BASTIMENTI ŻGĦAR ġ L.S.352.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.15
REGOLAMENTI DWAR BASTIMENTI ŻGĦAR
1 ta’ Ġunju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 129 ta’ l-2001.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti
dwar Bastimenti Żgħar.
(2) (a) Dawn ir-regolamenti, ħlief ghar-regolament 29,
għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fl-1 ta' Ġunju, 2001.
(b) Ir-regolament 29 dwar biċċiet tal-baħar li jaħdmu bil-
mutur għandu jibda jseħħ, meta l-bastiment ikun
immexxi minn magna jew magni -
(i) b’qawwa ta’, jew iżjed minn, 100 H.P., fl-1 ta’
Settembru, 2001; u
(ii) ta’ qawwa ta’ mhux iżjed minn 100 H.P., f’dik
id-data li l-Ministru responsabbli ghat-trasport
jista’ jippreskrivi.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 352.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"bastiment żgħir" tfisser biċċa tal-baħar li ma tkunx itwal minn
24 metru u li unikament tintuża fin-navigazzjoni fl-ibħra ta’ Malta;
"bajja" tfisser kull bajja jew daħla li hemm imsemmija fit-
Taqsima I tat-Tieni Skeda;
"ċertifikat ta’ reġistrazzjoni" tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fir-
regolament 13;
"dgħajsa tal-pass" hija d-dgħajsa tradizzjonali Maltija li jkollha
liċenza biex iġġor passiġġieri bi ħlas ġewwa l-Port il-Kbir u l-Port
ta’ Marsamxett;
"dgħajsa tas-sajd" tfisser biċċa tal-baħar li tkun qegħda tintuża
għal, jew in konnessjoni mas-sajd għal ħut tal-baħar, minbarra
biċċa tal-baħar li tintuża jew tkun maħsuba li tintuża għas-sajd għal
xi għan iehor li mhux il-qligħ ta’ flus;
"Direttur Eżekuttiv" tfisser id-Direttur Eżekuttiv responsabbli
għaċ-Ċentri tal-Yachting, u tinkludi kull persuna awtorizzata minnu
bil-miktub biex taġixxi f’ismu;
"Port il-Kbir" tfisser l-ilmijiet magħluqa ’l ġewwa mil-linja li
tieħu mit-tarf ta’ barra tal-breakwater li hemm in-naħa tal-Forti
Sant’Iermu sat-tarf ta’ barra tal-breakwater fuq in-naħa tal-Forti
Ricasoli;
"Port ta’ Marsamxett" tinkludi l-ilmijiet mag’luqa ’l ġewwa mil-
linja li tieħu mill-Ponta ta' Sant’Iermu għall-Ponta ta’ Dragut;
"skijar fuq il-baħar" tfisser il-ġbid u ż-żerżieq ta’ persuna fuq
2 L.S.352.15 ħ BASTIMENTI ŻGĦAR
skis, jew xi tagħmir ieħor marbut ma’ speedboat u li jkun qiegħed
jiġri b’veloċità  ta’ skijar;
"speedboat" tfisser kull biċċa tal-baħar li titħaddem bil-mutur
jew bl-elettriku, ikun xi jkun il-mezz ta’ propulsjoni, u li tkun tista’
timxi fuq il-baħar b’veloċità  ta’ iżjed minn tnax-il knot; din
tinkludi watercraft u air cushioned craft personali;
"speedboat għall-kiri" tfisser speedboat li tingħata liċenza minn
post li għandu liċenza biex jikri speedboats, kemm biex jintużaw
bħala inġenji għall-ġbid warajha għal istruzzjonijiet jew faċilitajiet
ta’ skijar fuq il-baħar, kemm biex tiġi misjuqa għall-gost ta’ tbaħħir
mingħajr ma tiġbed warajha la min ikun qiegħed jitgħallem lanqas
min ikun jaf jiskija sew, u kemm jekk tkun qegħda tiġi misjuqa
mid-detentur tal-liċenza tal-post li għandu liċenza jew minn xi
persuna impjegata għal dak l-iskop minn dak id-detentur jew minn
persuna li tkun qed tikri dik l-istess speedboat skond ir-regolament
36;
"spettur" tfisser sew surveyor sew xi uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità
awtorizzat li jispezzjona dgħajsa jew bastiment;
"surveyor" tfisser kull min jiġi hekk maħtur mill-Ministru
responsabbli għat-trasport u affarijiet marittimi biex jagħmel
surveys fuq bastimenti;
"tul" tfisser id-distanza bejn il-quddiem ta’ l-aktar parti mwaħħla
’il quddiem ta’ l-istruttura permanenti u l-warrani ta’ l-aktar parti
mwaħħla lura ta’ l-istruttura permanenti;
"veloċità  ta’ skijar" tfisser sewqan li jaqbeż l-għaxar knots.
Reġistrazzjoni ta’ 
bastimenti żgħar.
Kap. 234.
Kap. 425.
