IRMIĠĠAR TA’ BASTIMENTI ŻGĦAR U DGĦAJJES ġ L.S.352.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.11
REGOLAMENTI DWAR L-IRMIĠĠAR TA’ 
BASTIMENTI ŻGĦAR U DGĦAJJES
1 ta’ Mejju, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 69 ta’ l-1993.
Titolu.
Irmiġġar ta’ Bastimenti Żgħar u Dgħajjes.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"bagi ta’ l-irmiġġ" huma bagi li huma meqjusin bħala adatti biex
jintużaw fuq irmiġġi għall-bastimenti żgħar u dgħajjes mid-Direttur
Eżekuttiv tad-Direttorat taċ-Ċentri ta’ Yachting ta’ l-Awtorità
Marittima ta’ Malta;
"pjanta ta’ l-irmiġġar" hija pjanta organizzata tat-tqassim ta’ l-
irmiġġi għal bastimenti żgħar u ta’ kull port, daħla tal-baħar jew
bajja, fuq ktajjen imqiegħda mill-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Direttur Eżekuttiv" huwa d-Direttur Eżekuttiv responsabbli
għaċ-Ċentri ta’ Yachting;
"permess għal irmiġġ temporanju" huwa l-permess li d-Direttur
Eżekuttiv tad-Direttorat taċ-Ċentri ta’ Yachting ta’ l-Awtorità
Marittima ta’ Malta jista’ jagħti lis-sid ta’ bastiment żgħir jew
dgħajsa jew lir-rappreżentant tas-sid b’risposta għat-talba tiegħu:
iżda l-kondizzjonijiet imniżżla fil-permess jistgħu ivarjaw skond
kull talba.
Użu ta’ l-irmiġġ 
fil-port.
3. Ebda persuna ma tista’ tqiegħed jew tuża irmiġġ f’xi port
mingħajr il-permess tad-Direttur Eżekuttiv.
Tqegħid ta’ l-
irmiġġ mis-sid.
4. Meta s-sid ta’ bastiment żgħir jew dgħajsa, jew ir-
rappreżentant tiegħu, jingħata permess għal irmiġġ, huwa għandu
jqiegħed jew ikun qiegħed dak l-irmiġġ li jkun meqjus bħala adatt
għall-bastiment żgħir jew dgħajsa in kwistjoni u li ma jkunx ta’
periklu ghal inġenji oħra fil-viċinanza. Barra minn hekk, is-sid jew
ir-rappreżentant tiegħu għandhom jużaw biss bagi ta’ l-irmiġġ li
huma aċċettabbli mid-Direttur Eżekuttiv. Il-mażżra u l-apparat ta’
l-irmiġġ li għandhom jintużaw għandhom ikunu tat-tip approvat
mid-Direttur Eżekuttiv.
Drittijiet.
sena kalendarja.
In-numru tar-
reġistrazzjoni 
għandu jintwera.
6. Kull irmiġġ għandu jkollu baga ta’ l-irmiġġ bin-numru tar-
reġistrazzjoni uffiċċjali muri b’mod li jista’ jinqara. In-numru tar-
reġistrazzjoni uffiċjali għandu wkoll jiġi miżbugħ b’mod li jkun
jista’ jinqara fuq kull tinda wżata biex tgħatti l-bastiment żgħir.
Kondizzjonijiet 
dwar l-
applikazzjoni.
Kap. 352.
7. Ebda applikazzjoni ma tiġi aċċettata kemm-il darba l-
inġenji ma jkunux reġistrati kif imiss skond l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta u kull liġijiet u regolamenti oħra li joħorġu
minnu u jekk ma jkunux ġew imħallsa d-drittiliet rilevanti.
2 L.S.352.11 ħ IRMIĠĠAR TA’ BASTIMENTI ŻGĦAR U DGĦAJJES
Sospensjoni ta’ 
permess għal 
irmiġġ temporanju.
