ĊENTRI TA’ YACHTING ġ L.S.352.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.10
REGOLAMENTI DWAR IĊ-ĊENTRI
TA’ YACHTING
1 ta’ Awissu, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 71 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviżi Legali 100 ta’ l-
1992, 182 ta’ l-1993 u 204 ta’ l-1997.
Titolu.
Ċentri ta’ Yachting.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"ċentru ta’ yachting" tfisser dik il-parti ta’ port kif dikjarata li
tkun ċentru ta’ yachting skond ir-regolament 3;
"Direttur Eżekuttiv", tfisser id-Direttur Eżekuttiv responsabbli
għaċ-Ċentri tal-Yachting u tinkludi kull persuna li tkun awtorizzata
minnu biex taġixxi f’ismu;
"faċilitajiet", b’riferenza għal ċentru ta’ yachting, tfisser kull
bagi, ankraggi, xtut, bankini, pontoons, dgħajjes u kull tagħmir jew
atrezzi konnessi magħhom u kull proprjetà  mobbli jew immobbli
provduti f’ċentru ta’ yachting;
"kaptan" tinkludi l-kaptan-sid ta’ yacht u kull min ikun dak iż-
żmien inkarigat minn yacht;
"moll bis-servizzi" tfisser moll fejn ikun hemm servizzi ta’ ilma,
elettriku u telefon;
"yacht" tfisser bastiment reġistrat li jbaħħar, użat biss għad-
divertiment u hekk aċċettat mid-Direttur Eżekuttiv.
Ċentri ta’ yachting.
Emendat:
A.L. 182 ta’ l-
1993.
3. Dawn iż-żoni li ġejjin għandhom ikunu ċentri ta’ yachting:
(a) iċ-Ċentru tal-Yachting f’Ta’ Xbiex: il-mollijiet u l-
area tal-baħar tad-Daħla ta’ Lazzaretto ġewwa l-Port
ta’ Marsamxett, fil-Punent ta’ dawn il-koordinati:
Lat  35°  54' .22 N (Manoel Island)
Long 14°  30' .08 E
Lat 35°  54' .17 N (Daħla ta’ Lazzarett)
Long 14°  30' .03 E
Lat 35°  54' .08 N (Ta’ Xbiex)
Long 14°  30' .06 E
u fil-Lvant ta’ dawn il-koordinati:
Lat 35°  54' .90 N
Long 14°  .29' 78 E (Gżira)
Lat 35°  54' .12 N
Long 14°  .29' .92 E;
(b) Iċ-Ċentru tal-Yachting fl-Imsida: il-mollijiet, pontoons
u l-area tal-baħar fid-Daħla ta’ l-lmsida ġewwa l-Port
2 L.S.352.10 ĊENTRI TA’ YACHTING
ta’ Marsamxett fil-Punent ta’ dawn il-koordinati: 
Lat 35°  53' .91 N (Ponta ta’ Msida)
Long 14°  30' .05 E
Lat 35°  53' .84 N (Pietà )
Long 14°  30' .05 E
u fit-Tramuntana ta’ dawn il-koordinati:
Lat 35°  53' .84 N (Pietà  Point)
Long 14°  29' .89 E
Lat 35°  53' .84 N (Pietà  Creek)
Long 14°  30' .05 E
(ċ) Iċ-Ċentru tal-Yachting f’tas-Sliema: il-parti tal-Grigal
tad-Daħla ta’ Tas-Sliema ġewwa l-Port ta’ Marsamxett
bil-ħitan tal-moll bejn iż-żewġ pożizzjonijiet
koordinati li ġejjin u l-area tal-baħar sittin metru
minnhom:
Lat 35°  54' .58 N (Sliema)
Long 14°  30' .38 E
Lat 35°  54' 48 N (Tignè )
Long 14°  30' 58 E
(d) Iċ-Ċentru tal-Yachting fl-Imġarr, Għawdex: il-
mollijiet, pontoons u area tal-baħar magħluqa bejn
dawn il-koordinati:
Lat 36°  01' .63 N (North Break Water)
Long 14°  18' .15 E
Lat 36°  01' .64 N (Mġarr Harbour)
Long 14°  18' .02 E
Lat 36°  01' .53 N (Mġarr Harbour)
Long 14°  17' .90 E
Lat 36°  01' .52 N (Landing place)
Long 14°  17' .92 E
(e) Iċ-Ċentru tal-Yachting fil-Birgu: il-moll tal-Birgu u l-
area tal-baħar magħluqa bejn dawn il-koordinati:
Latitudini Lonġitudini
A 35 deg 53'.30 N 14 deg 31'.25 E
B 35 deg 53'.31 N 14 deg 31'.28 E
C 35 deg 53'.48 N 14 deg 31'.13 E
D 35 deg 53'.50 N 14 deg 31'.19 E.
