BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.16
REGOLAMENTI DWAR IL-BASTIMENTI 
KUMMERĊJALI
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 284 ta’ l-2002.
Preliminari
Titolu.
dwar il-Bastimenti Kummerċjali.
(2) Il-Kodiċi ta’ Prattika għas-Sigurtà  ta’ Bastimenti
Kummerċjali għandu jifforma parti minn dawn ir-regolamenti u
jkun esegwibbli bħala parti mill-liġijiet ta’ Malta.
Skop.
jirregolaw lis-sidien ta’ bastimenti kummerċjali ċċertifikati biex
jintużaw għal kiri jew għal rikompensa fil-portijiet, ibħra interni w
ibħra territorjali ta’ Malta, u l-ħtiġiet dwar is-sigurtà  u l-persunal
ta’ dawk il-bastimenti.
Interpretazzjoni.
tkunx teħtieġ xort’oħra:
"assiguratur" tfisser kumpanija ta’ assigurazzjoni mwaqqfa
skond id-disposizzjonijiet kif ordnat fil-Liġijiet ta’ Malta;
Kap. 352.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta kif imwaqqfa
bl-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"awtorità  ċerifikanti" tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta jew
persuna oħra awtorizzata minnha;
"barklor ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna li jkollha
ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
L.S.352.13
"barkun tal-bunkers" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija
fir-regolamenti dwar Bastimenti ta’ Tagħbijiet Perikolużi,
Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering;
"bastiment kummerċjali" tfisser bastiment li jintuża jew li hu
maħsub li jintuża f’xi negozju, kummerċ jew li joffri jew jingħata
għal kiri jew għal rikompensa fil-portijiet, ibħra interni u ibħra
territorjali ta’ Malta; għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u tal-
Kodiċi ta’ Prattika kemm-il darba mhux espressament provdut mod
ieħor il-kelma "bastiment" għandha l-istess tifsira bħal bastiment
kummerċjali;
"bastiment kummerċjali ġdid" tfisser bastiment li għalih
japplikaw dawn ir-regolamenti, li l-prim tiegħu tqiegħed jew il-bini
jew strutturar inbeda fid-data jew wara d-data meta dawn ir-
regolamenti jkunu daħlu fis-seħħ, jew bastiment li jeżisti li mhux
diġà  bastiment li għalih japplikaw dawn ir-regolamenti, iżda
miksub u propost li jintuża mill-ġdid bħala bastiment ġdid f’dik id-
data jew wara dik id-data;
2 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
"bastiment kummerċjali li jeżisti" tfisser bastiment li mhux
bastiment ġdid;
"bastiment mhux taħt konvenzjoni" tfisser bastiment li mhux
bastiment taħt konvenzjoni;
"bastiment tad-divertiment" tfisser kull vapur li jintuża
esklużivament għal:
(a) skopijiet ta’ divertiment ħlief għall-ġarr ta’ passiġġieri
fuq dawriet ta’ postijiet ta’ interess bejn u fil-portijiet,
l-ibħra interni u dawk territorjali; jew
(b) l-użu li għalih passiġġier, jekk ikun hemm, ma jridx
iħallas tariffa separata u distinta;
"bastiment taħt konvenzjoni" tfisser bastiment li minħabba fit-
tunnellaġġ li jkollu, l-użu jew id-daqs tiegħu, ikun jaqa’, jekk dan
ikun qed jaħdem f’ibħra internazzjonali jew fi vjaġġi
internazzjonali, taħt il-ħtigiet tal-Konvenzjonijiet ta’ l-OMI, jew
ta’ xi parti minnhom, li Malta taderixxi għalihom;
"boatmaster ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna li jkollha
ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
L.S.352.13 "bunkers" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fir-regolamenti
dwar Bastimenti ta’ Tagħbijiet Perikolużi, Terminals u Faċilitajiet
Marittimi u Bunkering;
"ċertifikat ta’ apparat tas-sigurtà  ta’ bastiment kummerċjali tal-
merkanzija" tfisser ċertifikat maħruġ mid-Direttur taħt id-
disposizzjonijiet rilevanti kif ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"ċertifikat ta’ assigurazzjoni" tfisser ċertifikat ta’ assigurazzjoni
maħruġ minn assiguratur taħt id-disposizzjonijiet rilevanti kif
ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"ċertifikat ta’ bastiment kummerċjali" tfisser ċertifikat validu
għal żmien speċifiku, maħruġ mid-Direttur skond dawn ir-
regolamenti, skond stħarriġ li jsir minn surveyor (perit) jew għaqda
rikonoxxuta mill-Awtorità , li jkun juri li fil-waqt ta’ l-istħarriġ, il-
