ li l-bastiment jinħall;
(d) jgħarrfu lill-Awtorità  fil-każ ta’ kolliżjoni mal-
bastiment jew ma’ l-irmiġġi.
Tneħħija ta’ 
bastiment li jkun 
qed jegħreq jew li 
jkun se jiġġarraf.
Emendat:
XVII. 1991.81.
7. (1) Jekk bastiment jgħereq jew jinkalja jew jiġġarraf meta
jkun sejjer biex jieħu, ikun qed jieħu, ikun qiegħed ma’, jew ikun
qed iħalli, il-baga, is-sid u/jew il-kaptan tal-bastiment għandu
minnufih jieħu l-bastiment għal dak l-ankraġġ jew post ieħor li
tindika l-Awtorità .
(2) Jekk il-kaptan jew is-sid tal-bastiment ma jħarisx, fi żmien
erbgħa u għoxrin siegħa, id-disposizzjoni tas-subregolament (1), l-
Awtorità t ista’ timmarka l-bastiment b’dak id-dawl, baga jew marki
2 L.S.352.08 ħ DRITTIJIET GĦALL-UŻU TA’ BAGI
oħra għar-riskju u għas-spejjeż tal-kaptan jew ta’ sid il-bastiment.
(3) Jekk il-kaptan jew is-sid ma jneħħix, fi żmien ħmistax-il
jum jew f’dak iż-żmien itwal jew aqsar li l-Awtorità , fid-
diskrezzjoni assoluta tagħha, tista’ tiddeċiedi f’kull każ partikolari,
il-bastiment kif provdut fis-subregolament (1), l-Awtorità t ista’
tieħu l-pussess ta’, tneħħi jew tiddistruġġi dak il-bastiment u
nawfraġju u tiġbor mingħand il-kaptan jew is-sid tal-bastiment dak
il-kost u l-ispejjeż li jkunu saru mill-Awtorità  kif ukoll kull danni li
jkunu ġġarrbu mill-Awtorità .
Impożizzjoni ta’ 
kondizzjonijiet.
Emendat:
XVII. 1991.81.
8. Fl-ghoti ta’ permess għall-użu ta’ xi baga kif imsemmi fir-
regolament 3, l-Awtorità  tista’ -
(a) teħtieġ mingħand il-kaptan, is-sid u/jew l-aġent tal-
bastiment obbligazzjoni li tindennizza lill-Awtorità
minn kull ħsara li tista' tiġri lil xi bastiment li juża dik
il-baga u minn kull ħsara li tiġġarrab minn xi
bastiment ieħor, jew lil ħajja jew lil proprjetà  u li
tiġġarrab mill-użu ta’ dik il-baga, u
(b) timponi kull kondizzjoni oħra li tista’ tiddeċiedi fid-
diskrezzjoni assoluta tagħha.
Drittijiet u ħlas 
tagħhom.
Emendat:
A.L. 23 ta’ l-1982;
A.L. 30 ta’ l-1983;
XVII. 1991.81.
9. (1) Is-sid, il-kaptan jew l-aġent ta’ bastiment li juża baga
kif imsemmija fir-regolament 3 għandu, b’żieda ma’ kull dritt,
ħlasijiet jew rati oħra, iħallas dwar il-bagi murija fl-ewwel kolonna
ta’ l-Iskeda r-rata relattiva għal kull ġurnata jew parti minnha
murija fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija Skeda.
(2) Ir-rata relattiva li għandha titħallas kif provdut fis-
subregolament (1) tirdoppja meta xi bastiment li juża dik il-baga
ma jkollux l-ekwipaġġ sħiħ ta’ uffiċjali u baħrin tal-gverta u ta’ l-
engine room, jew ma jkollux dak in-numru ta’ ekwipaġġ ta’
uffiċjali u baħrin tal-gverta u ta’ l-engine room kif ikun miftiehem
ma’ l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  tista’ titlob li l-ħlas għall-użu ta’ xi baga kif
imsemmija fir-regolament 3 isir bil-quddiem, u tista’ ukoll titlob
depożitu bil-quddiem dwar dak l-użu.
(4) L-irmiġġ ta’ bastiment ma’ xi baga partikolari jkun fid-
diskrezzjoni assoluta ta’ l-Awtorità .
Eżenzjonijiet. 10. Il-Ministru responsabbli għall-portijiet, bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi, jista’ jeżenta lil kull sid,
kaptan jew aġent ta’ kull bastiment mill-ħlas ta’ kull dritt li
xort’oħra jitħallas taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir regolamenti.
DRITTIJIET GĦALL-UŻU TA’ BAGI ġ L.S.352.08 3
SKEDA Sostitwita:A.L. 23 ta’ l-1982;
A.L. 30 ta’ l-1983;
A.L. 12 ta’ l-1985.
Regolament 9
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
IL-PORT IL-KBIR
Nru. 14 / 14A / 14B; 15 / 15A Lm100
IL-PORT TA’ MARSAMXETT
Nru. 1 / 1A; 2 / 2A; 3 Lm100