3. (1) L-ebda bastiment żgħir ma għandu jintuża fl-ibħra
interni u territorjali ta’ Malta kemm-il darba dak il-bastiment ma
jkunx reġistrat mad-Direttur Eżekuttiv taħt dawn ir-regolamenti
jew kemm-il darba dak il-bastiment ma jkunx reġistrat taħt l-Att
dwar il-Bastimenti Merkantili, jew taħt l-Att dwar il-
Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd jew kemm-il darba
dak il-bastiment ma jkunx reġistrat jew dokumentat għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  taħt il-liġi ta’ xi pajjiz ieħor li mhux
Malta.
(2) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jżomm reġistru ta’ bastimenti
żgħar li għalihom japplikaw dawn ir-regolamenti, u kull funzjoni li
tirrigwarda r-reġistru li għandha ssir mid-Direttur Eżekuttiv tista’
ssir minn persuni maħtura mill-Awtorità  hekk kif jistgħu jiġu
awtorizzati mid-Direttur Eżekuttiv għaldaqshekk.
(3) Is-sid jew l-importatur ta’ bastiment importat għandu
jipproduċi għas-sodisfazzjon tad-Direttur Eżekuttiv dokumenti
ċertifikati bħala prova li huwa s-sid tal-bastiment u l-magni tiegħu.
Jenħtieġ ċertifikat ta’ min ikun bena l-bastiment fil-każ ta’
bastiment li jkun għadu kemm ġie mibni ġdid.
Apparat ta’ 
salvataġġ.
4. L-ebda bastiment ma għandu jiġi reġistrat kemm-il darba
ma jkunx mgħammar b’dak l-apparat ta’ salvataġġ kif jista’ jkun
meħtieġ mid-Direttur Eżekuttiv minn żmien għal żmien.
Reġistrazzjoni ta’ 
speedboats.
5. Ebda speedboat ma tkun eliġibbli biex tiġi reġistrata
kemm-il darba ma tkunx konformi mar-regolament 4 u ma jkunx
BASTIMENTI ŻGĦAR ġ L.S.352.15 3
hemm fis-seħħ għal tali speedboat polza ta’ l-assigurazzjoni għal
dak l-ammont li jiġi approvat mill-Awtorità  bħala li jindennizza lil
dik il-persuna, persuni jew klassijiet ta’ persuni hekk kif jista’ jiġi
awtorizzat u kopert mill-polza ghal kull responsabbiltà  li jista’
jkollha jew ikollhom, minħabba f’mewt jew feriment tal-persuna
jew ħsara fil-proprjetà  ta’ terzi kaġunati minn speedboat jew mill-
użu tagħha.
Apllikazzjoni għar-
reġistrazzjoni.
6. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment għandu
jkollha dik l-informazzjoni u dawk id-dettalji kif jistgħu jiġu
mitluba mid-Direttur Eżekuttiv, u għandha tkun iffirmata, fil-każ
ta’ individwi, minn persuna li tkun għalqet tmintax il-sena li tkun
qed titlob li tiġi reġistrata bħala sid, jew minn wieħed jew iktar
mill-persuni li jkunu qed jitolbu li jiġu reġistrati jekk ikunu aktar
minn wieħed, jew mill-aġent tiegħu jew tagħhom, u fil-każ ta’
korpi magħquda mill-aġent tagħhom; u l-awtorità  ta’ l-aġent trid
tkun iffirmata minn xhud, jekk appuntat minn individwi bil-firma
ta’ min ikun qiegħed jaħtar, u, jekk appuntat minn xi korp magħqud
bil-firma ta’ persuna jew persuni awtorizzati li jawtentikaw
dokumenti ta’ dak il-korp magħqud.
Dettalji dwar 
bastiment żgħir.
7. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha ssir bil-miktub
u trid turi dawk id-dettalji dwar il-bastiment u s-sidien tiegħu li
juru li l-bastiment huwa wieħed li għalih japplikaw dawn ir-
regolamenti, u dawn id-dettalji li ġejjin:
(a) deskrizzjoni tal-bastiment;
(b) it-tul u l-wisa’ tal-bastiment;
(ċ) l-isem u l-indirizz ta’ kull sid tal-bastiment; u
(d) kull informazzjoni u provi supplimentari oħra dwar il-
bastiment u l-proprjetà  tiegħu hekk kif id-Direttur
Eżekuttiv jista’ jitlob biex jiddeċiedi jekk il-bastiment
jistax jiġi reġistrat kif suppost.
Reġistrazzjoni ta’ 
bastiment żgħir.
8. Meta jirċievi applikazzjoni għar-reġistazzjoni u wara li
jkun sodisfatt li l-bastiment jista’ jiġi reġistrat kif suppost, id-
Direttur Eżekuttiv għandu jirreġistra l-bastiment.
Survey ta’ 
bastiment żgħir.
9. Id-Direttur Eżekuttiv jista’, f’kull waqt u taħt kull
kondizzjoni li jidhirlu, jordna li jsir survey minn surveyor u li jkun
iċċertifikat it-tunnellaġġ għas-sodisfazzjon tiegħu. Iċ-ċertifikat tas-
survey għandu jingħata lid-Direttur Eżekuttiv.
Tibdil fuq 
bastiment żgħir.