bastiment ikun instab li jikkonforma mal-ħtiġiet rilevanti kollha
tal-Kodiċi ta’ Prattika;
"ċertifikat ta’ freeboard ta’ bastiment kummerċjali" tfisser
ċertifikat maħruġ mid-Direttur taħt id-disposizzjonijiet rilevanti kif
ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"ċertifikat ta’ kompetenza" tfisser kwalifika maħruġa taħt dawn
ir-regolamenti u limitata għal servizz fuq bastimenti kummerċjali li
jkunu qed joperaw f’portijiet Maltin u fl-ibħra interni jew
territorjali;
"ċertifikat ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż biż-żejt ta’ bastiment
kummerċjali" tfisser ċertifikat maħruġ mid-Direttur taħt id-
disposizzjonijiet rilevanti kif ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"ċertifikat ta’ sigurtà  tal-bini ta’ bastiment kummerċjali tal-
merkanzija" tfisser ċertifikat maħruġ mid-Direttur taħt id-
disposizzjonijiet rilevanti kif ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"ċertifikat ta’ sigurtà  tal-bini ta’ bastiment kummerċjali tal-
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 3
passigieri" tfisser ċertifikat maħruġ mid-Direttur taħt id-
disposizzjonijiet rilevanti kif ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"dgħajsa tal-bdot" tfisser bastiment, ta’ liema daqs ikun, użat jew
maħsub li jintuża f’servizzi ta’ pilutaġġ;
Kap. 352.
"Direttur" tfisser id-Direttur Eżekuttiv responsabbli għall-
Portijiet maħtur taħt l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta, jew xi persuna oħra jew uffiċjal ieħor
awtorizzati minnu biex jaġixxu f’ismu;
"dokument ta’ persunal minimu ta’ bastiment kummercjali"
tfisser ċertifikat maħruġ mid-Direttur taħt id-disposizzjonijiet
rilevanti kif ordnat fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"effettiv" tfisser b’riferenza għal xi apparat jew biċċa tagħmir
jew materjal, li jkunu ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u
prattikabbli biex jigi żgurat li jkun tajjeb għall-fini li jkun maħsub
li jintuża għalih;
"ekwipaġġ" tfisser persuni impjegati jew li jaħdmu f’kull
kapaċità  abbord bastiment, minbarra l-Kaptan;
"freeboard" tfisser id-distanza mkejjla vertikalment ’l isfel
f’nofs il-bastiment mill-biċċa l-aktar fil-baxx tan-naħa ta’ fuq tal-
gverta freeboard sal-livell ta’ l-ilma f’ilma qiegħed, jew min-naħa
ta’ fuq tal-gverta san-naħa ta’ fuq tal-balla involuta, kif adatt;
"gverta għat-temp" tfisser il-gverta prinċipali li titħalla esposta
għall-elementi;
"inġinier ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna li jkollha
ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"Kaptan" tfisser il-Kaptan jew persuna oħra barra l-bdot jew l-
għassies, li jkollha l-kmand, kariga jew ġestjoni ta’ bastiment f’dak
il-waqt;
L.S.10.23
"Kaptan b’licenza speċjali" tfisser persuna liċenzjata li taħdem
bħala Kaptan ta’ dgħajsa li tinnegozja fl-ibħra interni u dawk
territorjali ta’ Malta, taħt ir-Regolamenti dwar Bastimenti li
jitħaddmu Mekkanikament (Passiġġieri u Merkanzija) imħassra
b’dawn ir-regolamenti;
"Kaptan ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna li jkollha
ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"Kodiċi ta’ Prattika" tfisser il-Kodiċi ta’ Prattika għas-Sigurtà  ta’
Bastimenti Kummerċjali u emendi sussegwenti maħruġa u
ppubblikati mill-Awtorità  li jirregola l-kostruzzjoni, l-makkinarju,
t-tagħmir, l-istabbilità , it-tħaddim, il-forniment ta’ persunal, iċ-
ċertifikazzjoni u manteniment ta’ bastimenti kummerċjali;
L.S.10.23
"konduttur tal-makni" tfisser persuna li jkollha Liċenza Specjali
"A" Baħar l-Ewwel jew it-Tieni Grad, jew Liċenza "B" Baħar l-
Ewwel jew it-Tieni Grad, maħruġa taħt ir-Regolamenti dwar
Bastimenti li jitħaddmu Mekkanikament (Passiġġieri u
Merkanzija), imħassra b’dawn ir-regolamenti;
"konduttur tal-makna ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna
4 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
li jkollha ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-
disposizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
Kap. 352.