Il-pożizzjonijiet kolha li jidhru hawn fuq huma fuq
European Datum.
Yachts f’ċentru ta’ 
yachting huma 
suġġetti għar-
regolamenti.
4. Il-yachts li jirmiġġaw u li jużaw il-faċilitajiet ta’ ċentru ta’
yachting għandhom jagħmlu hekk skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
ĊENTRI TA’ YACHTING ġ L.S.352.10 3
Bastimenti 
mħollija jużaw 
ċentru ta’ yachting.
5. Ebda bastiment li ma jkunx yacht ma jista’ jirmiġġa fi jew
juża l-faċilitajiet ta’ ċentru ta’ yachting jekk ma jkunx awtorizzat
b’mod speċjali li jagħmel hekk mid-Direttur Eżekuttiv u, f’xi każ
bħal dan, id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandhom
japplikaw għal dak il-bastiment bħallikieku kien yacht.
Il-yachts 
għandhom 
jirmiġġaw kif 
ordnat.
6. (1) Il-yachts għandhom jirmiġġaw jew jankraw jew jibdlu
l-irmiġġ f’ċentru ta’ yachting kif, fejn u meta ordnati mid-Direttur
Eżekuttiv. 
(2) Il-kaptan ta’ yacht għandu jkun responsabbli biex jiżgura li
l-yacht huwa irmiġġat b’mod żgur u xieraq f’kull żmien meta jkun
irmiġġat jew ankrat f’ċentru ta’ yachting.
(3) Fl-assenza tal-kaptan ta’ yacht, id-Direttur Eżekuttiv ikollu
d-dritt li jaġġusta jew ibiddel il-pożizzjoni tal-yacht jew li jċaqalqu
għal xi irmiġġ jew ankraġġ ieħor għar-riskju u għas-spejjeż tas-sid
tal-yacht.
Ċaqliq minn 
irmiġġ għal irmiġġ 
għandu jkun 
awtorizzat.
7. Ebda yacht ma għandu jiġi mċaqlaq minn irmiġġ wieħed
għall-ieħor ġewwa ċentru ta’ yachting mingħajr l-awtorizzazzjoni
minn qabel tad-Direttur Eżekuttiv.
Assenza minn 
ċentru ta’ yachting 
għal żmien ta’ 
iżjed minn erbgħa 
u għoxrin siegħa.
8. Yacht li jħalli l-irmiġġ tiegħu għal żmien ta’ iżjed minn
erbgħa u għoxrin siegħa għandu jitlef id-dritt ta’ dak l-irmiġġ jekk
id-Direttur Eżekuttiv, wara avviż minn qabel ta’ assenza minn
ċentru ta’ yachting, ma jordnax xort’oħra.
Responsabbiltà  u 
obbligu tas-sidien, 
kaptani, eċċ.
9. Is-sid u l-kaptan ta’ yacht ikunu fiż-żminijiet kollha
responsabbli għas-sigurtà  tal-yacht u jkunu responsabbli in solidum
għal kull ħsara kaġunata mill-yacht lil ċentru tal-yachting jew lill-
faċilitajiet tiegħu.
Żibel.
żibel ieħor fl-ibħra ta’ ċentru tal-yachting.
Il-mollijiet ma 
għandhomx jiġu 
ingumbrati.
11. Ħadd ma għandu jiddepożita fuq il-moll xi inġenji tal-
baħar, ħażniet provvisti jew materjal ieħor, jew b’xi mod jingombra
l-moll jew mollijiet li jwasslu għalih:
Iżda d-Direttur Eżekuttiv jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jippermetti li inġenji, ħażniet u provvisti għall-yachts jinżammu
fuq moll għal perijodu ta’ żmien limitat sakemm isir il-ħlas ta’ dritt
indikat fl-Iskeda għal inġenji li jkunu hekk awtorizzati li jinżammu
fuq moll:
Iżda iktar illi s-sidien ta’ kull inġenji li jkunu mqegħdin fuq
il-moll mingħajr l-awtorità  tad-Direttur Eżekuttiv għandhom
awtomatikament iħallsu ħames liri għal kull metru tul jew parti
minnu tat-tul sħiħ għal kull ġimgħa jew parti minnha mingħajr
preġudizzju għal kull azzjoni oħra li tista’ tittieħed skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Tenders.
iżda b’dak il-mod biss kif id-Direttur Eżekuttiv jista’ jordna fid-
diskrezzjoni tiegħu:
Iżda t-tenders ma għandhomx jingumbraw id-dritt ta’
4 L.S.352.10 ĊENTRI TA’ YACHTING
passaġġ lejn jew minn jew fuq moll jew pontoon, jew ikunu b’xi
mod kawża ta’ periklu.