10. L-ebda tibdil fil-buq ta’ bastiment reġistrat jew stallazzjoni
jew rimpjazzar f’xi waħda jew aktar mill-magni tiegħu ma jista’ jsir
mingħajr il-permess bil-miktub mogħti bil-quddiem mid-Direttur
Eżekuttiv, li jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jordna li jsir survey minn
surveyor ta’ bastiment biex jiċċertifika jekk il-bastiment, kif
mibdul, ikunx għadu tajjeb biex ibaħħar.
Dikjarazzjoni 
falza.
11. Jekk applikant fl-applikazzjoni tiegħu biex jirreġistra jew
ibiddel xi parti minn bastiment taħt dawn ir-regolamenti jagħmel
dikjarazzjoni falza, l-applikazzjoni tiegħu tiġi miċħuda. Jekk id-
dikjarazzjoni falza tinkixef wara li l-bastiment jiġi reġistrat, dik ir-
reġistrazzjoni għa1daqshekk ma tkunx tgħodd.
Drittijiet għar-
reġistrazzjoni.
12. (1) Mar-reġistrazzjoni ta’ bastiment taħt dawn ir-
regolamenti għandu jinġabar id-dritt dovut ma’ l-ewwel
4 L.S.352.15 ħ BASTIMENTI ŻGĦAR
reġistrazzjoni kif ukoll id-dritt ta’ kull sena kif jidher fl-Ewwel
Skeda. Fil-każ ta’ xi tibdil fil-buq jew fil-magni, id-dritt
applikabbli jitħallas pro rata skond l-imsemmija Skeda mid-data
meta jiġi reġistrat dan it-tibdil.
(2) Id-dritt dovut ma’ l-ewwel reġistrazzjoni u d-dritt ta’ kull
sena għal sena waħda għandhom jitħallsu qabel ma l-bastiment jiġi
reġistrat, u ma għandu jinħareġ ebda ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
għal xi bastiment jekk ma jkunux qabel tħallsu d-drittijiet relattivi
għal dak il-bastiment. Wara dan, id-dritt ta’ kull sena jsir dovut
f’għeluq is-sena mill-ewwel reġistrazzjoni.
(3) Id-Direttur Eżekuttiv għandu l-jedd jitlob il-ħlas ta’ kull
dritt, ħlas jew penali dovuti b’lura lill-Awtorità  qabel ma jdaħħal xi
transazzjoni fir-reġistru ta’ bastiment jew qabel ma jagħti xi
servizzi li jkollhom x’jaqsmu ma’ dak il-bastiment.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
13. (1) Meta bastiment jiġi reġistrat, id-Direttur Eżekuttiv
għandu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa, jaghti lill-
persuna reġistrata bħa1a sid il-bastiment ċertifikat li jkun jinkludi
d-dettalji mdaħħla fir-reġistru.
(2) Id-Direttur Eżekuttiv jista’, kulmeta jkun jidhirlu li jkun
hekk meħtieġ jew xieraq li hekk jagħmel biex jagħti seħħ lil dawn
ir-regolamenti, jew sabiex jiġu aġġornati jew xort’oħra jitranġaw xi
dettalji li jidhru fir-reġistru, jemenda r-reġistru u joħroġ ċertifikat
ta’ reġistrazzjoni mibdul.
(3) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, ghalkemm dan jista’ jingħalaq
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u sakemm ma
jkunx jgħid mod ieħor fuq id-dokument innifsu, għandu jinħareġ
għal perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni:
Iżda d-Direttur Eżekuttiv jista’, fi żmien xahar qabel ma
jiskadi dak iċ-ċertifikat u mal-ħlas tad-dritt ta’ kull sena minn sid
il-bastiment u sakemm ma jkun hemm ebda tibdil fid-dettalji dwar
il-bastiment, joħroġ ċertifikat ta’ tiġdid fil-forma preskritta.
X’jiġri jekk 
ċertifikat jintilef 
jew jinqered.
14. Ma għandu jinħareġ ebda ċertifikat, ħlief fil-każ li
ċertifikat jintilef jew jinqered, kemm-il darba ċertifikat li jkun
għand xi sid ma jingħatax lura, jew hekk kif jista’ jiġi deċiż fid-
diskrezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv.
Użu taċ-ċertifikat 
ta’ reġistrazzjoni.
15. Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jista’ jintuża biss għat-tbaħħir
leġittimu tal-bastiment u tali ċertifikat ma jistax jiġi miżmum
minħabba f’xi titolu jew interess ta’ terzi.
Tibdiliet fid-
dettalji ta’ 
ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
16. Kulmeta jkun hemm xi tibdil li bih xi dettalji minn dawk
imsemmija fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma jkunux għadhom
korretti dak it-tibdil għandu jidħol fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
ġdid tal-bastiment. Il-kaptan jew sid tal-bastiment għandu fi żmien
erbat ijiem, sabiex tkun tista’ ssir dik il-kontrosenjazzjoni mid-
Direttur Eżekuttiv, jikkonsenja ċ-ċertifikat lid-Direttur Eżekuttiv
sabiex jiġi mibdul ma’ wieħed ġdid.