"l-ibħra territorjali u interni" għandha l-istess tifsira mogħtija fl-
Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"liċenza" tfisser liċenza maħruġa mid-Direttur lis-sid skond
dawn ir-regolamenti;
"ma jagħmilx ilma" tfisser li ma jħallix l-ilma jgħaddi minn ebda
naħa;
"membru ġenerali ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna li
jkollha ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-
disposizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
L.S.352.13
"merkanzija li tniġġes" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija
fir-Regolamenti dwar Bastimenti ta’ Tagħbijiet Perikolużi,
Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering;
L.S.352.13
"merkanzija perikoluża" għandha l-istess tifsira bħal dik
mogħtija fir-Regolamenti dwar Bastimenti ta’ Tagħbijiet
Perikolużi, Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-trasport
marittimu;
"OMI" tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;
"passiġġier" tfisser persuna fuq bastiment kummerċjali ħlief:
(a) il-Kaptan u membri ta’ l-ekwipaġġ jew persuna oħra
impjegata jew li tkun taħdem f’kull kapaċità  abbord
bastiment fix-xogħol relattiv;
(b) persuna fuq il-bastiment jew skond l-obbligazzjoni li
tkun fuq il-Kaptan li jġorr nies nawfragati, perikolati,
jew persuni oħra, li minħabba xi ċirkostanzi li la l-
Kaptan u lanqas is-sid, jekk ikun hemm, ma setgħu
jwaqqfu; u
(ċ) tifel li għadu ma għalaqx sena;
Kap. 234.
"perit" tfisser persuna maħtura bħala surveyor ta’ bastimenti
skond l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew persuna hekk
maħtura minn soċjetà  ta’ klassifika approvata mill-Awtorità , jew
persuna maħtura mill-Awtorità  bl-iskop li teżamina u tagħmel
surveys fuq bastimenti skond dawn ir-regolamenti;
"polza" tfisser polza ta’ assigurazzjoni maħruġa minn assiguratur
fir-rigward tar-riskji msemmija fir-regolament 19(3)(k);
Kap. 352. "portijiet" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija fl-Att dwar
l-Awtorità  Marittima ta’ Malta u kull marsa, bajja, daħla, qala, xatt
jew ibħra navigabbli;
"reġistru" tfisser reġistru ta’ liċenzi li jinżamm fid-Direttorat tal-
Portijiet skond dawn ir-regolamenti;
"sekond ta’ bastiment kummerċjali" tfisser persuna li jkollha
ċertifikat validu maħruġ mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fil-Kodiċi ta’ Prattika;
"servizz ta’ kwalifika" tfisser il-ħin imniżżel bħala mgħoddi
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 5
f’servizz fuq bastiment rilevanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew
kwalifika oħra, kalkolati u dokumentati bil-kunsens tad-Direttur;
"sid" tfisser is-sid reġistrat jew is-sid jew l-operatur ġestjonarju
tas-sid reġistrat jew tas-sid jew tas-sid disponenti, jew il-Kaptan
tal-bastiment;
"sigurtà  tan-navigar" tfisser kull apparat, għodda, il-persunal,
strument tan-navigar u l-ħsieb u attenzjoni professjonali tal-Kaptan
u ta’ l-ekwipaġġ kollu fuq il-bastiment, li għandu x’jaqsam mat-
twettiq sigur ta’ l-operazzjonijiet, kemm għall-bastiment involut u
bastimenti oħra, nies jew proprjetà  li jistgħu jiddaħħlu f’dawk l-
operazzjonijiet;
"tul" sakemm ma jkunx espressament provdut xort’oħra, tfisser
96% tat-tul kollu fuq linja ta’ l-ilma b’85% tal-fond l-anqas
iffurmat imkejjel minn fuq il-prim, jew it-tul min-naħa ta’ wara ta’
l-arblu sa’ l-assi tat-tmun fuq dik il-linja ta’ l-ilma, jekk dan ikun l-
akbar. F’bastimenti maħsubin bi prim fil-poppa, l-linja ta’ l-ilma
fuqhiex jitkejjel dan it-tul għandha tkun parallela mal-linja ta’ l-
ilma hekk maħsuba;
"tul kollu" tfisser it-tul kollu min-naħa ta’ quddiem ta’ l-
istruttura permanenti fissa li qiegħda fuq l-aktar punt fuq in-naħa
ta’ quddiem, san-naħa ta’ wara ta’ l-istruttura permanenti tal-punt
l-aktar fuq in-naħa ta’ wara tal-bastiment;
"tunnellaġġ gross" tfisser it-tunnellaġġ gross reġistrat fiċ-
ċertifikat ta’ reġistru jew it-tunnellaġġ imniżżel fiċ-ċertifikat ta’
tunnellaġġ ta’ bastiment li jkun qed japplika għal ċertifikat taħt
dawn ir-regolamenti;
Kap. 352.