8. (1) Jekk ir-reġistrazzjoni, ir-reġistrazzjoni mill-ġdid, u,
jew il-liċenza ta’ bastiment żgħir jew dgħajsa tiġi sospiża jew
imħassra, dak il-bastiment żgħir jew dgħajsa ikollhom il-permess
għal irmiġġ temporanju sospiż jew imħassar skond il-każ.
F’każijiet bħal dawn is-sid ma jkollu ebda jedd għar-rifużjoni ta’ xi
parti mid-drittijiet għall-irmiġġ imħallsa.
(2) Jekk il-permess għal irmiġġ temporanju jiġi sospiż jew
imħassar skond is-subregolament (1), iżda s-sid jew rappreżentant
tiegħu jirrifjuta li jneħħi l-irmiġġ, id-Direttur Eżekuttiv ikollu s-
setgħa li jneħħi l-irmiġġ għar-riskju u bi spejjeż tas-sid. Din it-
tneħħija tkun mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni legali li tista’
tittieħed.
L.S. 352.15
(3) Waqt li tkun isseħħ sospensjoni temporanja tar-
reġistrazzjoni u, jew tal-liċenza ta’ bastiment żgħir jew dgħajsa
skond ir-Regolamenti dwar Bastimenti Żgħar, id-Direttur Eżekuttiv
jista’ jassenja l-irmiġġ li jkun tbattal temporanjament lil sid ieħor.
Dan ta’ l-aħħar għandu jħallas parti mid-dritt għall-irmiġġ fi
proporzjon tal-perijodu ta’ validità  tal-permess li jkun għad baqa’.
Drittijiet dwar 
inġenji miksurin 
jew ta’ periklu.
L.S.352.01
9. Meta bastiment żgħir jew dgħajsa jegħrqu, jew li fl-
opinjoni tad-Direttur Eżekuttiv isiru ta’ periklu għall-bastimenti
jew dgħajjes l-oħra, is-sid jista’ jiġi mitlub biex iħallas id-drittijiet
stabbiliti fir-regolament 32(1) tar-Regolamenti dwar il-Portijiet.
F’kull każ, is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu ikunu obbligati li
jneħħu l-bastiment miksur jew id-dghajsa miksura.
Permess biex 
irmiġġ jintuża għal 
dgħajsa oħra.
10. (1) Sid li jbiegħ dgħajsa li jkollha permess għal irmiġġ
temporanju jista’ jitlob permess biex juża l-irmiġġ għal dgħajsa
oħra li huwa jista’ jkollu. Jekk il-permess jingħata huwa jkun jista’
jirmiġġa l-bastiment żgħir jew dgħajsa fuq l-istess irmiġġ sakemm
huwa jħallas id-drittijiet rilevanti għall-irmiġġ.
(2) Jekk l-irmiġġ imsemmi fis-subregolament (1) ikun jifforma
parti minn pjanta ta’ l-irmiġġ approvata mid-Direttur Eżekuttiv, is-
sid ikun jista’ jirmiġġa d-dgħajsa fuqu basta jingħata permess biex
jagħmel hekk mid-Direttur Eżekuttiv u jħallas id-drittijiet rilevanti
għall-irmiġġ. Il-permess ma jingħatax jekk id-dgħajsa ma tkunx ta’
l-istess kategorija ta’ dik mibjugħa.
IRMIĠĠAR TA’ BASTIMENTI ŻGĦAR U DGĦAJJES ġ L.S.352.11 3
SKEDA
Drittijiet li għandhom jitħallsu għall-inġenji awtorizzati kif imiss biex jiġu
rmiġġati fuq ktajjen ta’ l-irmiġġ (trots) fil-Bajja ta’ Spinola skond kull wisa’ muri:
Klassi Wisa’ Rati normali
(inklużi sajjieda 
part-time)
Sajjieda full-time
Lm fis sena
A sa 1.8 metri 15 10
B 1.81m sa 2.43 metri 20 10
Ċ 2.44m sa 2.7 metri 30 15
D ’il fuq minn 2.7 metri 40 20