Validità  ta’ 
ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
17. (1) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma jibqax aktar iseħħ:
(a) meta tiskadi d-data ta’ validità  tiegħu;
(b) meta jiġi mibdul b’ċertifikat ieħor;
BASTIMENTI ŻGĦAR ġ L.S.352.15 5
(ċ) meta jingħalaq ir-reġistru:
Iżda jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun sodisfatt li r-raġuni li
għaliha ma ġiex imġedded iċ-ċertifikat tkun waħda ġustifikata,
huwa jista’ jawtorizza bil-miktub li ċ-ċertifikat jibqa’ jgħodd għal
tul ta’ żmien speċifiku.
(2) Meta ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma jibqax ikollu seħħ is-
sid jew il-kaptan għandu mill-ewwel jikkonsenja dan iċ-ċertifikat
lid-Direttur Eżekuttiv sa mhux aktar tard minn xahar minn meta
jiskadi.
Dritt għar-
reġistrazzjoni.
18. Meta d-Direttur Eżekuttiv jkun jidhir1u li jista’ jkun hemm
xi dubju dwar kemm bastiment għandu dritt jiġi hekk reġistrat jew
dwar l-informazzjoni li jkun qed jagħti l-applikant, huwa jista’
jitlob lill-persuna reġistrata bħala sid biex tixhed għas-sodisfazzjon
tiegħu li l-bastiment ikollu jedd li jiġi hekk reġistrat jew li l-
informazzjoni mogħtija tkun korretta, u dik ix-xiehda tista’ tinkludi
wkoll li l-bastiment jingħaja għal-spezzjoni f’post u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu hu. Jekk ix-xiehda meħtieġa ma tingħatax
għas-sodisfazzjon tad-Direttur Eżekuttiv, huwa jista’ jtemm ir-
reġistrazzjoni tal-bastiment.
Għeluq volontarju 
ta’ reġistrazzjoni.
19. Meta sid ta’ bastiment ikun jixtieq jagħlaq ir-reġistru tal-
bastiment huwa għandu japplika għaldaqstant għand id-Direttur
Eżekuttiv, fejn jagħti dawk id-dettalji u l-informazzjoni kollha li d-
Direttur jista’ jitlob għaldaqshekk.
Trasferiment ta’ 
bastiment.
20. (1) Meta persuna tkun miftehma li tbiegħ, tiskrappja jew
xort’oħra tiddisponi minn bastiment jew xi magni tiegħu, din
għandha fi żmien sebat ijiem tavża b’dan bil-miktub lid-Direttur
Eżekuttiv filwaqt li tagħti d-dettalji u l-informazzjoni dwar il-
persuna li magħha tkun ftehmet li tixtri l-bastiment jew xi waħda
mill-magni tiegħu, u ghandha wkoll tagħti ċ-ċertifikat ta’ reġistru
tagħha lid-Direttur Eżekuttiv.
(2) Applikazzjoni mis-sid il-ġdid biex jiġi reġistrat it-
trasferiment ta’ bastiment jew xi waħda mill-magni tiegħu,
għandha ssir lid-Direttur Eżekuttiv fi żmien sebat ijiem mix-xiri
jew trasferiment tiegħu.
Trasferiment jew 
bejgħ ta’ bastiment 
żgħir b’ordni tal-
qorti.
21. Fejn it-trasferiment jew bejgħ ta’ bastiment ikun ordnat
minn qorti, din l-ordni tal-qorti għandu jkun fiha dikjarazzjoni li
tvesti f’xi persuna imsemmija mill-qorti d-dritt li tittrasferixxi dak
il-bastiment, u dik il-persuna jkollha minn dak il-waqt id-dritt li
tittrasferixxi l-bastiment b’dak il-mod u daqslikieku hija kienet is-
sid reġistrat tiegħu; u r-rekwiżizzjoni tal-persuna hekk imsemmija
dwar trasferiment għandha titħares daqslikieku dik il-persuna
kienet is-sid reġistrat tiegħu.
Marki distintivi ta’ 
bastiment żgħir.
22. (1) Kull bastiment reġistrat taħt dawn ir-regolamenti
għandu jkollu numru u marka distintivi mogħtija lilu u murija ċar
ħafna fuq il-bastiment b’dak il-mod li d-Direttur Eżekuttiv jordna
skond il-klassi li lilha jkun jappartjeni l-bastiment. In-numru u l-
marka distintivi jkunu l-istess bħal dawk murija fiċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni.
Il-kajjikki u l-opri l-oħra tas-sajd għandu jkollhom dawk il-
6 L.S.352.15 ħ BASTIMENTI ŻGĦAR
marki u numri mogħtija lilhom mid-Dipartiment responsabbli għas-
sajd u l-akwakultura.
Id-dgħajjes tal-pass għandhom iġibu n-numru tagħhom
flimkien ma’ l-ittra "P" miżbugħin ċar ħafna bl-iswed fuq sfond ta’
strixxa bajda fuq kull ġenb taz-zokk tagħhom.
Speedboats u opri oħra tal-baħar mhux imsemmija fil-
paragrafi ta’ hawn aktar qabel għandhom iġibu l-ittra "S" flimkien
man-numru mogħti lilhom.