Inġenji tal-baħar 
imgħarqa 
għandhom 
jitneħħew mis-sid.
13. Kull inġenji tal-baħar jew oġġett ieħor li jista’ jegħreq
f’ċentru ta’ yachting għandu jitneħħa mis-sid:
Iżda, jekk is-sid jonqos milli jneħħi xi inġenji tal-baħar jew
oġġett ieħor tali fi żmien meqjus raġonevoli mid-Direttur
Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jneħħih għar-riskju u spejjeż
tas-sid.
Użu ta’ makni. 14. Jekk mhux bil-permess tad-Direttur Eżekuttiv jew għad-
dħul ġewwa jew għall-ħruġ minn ċentru ta’ yachting, ebda makna
awżiljari jew prinċipali ma tista’ tintuża ħlief bejn is-sigħat 0800 u
1300 u bejn is-sigħat 1600 u 1930:
Iżda d-Direttur Eżekuttiv jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jipprojbixxi f’xi każ partikolari l-użu ta’ kull makna tali f’kull
żmien għal kull raġuni tkun li tkun.
Limiti ta’ veloċità  
ġewwa ċentri ta’ 
yachting.
L.S.352.15
15. B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tar-regolament 25
tar-Regolamenti dwar Bastimenti Żgħar, ħadd ma għandu jġiegħel
jew jippermetti xi inġenji tal-baħar jimxi b’veloċità  ta’ iżjed minn
ħames knots ġewwa ċentru ta’ yachting.
Avviż dwar tluq. 16. Is-sidien u l-kaptani ta’ yachts li relattivament għalihom
ikunu dovuti xi drittijiet, ħlasijiet jew rati għandhom javżaw lid-
Direttur Eżekuttiv dwar il-ħsieb tagħhom li jitilqu miċ-ċentru ta’
yachting mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-ħin
mistenni tat-tluq:
Iżda dak l-avviż ma għandux jitqies li jkun issodisfa d-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi jew regolament ieħor relattivi għall-
ħelsien ’il barra ta’ bastimenti.
Id-Direttur 
Eżekuttiv mhux 
responsabbli għal 
telf jew ħsara lil 
yachts.
17. Id-Direttur Eżekuttiv ma’ jkunux responsabbli għal xi telf
ta’ jew ħsara lil xi yacht, il-mobbli, ħażniet, makkinarju jew
tagħmir tiegħu li tiġri għal xi raġuni tkun li tkun waqt li l-yacht
ikun f’ċentru ta’ yachting.
Prenotazzjonijiet. 18. (1) L-ispazju ta’ rmiġġ jew ankraġġ f’ċentru ta’ yachting
jista’ jiġi riservat mid-Direttur Eżekuttiv għal kull yacht fuq talba
ta’ sidu jew tal-kaptan tiegħu u wara l-ħlas ta’ dritt ta’
prenotazzjoni li jkun daqs id-dritt għal irmiġġ għal ġimgħa. Dan id-
dritt ma għandux jingħata lura taħt ebda ċirkostanza.
(2) Meta xi spazju tali ma jittieħidx mill-yacht li għalih ikun
riservat fi żmien sebat ijiem mid-data li minnha kellha tibda l-
prenotazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jallokah mill-ġdid lil
yachts oħra:
Iżda, f’kull każ ta’ force majeure pruvat, id-Direttur
Eżekuttiv jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jestendi l-imsemmi
perijodu ta’ sebat ijiem kif jidhirlu xieraq.
Kustodja ta’ 
yachts.
19. Il-yachts għandhom ikunu f’kull ħin taħt il-kustodja ta’
kaptan jew ta’ persuna jew persuni oħra awtorizzati kif imiss biex
jieħdu r-responsabbiltà  kollha tal-yacht:
ĊENTRI TA’ YACHTING ġ L.S.352.10 5
Iżda s-sid jew il-kaptan, kif ikun il-każ, ta’ kull yacht
għandu jissottometti lid-Direttur Eżekuttiv l-isem u l-indirizz
f’Malta tal-persuna jew persuni awtorizzati biex jieħdu l-kustodja
tal-yacht qabel ma din il-kustodja tittieħed minn xi persuna jew
persuni bħal dawn.
Dritt għal irmiġġ.
kull yacht li jirmiġġa jew jankra f’ċentru ta’ yachting dritt kif
speċifikat fl-Iskeda.