Marittima ta’ Malta.
Applikazzjoni.
kull bastiment li jaħdem f’xi kummerċ, negozju jew xogħol fl-ibħra
territorjali jew interni jew f’xi port ta’ Malta, iżda ma japplikawx
għal:
(a) bastiment tad-divertiment;
(b) dgħajsa tas-sajd;
(ċ) vapur miżmum jew imħaddem għal servizz mhux
kummerċjali;
(d) bastimenti tal-gwerra jew bastimenti uffiċjali sakemm
dawn ma jintużawx għal servizz kummerċjali.
Kodiċi ta’ Prattika.
aspett tas-sigurtà  tal-bastimenti kummerċjali inkluż, iżda mhux
limitat għall-bini, l-makkinarju, t-tagħmir, l-istabbilità , it-tħaddim,
iċ-ċertifikazzjoni w l-manutenzjoni.
(2) L-Awtorità  għandha r-responsabbiltà  li tippubblika u
tissorvelja l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika li għandu jinqara
u jiftiehem ħaġa waħda ma’ dawn ir-regolamenti u li għandu jiġi
ppubblikat fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.
(3) L-Awtorità  għandha minn żmien għal żmien temenda l-
Kodiċi ta’ Prattika bil-ħruġ ta’ l-avviżi relattivi.
6 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
(4) Fil-każ ta’ konflitt bejn dawn ir-regolamenti u l-Kodiċi ta’
Prattika u l-ħtiġiet preskritti fir-regoli rikonoxxuti ta’ soċjetà  ta’
amministrazzjoni jew ta’ klassifika, għandhom jipprevalu dawk ta’
l-ewwel.
Użu ta’ bastiment 
kummerċjali.
6. L-ebda persuna ma tista’ tuża bastiment u l-anqas ma jista’
s-sid tiegħu jagħti jew iħalli bastiment minn dawn joħroġ għall-kiri
jew bi ħlas fil-portijiet, fl-ibħra interni jew territorjali ta’ Malta,
sakemm dan ma jkunx iċċertifikat skond il-Kodiċi ta’ Prattika.
Meta r-regolamenti 
japplikaw.
7. Dawn ir-regolamenti japplikaw għal bastiment
kummerċjali meta dan ikun fl-ilma, irmiġjjat jew ankrat:
Iżda jekk dak il-bastiment kummerċjali ikun irmiġġjat jew
ankrat, imma ma jintużax regolarment għal kull użu li għalih ikun
iċċertifikat, is-sid tiegħu jrid jottempera ruħu ma’ kull rekwiżit li d-
Direttur jista’ minn żmien ghal żmien jistipula rigward dak il-
bastiment.
L-ebda persuna ma 
tista’ tagħmilha ta’ 
l-operatur ta’ 
bastiment mingħajr 
il-kunsens tas-sid.
8. L-ebda persuna awtorizzata mis-sid ta’ bastiment li
tagħmilha ta’ l-operatur tal-bastiment ma tista’, ħlief f’każ ta’
bżonn, tħalli li persuna oħra tagħmilha ta’ operatur tal-bastiment,
mingħajr il-kunsens tas-sid tal-bastiment, u l-ebda persuna, ħlief
f’każ ta’ bżonn, ma tista’ tagħmilha ta’ operatur ta’ bastiment,
mingħajr il-kunsens tas-sid ta’ dak il-bastiment.
Bastiment 
kummerċjali u post 
ta’ żbark.
9. (1) Bastiment kummerċjali jista’ joħroġ għax-xogħol bejn
dawk il-postijiet ta’ żbark, arei minn rotot, li minn żmien għal
żmien jistgħu jiġu stipulati mid-Direttur.
(2) Bastiment kummerċjali ma jistax jitħaddem barra mill-arei
assenjati lilu jew jintuża għal skop ieħor ħlief dak preskritt fiċ-
ċertifikat ta’ bastiment kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-
Direttur.