(2) Il-persuna reġistrata bħala sid tal-bastiment għandha
tiżgura li fi żmien tletin jum mid-data li fiha tkun bdiet isseħħ ir-
reġistrazzjoni ta’ dak il-bastiment, ikun hemm miżbugħ ċar jew
imwaħħal fuq xi wiċċ fuq barra tal-bastiment jew fuq xi parti oħra
tal-bastiment li tista' tiġi approvata mid-Direttur Eżekuttiv, in-
numru u l-marka tar-reġistrazzjoni relattivi, u li dawk il-marki
jinżammu f’kondizzjoni tajba u jiġġeddu kif ikun meħtieġ matul il-
perjodu ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment.
(3) Kemm-il darba d-Direttur Eżekuttiv ma jordnax xort’oħra -
(a) l-ittri u n-numri mogħtija lil kull bastiment għandhom
mill-inqas ikunu għoljin 15.24 ċentimetri u wesgħin
7.6 ċentimetri bi spazju bejn kull numru jew ittra ta’
mhux anqas minn żewġ ċentimetri; u
(b) l-opri ta’ sidien privati għandu jkollhom l-ittri u n-
numri tagħhom miżbugħin bl-iswed fuq sfond abjad,
filwaqt li dawk użati għall-kiri għandhom ikunu
miżbugħin bl-abjad fuq sfond iswed.
(4) Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jordna li s-sidien ta’ bastimenti
reġistrati taħt kategoriji taħt dawn ir-regolamenti għandhom juru n-
numru ta’ reġistrazzjoni tagħhom flimkien ma’ kull tabella ta’
identifikazzjoni li tinħareġ mill-Awtorità .
(5) Bastiment mingħajr ittri u numri ta’ reġistrazzjoni bħal
dawn lilu moghtija, jitqies daqslikieku kien bastiment mhux
reġistrat u d-Direttur Eżekuttiv jista’, sakemm il-bastiment ma jiġix
immarkat fi żmien erbat ijiem minn meta jingħata avviż, jordna li l-
bastiment jitneħħa u jittieħed fil-kustodja. Dak il-bastiment
jingħata biss lura wara li jitħallsu l-ispejjeż kollha li tkun għamlet
l-Awtorità  u wara li tinġieb prova dwar min ikun is-sid għas-
sodisfazzjon tad-Direttur Eżekuttiv.
Ċertifikat li 
bastiment tajjeb 
għall-baħar.
23. Kemm-il darba ma jkollux fil-pussess tiegħu ċertifikat
validu maħruġ minn soċjetà  li tagħmel il-klassifiki, is-sid ta’
bastiment li jintuża għal xi sengħa jew negozju għandu, flimkien
ma’ l-applikazzjoni tiegħu biex jirreġistra jew iġedded ir-
reġistrazzjoni, juri lid-Direttur Eżekuttiv ċertifikat li bastiment
tajjeb għall-baħar, kif maħruġ minn surveyor rikonoxxut li jkunu
jikkonferma li l-bastiment tajjeb għall-baħar u mħejji tajjeb biex
jintuża għal dik is-sengħa jew negozju speċifiċi.
Revoka 
jewsospensjoni ta’ 
reġistrazzjoni.
24. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jirrevoka jew jissospendi r-
reġistrazzjoni ta’ bastiment li jkun reġistrat taħt dawn ir-
regolamenti jekk is-sid tal-bastiment ikun kiser xi regolamenti jew
liġijiet li jkun obbligat li jobdi proprju għax ikun is-sid ta’
BASTIMENTI ŻGĦAR ġ L.S.352.15 7
bastiment reġistrat. Jekk ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment tkun
sospiża jew revokata, s-sid għandu fi żmien jumejn jiddepożita
għand id-Direttur Eżekuttiv iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u l-
pjanċi ta’ identifikazzjoni maħruġa mill-Awtorità .
Veloċità  f’portijiet 
u bajjiet.
25. Ebda persuna ma għandha ssuq, tħalli jew tippermetti li
tinsaq, xi speedboat jew xi opra oħra tal-baħar li titħaddem bil-
mutur, b’veloċità  ta’ iżjed minn għaxar knots -
(a) f’xi port, jew
(b) f’xi post ’l ġewwa minn 300 metru ’l bogħod mix-
xtajta ta’ xi bajja bir-ramel, jew
(ċ) f’xi post ’l ġewwa minn 200 metru ’l bogħod minn xi
parti oħra tax-xtajta:
Iżda persuna tista’ tiġi eżentata milli tosserva l-limiti ta’
veloċità  f’inħawi bħal dawk, f’dawk l-okkażjonijiet, għal dak it-tul
ta’ żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli
għall-portijiet jista’ jordna.
Veloċità  ġenerali.
regolamenti, ebda persuna ma għandha ssuq, tħalli jew tippermetti
li tinsaq xi speedboat jew xi opra oħra tal-baħar li titħaddem bil-
mutur b’veloċità  li, fiċ-ċirkostanzi partikolari, x’aktarx tkun ta’
periklu għall-ħajja jew tista’ tikkaġuna korriment jew twassal għal
xi kolliżjoni.
Projbizzjoni ta’ 
għawm.
27. (1) Ħadd ma jista’ jgħum f’area ’l hinn minn 20 metru
minn xi parti tat-tarf tal-baħar f’xi wieħed mill-portijiet speċifikati
fit-Taqsima II tat-Tieni Skeda.