Pieni.
regolamenti jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mhux iżjed minn mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien,
u, fil-każ ta’ reat kontinwat, huwa jista’ jeħel barra minn dan piena
addizzjonali ta’ mhux aktar minn ħames liri għal kull ġurnata li
matulha jdum dan il-ksur.
6 L.S.352.10 ĊENTRI TA’ YACHTING
1. Drittijiet li jitħallsu għal inġenji li jkunu debitament awtorizzati li jinżammu
fuq mollijiet għal kull metru tul jew parti minnu tat-tul sħiħ, għal kull ġimgħa jew
parti minnha:
(a) għall-ewwel tliet ġimgħat - Lm1
(b) wara dan iż-żmien sat-tneħħija - Lm5
2. Drittijiet li jitħallsu għall-irmiġġ jew ankraġġi f’ċentru ta’ yachting dwar
kull yacht, għal dak iż-żmien li jidher taħt il-kolonna rispettiva:
Noti
(A) Kategorija 1 - Bid-dazju mħallas jew mibbijin f’Malta - jieħdu skont ta’
25%
Kategorija 2 - Reġistrati Malta - jieħdu skont ta’ 15%
Kategorija 3 - Oħrajn
(B) Yachts ta’ qies A sa G jingħataw irmiġġ fuq il-pontoons. Id-dritijiet li
jitħallsu għall-irmiġġ jinkludu l-ħlas għad-dawl u l-ilma.
(Ċ) Yachts ta’ qies H jingħataw irmiġġ fuq moll li l-ħlas għall-ilma u l-elettriku
jitħallsu skond il-konsum. Ir-rati li jidhru hawn fuq għal qies H jitħallsu għal kull
metru jew parti ta’ metru.
(D) Fejn yacht ta’ qies A sa G jingħata irmiġġ fuq moll-bl-arloġġi, jitnaqqaslu 7
ċenteżmi għal kull metru tul għal kull ġimgħa.
(E) Fl-irmiġġi ta’ fuq il-pontoons sew filwaqt ta’ kuntratt annwali, tas-sajf jew
tax-xitwa r-rati jiżdiedu bi 30% meta jkunu jintużaw biex joqgħodu fihom.
(F) Il-kuntratt tax-xitwa jkopri il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ April
waqt li l-kuntratt tas-sajf ikopri il-perjodu mill-1 ta’ Mejju sal-30 ta’ Settembru.
(G) Ir-rati fuq il-mollijiet mingħajr servizzi jitnaqqsu bi 30%.
(H) Multihulls iħallsu darba u nofs tar-rati normali (150%).
3. Drittijiet li jitħallsu għal sena applikabbli għal opri tal-baħar reġistrati bħala
sajjieda full-time jew part-time jew sport boats żgħar, meta dawn jirmiġġaw fuq
pontoons, mollijiet jew ktajjen ġewwa ċentru tal-yachting:
Emendata:
A.L. 100 ta’ l-1992;
A.L. 204 ta’ l-1997.
SKEDA
Regolamenti 11 u 20
QIES GĦAL 
SENA
SAJF XITWA XHAR FIS-
SAJF
XHAR FIX-
XITWA
ĦMISTAX
FIS-SAJF
ĦMISTAX 
FIX-
XITWA
ĠIMGĦA
FIS-SAJF
ĠIMGĦA 
FIX-
XITWA
JUM FIS-
SAJF
JUM FIX-
XITWA
METRU 
TUL
Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm
A <8 324 258 207 63 50 42 34 25 21 4.00 3.25
B >8-9 388 293 236 71 57 46 37 29 23 4.50 3.75
Ċ >9-10 428 323 259 78 63 52 42 32 26 5.25 4.25
D >10-12 512 387 310 94 75 63 50 39 31 6.25 5.00
E >12-14 604 456 366 110 88 73 58 46 37 7.50 6.00
F >14-16 706 534 428 130 104 86 68 53 43 9.25 7.50
G >16-18 832 629 504 152 122 102 81 64 51 11.00 8.75
H >18 42 32 25 7.50 6 5 4 3.20 2.50 0.75 0.60
kull metru
ĊENTRI TA’ YACHTING ġ L.S.352.10 7
Titħallas is-somma nominali ta’ Lm5 meta l-irmiġġ ikun ma xi moll jew fuq
katina.
Klassi Wisgħa Sajjieda Full-time Sajjieda Part-time
fuq il-Pontoons
Sport Boats
fuq il-Pontoons
Lm Lm
A sa 1.52m 5 5
B 1.53m sa 1.85m 7 5
Ċ 1.86m sa 2.44m 9 10
D 2.45m sa 3.05m 11 20
E 3.06m sa 3.96m 13 30
F 3.97m sa 4.88m 15 40