(3) Bastiment kummerċjali jista’ biss joħroġ għall-kiri jew
jirmiġġja fil-postijiet maħtura mill-Awtorità .
Iċ-ċertifikat ta’ 
bastiment 
kummerċjali 
għandu jintwera 
fuq il-bastiment.
10. (1) Is-sid ta’ bastiment kummerċjali għandu juri b’mod
prominenti ċ-ċertifikat ta’ bastiment kummerċjali abbord il-
bastiment u fejn dan mhux possibbli, għandu jippreżenta ċ-
ċertifikat lid-Direttur meta jitlobulu.
(2) Fil-każ ta’ bastiment kummerċjali li qed iġorr passiġġieri,
is-sid irid ukoll juri b’mod prominenti jew jimmarka b’mod ċar u
permanenti f’post adegwat, kif adatt, l-akbar numru ta’ passiġġieri
li l-bastiment ikun iċċertifikat li jġorr.
(3) Kull ċertifikat ieħor maħruġ skond il-Kodiċi ta’ Prattika
għandu jinzamm abbord il-bastiment.
Liċenza ta’ l-Operatur ta’ Bastiment Kummerċjali
Liċenza ta’ 
operatur.
11. (1) L-ebda persuna ma għandha taħdem bħala operatur ta’
bastiment kummerċjali ħlief jekk ikollha liċenza valida maħruġa
mid-Direttur skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu u skond ma l-
pattijiet u l-kondizzjonijiet ikunu jidhrulu xierqa, jagħti dik il-
liċenza lil persuna għat-twettiq ta’ servizzi stipulati f’dawn ir-
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 7
regolamenti.
Kap. 352.
(3) L-Awtorità  tista’ wkoll tagħmel arranġamenti jew tidħol
f’kull ftehim, kif jidhrilha xieraq jew bżonnjuż, ma’ persuni għall-
iskopijiet tal-funzjonijiet tagħha skond l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta.
Eliġibilità  għal 
liċenza operattiva.
12. Persuna ma tkunx eliġibbli għal liċenza, sakemm ma tkunx
is-sid ta’ xi bastiment u tkun -
(a) fl-opinjoni tad-Direttur ikollha karattru tajjeb, tkun taf
ir-regolamenti rilevanti dwar it-trasport u tkun
meqjusa kompetenti li tipprovdi dan is-servizz fl-ibħra
interni u territorjali ta’ Malta; jew
(b) korp imwaqqaf taħt, u suġġett għal, il-liġijiet ta’
Malta, jew korp barrani b’personalità  ġuridika skond
il-liġi li taħtha twaqqaf jew ġie kostitwit, u li
jissoddisfa d-Direttur li jista’ u li se jiżgura l-
osservanza xierqa tal-liġijiet u regolamenti dwar it-
trasport fl-ibħra interni u territorjali ta’ Malta.
Għotja tal-liċenza.
tingħata wara li tigi ppreżentata applikazzjoni fuq il-formola adatta
lid-Direttur, li magħha jkun hemm mehmuża dokumenti u ċ-
ċertifikati fiha preskritti.
Kondizzjonijiet.
jehmeż ma’ liċenza kull kondizzjoni jew kondizzjonijiet li jidhrulu
xierqa.
Tħassir ta’ liċenza.
raġunijiet għal dan, jissospendi, jħassar, jirrevoka jew jirrifjuta t-
tiġdid ta’ liċenza mogħtija qabel jew mġedda minnu taħt dawn ir-
regolamenti.
Għotja ta’ liċenza.
tagħhom miżmuma, imħassra jew revokata mid-Direttur taħt dawn
ir-regolamenti, għandha, fi żmien tmienja u erbgħin siegħa minn
din iż-żamma, tħassir jew revoka, tagħti l-liċenza tagħha lura lid-
Direttur.
Tħaris ta’ 
istruzzjonijiet mid-
Direttur.
17. Min għandu liċenza taħt dawn ir-regolamenti għandu
jħares kull istruzzjoni, ordni jew direttiva maħruġa minn żmien
għal żmien mid-Direttur.
Wiri tal-liċenza.
dawn ir-regolamenti għandhom iġorru fuqhom jew juru dik il-
liċenza meta jkunu qed jaħdmu fil-kapaċità  li jkollhom il-liċenza
dwarha u jipproduċuha lil kull uffiċjal awtorizzat mid-Direttur
meta dan jitlobha.