(2) Ħadd ma jista’ jgħum minn fuq xi bastiment irmiġġat fil-
Port il-Kbir lejn il-Lbiċ ta’ linja li tiġbed mill-Ponta ta’ Sant’Anġlu
għall-Ponta ta’ l-Mgerbeb.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjoni tas-subregolament (2), ħadd
ma għandu jgħum ’il hinn minn 20 metru minn xi bastiment
irmiġġat fil-Port il-Kbir jew fil-Port ta’ Marsamxett.
Projbizzjoni ta’ 
skijar fuq il-baħar 
f’ċerti arei.
28. (1) Ma jista’ jsir ebda skijar fuq il-baħar sa 300 metru ’l
bogħod mix-xtajta ta’ xi bajja bir-ramel, jew sa 200 metru minn xi
parti oħra tax-xtajta, jew fl-inħawi ta’ dħul f’xi port hekk dikjarat
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att.
(2) Min jiskija għandu jitlaq b’veloċità  minn distanza ta’ mhux
inqas minn 300 metru mix-xtajta ta’ xi bajja bir-ramel, jew ta’
mhux inqas minn 200 metru minn xi parti oħra tax-xtajta u ’l
bogħod minn kull dgħajsa, nħawi ta’ dħul f’xi port, skal, post ta’
żbark jew irmiġġ.
Liċenza tal-baħar.
persuna biex jiskija fuq il-baħar kemm-il darba ma jkollux liċenza
tal-baħar maħruġa mill-Awtorità , u jkun kopert b’polza ta’ l-
assigurazzjoni għal dak l-ammont li jiġi approvat mill-Awtorità  li
jkun jindennizza lil dik il-persuna, dawk il-persuni jew klassijiet
ta’ persuni hekk kif jistgħu jiġu awtorizzati u koperti bil-polza
kontra kull responsabbiltà  li jistgħu ikollhom dawk il-persuni jew
klassijiet ta’ persuni għar-rigward ta’ xi mewt jew feriment ta’
8 L.S.352.15 ħ BASTIMENTI ŻGĦAR
persuna jew ħsara fil-proprjetà  ta' terzi kaġunati minn speedboat
jew mill-użu tagħha, jew taħt il-kondizzjonijiet speċifiċi stipulati
fir-regolament 36.
(2) L-Awtorità  ma għandhiex toħroġ liċenza bħal dik kemm-il
darba min japplika ma jkunx għalaq tmintax-il sena u jkun
kompetenti biex isuq speedboat.
(3) L-Awtorità  tista’ timponi ma’ ċertifikat bħal dak kull
kondizzjoni li tidhrilha xierqa.
Liċenza tal-baħar 
ta’ għalliem.
30. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ għalliem tas-sewqan ta’
speedboat jew ta’ l-iskijar fuq il-baħar kemm-il darba ma jkollux
liċenza tal-baħar maħruġa mill-Awtorità .
(2) L-Awtorità  ma għandhiex toħroġ liċenza tal-baħar bħal dik
kemm-il darba l-applikant ma jkollux tmintax-il sena u jkun
kompetenti jagħti dak it-tagħlim.
(3) L-Awtorità  tista’ timponi ma’ liċenza tal-baħar bħal dik
kull kondizzjoni li tidhrilha xierqa.
Forma ta’ liċenza 
tal-baħar.
31. Kull liċenza tal-baħar maħruġa mill-Awtorità  taħt ir-
regolament 29 jew 30 għandha tkun iffirmata mid-detentur ta’
liċenza u għandu jkollha fuqha ritratt ta’ dak id-detentur.
Skejjel ghall-
iskijar fuq il-baħar.
32. (1) Ħadd ma għandu jmexxi jew iħaddem skola tas-
sewqan ta’ speedboats jew ta’ l-skijar fuq il-baħar, jew jipprovdi
faċilitajiet għall-iskijar fuq il-baħar, jew jikri speedboats biex
isuqhom min jikrihom jew xort’oħra, kemm-il darba ma jkollux
liċenza relattiva mingħand l-Awtorità .
(2) L-Awtorità  ma għandhiex toħroġ liċenza bħal dik kemm-il
darba min japplika ma jkollux tmintax-il sena u jkun kompetenti li
jagħti dawk is-servizzi jew faċilitajiet.
(3) L-Awtorità  tista’ timponi ma’ kull liċenza bħal dik kull
kondizzjoni li jidhrilha xierqa.
(4) Kull liċenza maħruġa mill-imsemmija Awtorità  taħt dan ir-
regolament għandha turi fuqha n-numru tar-reġistrazzjoni ta’
speedboats li għalihom tkun tapplika l-liċenza.
(5) Kull liċenza bħal dik għandha titqiegħed f'post fejn tkun
tidher sew fil-fond użat bħala uffiċċju mid-detentur tal-liċenza.
X’ikun fiha 
applikazzjoni għal 
liċenza.
33. Applikazzjoni għal liċenza taħt dawn ir-regolamenti
għandha ssir fuq formula maħruġa għaldaqshekk mill-Awtorità  u
għandha tkun turi kull tagħrif li jista’ jkun meħtieg mill-Awtorità .
Revoka ta’ liċenza, 
eċċ.
