ĦATT U TAGĦBIJA
TA’ VETTURI TAL-MERKANZIJA ġ L.S.352.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.09
REGOLAMENTI DWAR ĦATT U TAGĦBIJA
TA’ VETTURI TAL-MERKANZIJA
L-AVVIŻ LEGALI 100 ta’ l-1979, kif emendat bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar
Ħatt u Tagħbija ta’ Vetturi tal-Merkanzija, u dawn ir-regolamenti
għandhom jibdew iseħħu f’dik id-data li l-Ministru responsabbli
għall-portijiet jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
Tifsir.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-rego1amenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta stabbilita taħt
l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta u tinkludi kull uffiċjal ta’
l-Awtorità  awtorizzat mill-Awtorità  biex jaġixxi minflokha fl-
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
"vetturi tal-merkanzija" tfisser kull vettura li -
(a)  tkun mibnija jew adattata għall-użu, jew tkun użata,
fit-triq għall-ġarr ta’ merkanzija; u
(b) tkun użata għall-ġarr internazzjonali ta’ merkanzija
biex tiġi konsenjata f’Malta jew biex tinġarr minn
Malta;
u tinkludi tractor li jinsaq bil-makna tiegħu stess kif ukoll kull
karrella jew kull xorta oħra ta’ vettura.
Ebda vettura ta’ 
merkanzija ma 
tinħatt jew tiġi 
mgħobbija 
mingħajr permess.
Emendat:
XVII. 1991.81.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi jew regolament
ieħor li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien, il-kaptan, is-sid jew
l-aġent ta’ bastiment ma għandux iħott jew iħalli li jinħatt f’Malta,
jew jgħabbi jew iħalli li titgħabba f’Malta, minn fuq jew għal fuq
bastiment, xi vettura tal-merkanzija kemm-il darba ma jkollhiex
permess maħruġ mill-Awtorità  taħt dawn ir-regolamenti.
Ħruġ ta’ permess.
Emendat:
XVII. 1991.81.
4. (1) L-Awtorità t ista’ fid-diskrezzjoni tagħha toħroġ
permess sabiex vettura tal-merkanzija tinħatt f’Malta jew tkun
mgħobbija minn Malta.
(2) Kull permess bħal dak jista’, jekk jingħata, jinħareġ għal
vjaġg wieħed, għal numru ta’ vjaġġi jew għal perijodu ta’ żmien.
(3) L-Awtorità t ista’, minn żmien għal żmien, tagħmel dak il-
permess sugġett għal dawk il-kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa.
(4) Kull permess maħrug jew imgedded mill-Awtorità  taħt dan
ir-regolament jista’ jiġi sospiż jew irtirat minnha jekk id-detentur
ta’ dak il-permess ikun kiser xi kondizzjoni ta’ dak il-permess
magħmula mill-Awtorità .
Applikazzjoni għal 
permess.
Emendat:
XVII. 1991.81.
5. Applikazzjoni għal permess meħtieġ taħt dawn ir-
regolamenti għandha ssir lill-Awtorità  f’dik il-forma meħtieġa
mill-Awtorità  mill-anqas tnax-il ġurnata tax-xogħol qabel il-ħatt
jew it-tagħbija tal-vettura tal-merkanzija f’Malta, jew f’dak iż-
2 L.S.352.09 ħ
ĦATT U TAGĦBIJA
TA’ VETTURI TAL-MERKANZIJA
żmien aqsar, kif l-Awtorità t ista’ taċċetta dwar xi ħatt jew tagħbija
partikolari ta’ vettura tal-merkanzija.
Dokumenti li 
għandhom 
jingħataw.
Emendat:
XVII. 1991.81.
6. Kull persuna li tapplika ghal permess dwar vettura tal-
merkanzija li tkun reġistrata f’Malta għandha tagħti lill-Awtorità
dawk id-dokumenti li titlob.
Permess għall-ħatt 
temporanju ta’ 
vettura tal-
merkanzija li ma 
jkollhiex permess.
Emendat:
XVII. 1991.81.
7. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-
Awtorità t ista’ tagħti permess li tinħatt temporanjament vettura tal-
merkanzija li ma jkollhiex permess skond dawn ir-regolamenti jekk
dak il-ħatt temporanju jkun meħtieġ minħabba x-xogħol tal-
bastiment:
Iżda vettura tal-merkanzija li tinħatt temporanjament taħt
dan ir-regolament għandha terġa’ titgħabba qabel ma l-bastiment
jitlaq minn Malta.
Reati u pieni. 8. Kull persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja
multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitt
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew
dik il-multa u priġunerija flimkien, u fil-każ ta’ reat kontinwu
multa addizzjonali ta’ mhux inqas minn żewġ liri u mhux iżjed
minn ħames liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