34. (1) L-Awtorità  tista’ f’kull żmien mingħajr ma tagħti ebda
raġuni, tissospendi, tħassar jew tirrevoka kull liċenza qabel
mogħtija jew minnha mġedda taħt dawn ir-regolamenti.
(2) L-Awtorità  tista’ f’kull żmien ma tħallix xi speedboat jew
opra oħra tal-baħar tintuża jekk tali speedboat jew opra jitqiesu
minnha, fid-diskrezzjoni assoluta tagħha, li mhux tajbin għall-
baħar.
Għoti lura ta’ 
liċenza.
35. Persuna li taħt dawn ir-regolamenti jkollha l-liċenza tagħha
sospiża, mħassra jew revokata mill-Awtorità , għandha, fi żmien
BASTIMENTI ŻGĦAR ġ L.S.352.15 9
erbgħa u għoxrin siegħa minn dik is-sospensjoni, tħassir jew
revoka, tagħti lura l-liċenza tagħha lill-Awtorità .
Kiri ta’ 
speedboats.
36. (1) Ħadd ma jista’ b'ebda mod jikri lil xi persuna oħra xi
speedboat għal xi għan li jkun kemm-il darba n-numru ta’
reġistrazzjoni ta’ tali speedboat ma jkunx imniżżel fuq il-liċenza
tas-sid li jikri.
(2) Kull min ikollu liċenza biex jikri speedboats skond ir-
regolament 32 ma jista’ b’ebda mod jikri xi speedboat lil, jew
sabiex titħaddem minn persuna li jkollha inqas minn tmintax-il
sena.
(3) L-operaturi li jkollhom liċenza għandhom iwasslu l-
istruzzjonijiet dwar is-sigurtà  fit-tbaħħir b’mod konformi mar-
regolamenti eżistenti lil kull min jikri għalih xi biċċa tal-baħar
għall-kiri, u li ma jkollux liċenza tal-baħar valida.
(4) Iktar minn hekk, id-detentur ta’ liċenza għandu jagħti bil-
miktub lil min jikri għalih, u qabel ma jikri -
(a) kif speedboat jitħaddem sew;
(b) ir-regolamenti ta’ tbaħħir applikabbli għall-post
partikolari fejn tkun qed issir il-kirja;
(ċ) kull kortesija ordinarja fit-tħaddim ta’ speedboat fuq
il-baħar, u l-effett fuq l-ambjent u nies oħra li jużaw il-
baħar.
Tħaris ta’ ordnijiet, 
eċċ.
37. Id-detentur ta’ liċenza maħruġa taħt dawn ir-regolamenti
għandu jħares kull istruzzjoni, ordni jew direttiva maħruġa minn
żmien għal żmien mill-Awtorità  jew mid-Direttur Eżekuttiv dwar -
(a) li tiġi żgurata s-sigurtà  ta’ min jiskija u ta’ l-opri tal-
baħar;
(b) li tiġi evitata xi kolliżjoni fuq il-baħar jew li jingħata
fastidju bla ma jkun meħtieġ lil persuni oħra f’dik l-
area;
(ċ) ġeneralment, il-kontroll, limitazzjonijiet,
restrizzjonijiet u tħaddim jew għemil bla periklu ta’
skijar fuq il-baħar u tbaħħir.
Osservatur waqt l-
iskijar.
38. Ħadd ma għandu jsuq jew jinnaviga speedboat b’veloċità
ta’ skijar filwaqt li tiġbed persuna li tkun qed tiskija kemm-il darba
ma jkunx hemm fuq tali speedboat persuna oħra, li jkollha ’l fuq
minn tmintax-il sena, li toqghod għassa l-ħin kollu fuq min ikun
qed jiskija u tosservah.
Kiri ta’ 
speedboats.
39. Ħadd ma jista jikri speedboat ħlief mingħand persuna li
jkollha liċenza taħt ir-regolament 32.
Reġistru.
jżomm reġistru li juri t-taghrif li ġej:
(a) id-data, l-ħin tat-tluq u tal-wasla lura, ta’ kull
speedboat mikrija mingħandu, u
(b) l-isem u n-numru tal-liċenza tal-baħar tas-sewwieq ta’
tali speedboat, jew
10 L.S.352.15 ħ BASTIMENTI ŻGĦAR
(ċ) l-isem, l-indirizz u n-numru tal-liċenza tal-baħar tal-
persuna li tikri speedboat biex din tinsaq minn min
jikriha fejn dan ikun japplika.
(2) Kiri bħal dan għandu jsir biss lil persuni kif meħtieġ taħt ir-
regolament 36.
Tagħrif mis-sid ta’ 
speedboat.
41. Is-sid ta’ speedboat għandu, meta hekk jenħtieġ, jagħti lil
kull uffċċjal tal-pulizija jew uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità
dak it-tagħrif li jista’ jkun meħtieġ minnu sabiex jasal biex
jidentifika lill-persuna li kienet qed issuq jew tinnaviga speedboat
f’xi ħin partikolari.
Tnaqqis jew radd 
lura ta’ drittijiet.
42. Id-drittijiet li jitħallsu mar-reġistrazzjoni jew mat-tiġdid li
jsir kull sena ma huma suġġetti għal ebda tnaqqis jew radd lura
sakemm id-Direttur Eżekuttiv ma jordnax xort’oħra.
Penali. 43. Kull persuna li tonqos milli tosserva jew li tikser xi waħda
mid-disposizzjonijiet li jinsabu taħt dawn ir-regolamenti, jew tagħti
informazzjoni falza konnessa ma’ xi dikjarazzjoni mitluba taħt
dawn ir-regolamenti, jew li, meta tagħmel applikazzjoni lid-
Direttur Eżekuttiv taħt dawn ir-regolamenti tagħti informazzjoni
falza jew qarrieqa f’xi dettal partikolari, tkun ħatja ta’ reat taħt
dawn ir-regolamenti u tista’ teħel il-penali stipulati fit-Taqsima IX
ta’ l-Att.
BASTIMENTI ŻGĦAR ġ L.S.352.15 11
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 12)
1. Għar-reġistrazzjoni ta’ dgħajsa jew bastiment inklużi pleasure
boats:
(a) fejn il-bastiment ma għandux magni (meta jaqbeż 3.6 metri
tul) ...................................................................................... Lm 25
fejn il-bastiment għandu magna b’qawwa ta’ -
(b) mhux iżjed minn 10 H.P. ...................................................... Lm 25
(ċ) iżjed minn 10 H.P. iżda mhux iżjed minn 25 H.P. ................. Lm200
(d) iżjed minn 25 H.P. iżda mhux iżjed minn 50 H.P. ................. Lm250
(e) iżjed minn 50 H.P. iżda mhux iżjed minn 75 H.P. ................. Lm300
(f) iżjed minn 75 H.P. iżda mhux iżjed minn 150 H.P. ............... Lm325
(g) iżjed minn 150 H.P. ............................................................. Lm500
Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament "pleasure boat" tfisser dawk
l-opri li, minħabba fil-binja jew kostruzzjoni jew użu tagħhom, jitqiesu
bħala pleasure boat mid-Direttur Eżekuttiv.
Għall-ewwel reġistrazzjoni ta’ dgħajsa jew bastiment li ma
jkunux pleasure boat:
Dgħajjes tas-sajd reġistrati mid-Dipartiment responsabbli għas-
sajd u l-akwakultura ................................................................................ XEJN
2. Biex tiġġedded ir-reġistrazzjoni fis-sena, jew kif xort’oħra muri,
ta’ dgħajsa jew bastiment, inkluża pleasure boat:
(a) fejn il-bastiment ma għandux magni (meta jaqbez 3.6 metri
tul), kull ħames snin ............................................................ Lm 15
fejn il-bastiment għandu magna b’qawwa ta’ -
(b) mhux iżjed minn 10 H.P., kull ħames snin ............................ Lm 15
(ċ) iżjed minn 10 H.P. iżda mhux iżjed minn 25 H.P. ................. Lm 20
(d) iżjed minn 25 H.P. iżda mhux iżjed minn 50 H.P. ................. Lm 25
(e) iżjed minn 50 H.P. iżda mhux iżjed minn 75 H.P. ................. Lm 35
(f) iżjed minn 75 H.P. iżda mhux iżjed minn 150 H.P. ............... Lm 45
(g) iżjed minn 150 H.P. ............................................................. Lm 60
3. Għat-trasferiment tal-proprjetà , biex isir bdil fid-dettalji jew
jinħareġ ċertifikat duplikat (regolament 29) ............................................. Lm5
4. Biex tinħareġ liċenza tal-baħar biex tinsaq speedboat
(regolament 30) ...................................................................................... Lm10
5. Biex tinħareġ liċenza tal-baħar ta’ għalliem ta’ l-iskijar
(regolament 32) ...................................................................................... Lm30
6. Biex tinħareġ liċenza fis-sena biex titmexxa skola ta’ l-iskijar
jew post mnejn jinkrew speedboats:
(a) għat-tħaddim ta’ skijar u/jew paragliding ............................ Lm75
(b) għall-kiri ta’ biċċiet tal-baħar li jaħdmu bil-mutur ................ Lm75
(ċ) għall-kiri ta’ paddle boats, kenuri u biċċiet tal-baħar oħra li
m’għandhomx magni ........................................................... Lm25
7. Biex tinħareġ liċenza fis-sena għall-kiri ta’ speedboat jew biex
tintuża speedboat minn skola ta’ l-iskijar ................................................ Lm5
12 L.S.352.15 ħ BASTIMENTI ŻGĦAR
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 2)
TAQSIMA I
Portijiet
Malta
1. Il-Port il-Kbir
2. Il-Port ta’ Marsamxett
3. Dik il-parti tal-Bajja ta’ San Ġiljan lejn il-Punent ta’ linja miġbuda mill-
Hotel Cavalieri sad-daħla ta’ Triq il-Kulleġġ, San Ġiljan
4. Il-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan
5. Pretty Bay, Birżebbuġa
6. Il-Bajja ta' San Ġorġ, Birżebbuġa
Għawdex
1. Il-Bajja tax-Xlendi
2. Il-Bajja ta’ Marsalforn
3. Il-Port ta’ l-Mġarr
TAQSIMA II
Portijiet
1. Il-Port il-Kbir
2. Il-Port ta' Marsamxett