Applikazzjoni għal 
liċenza.
19. (1) Sid ma jkunx eliġibbli għal liċenza taħt dawn ir-
regolamenti sakemm ma jottemperax ruħu mar-rekwiżiti kollha
stipulati f’dawn ir-regolamenti.
Kap. 352.
(2) Ma tinħareġ ebda liċenza sakemm il-bastiment ma jkunx
rreġistrat kif imiss skond l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’
Malta.
(3) Applikazzjoni għal liċenza għandha tingħata lid-Direttur
8 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
flimkien ma’ kull prova permezz ta’ dokumenti jew provi oħra li d-
Direttur jidhirlu li għandu jaċċetta, inklużi:
(a) il-karta ta' l-identità  jew il-passaport ta’ l-applikant
jew l-applikanti;
(b) iċ-ċertifikat ta’ inkorporazzjoni;
(ċ) kopja tal-Memorandum u Artikoli;
(d) reġistrazzjoni u proprjetà  tal-bastiment;
(e) it-tip ta' bastiment, id-daqs, it-tunnellaġġ, l-
ispeċifikazzjonijiet u d-dettalji tal-makna kif
iċċertifikati minn soċjetà  amministrattiva jew ta’
klassifikazzjoni rikonnoxxuta mill-Awtorità , jew minn
perit;
(f) l-iskop maħsub għall-bastiment, l-irmiġġ għal meta ma
jkunx għall-kiri jew merfugħ u l-postijiet mitluba
għall-irmiġġ jew minn fejn jinkera;
(g) ċertifikat ta’ bastiment kummerċjali;
(h) iċ-ċertifikati rilevanti għat-tip kif meħtieġa mill-
Kodiċi ta’ Prattika;
(i) jekk il-bastiment ikollu klassi skond socjetà  ta’
klassifikazzjoni jew mibni skond standards stipulati
minn amministrazzjoni rikonnoxxuta mill-Awtorità :
(i) ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ klassi jew ta’
amministrazzjoni;
(ii) dawk id-dokumenti l-oħra dwar il-kapaċità  tal-
bastiment kif meħtieġa mill-Kodiċi ta’ Prattika;
Kap. 234.
Kap. 352.
(j) fejn japplika, provi ta’ konformità  mal-
Konvenzjonijiet u mar-Rakomandazzjonijiet ta’ l-OMI
li Malta aċċediet għalihom u kull regolament ieħor
maħruġ taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, l-Att
dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta, jew xi Att ieħor
taħt il-Liġijiet ta’ Malta;
(k) prova ta’ assigurazzjoni valida, li taħtha kull sid jew
Kaptan ta’ bastiment ikun suffiċjenti assigurat għal
ammont li jista’ jkollu jħallas minħabba:
(i) f’kull responsabbiltà  li jista’ jkun hemm għal xi
mewt jew xi feriment fiżiku lil xi persuna li
joriġinaw mill-bastiment jew minn xi użu
tiegħu;
(ii) f’kull responsabbilà  li jista’ jkun hemm għal xi
telf jew ħsara lil xi proprjetà  ta’ terza persuna li
jorriġinaw mill-użu tal-bastiment;
(iii) l-ispejjeż ta’ salvataġġ u t-tneħħija tal-bastiment
imgħarraq;
(iv) ħsara minħabba tniġġis u l-ispejjeż għall-
prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ ħsara minħabba
l-iskargar jew il-ħruġ ta’ merkanzija perikoluża
jew li tniġġes;
(l) b’żieda mar-rekwiżiti tal-paragrafu (k) id-Direttur
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 9
jista’ jeħtieġ ukoll garanzija bankarja għal dak l-
ammont u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jista’
jistipula;
(m) jekk ikun japplika, iċ-ċertifikazzjoni valida rilevanti
tal-Kaptan, ta’ l-uffiċjali jew ta’ l-ekwipaġġ maħruġa
taħt dawn ir-regolamenti jew minn amministrazzjoni
rikonnoxxuta mill-Awtorità ; u
(n) kull informazzjoni oħra u partikolaritajiet dwar il-
bastiment u l-ekwipaġġ proposti bħalma jistgħu
jinħtieġu mid-Direttur.
Spezzjon ta’ 
bastiment.
20. Id-Direttur jista’ jitlob lis-sid, li jkun applika għal liċenza
jew għal tiġdid bil-quddiem ta’ liċenza, li jġib il-bastiment f’xi
post, f’data u f’ħin stabbiliti għal ispezzjon minn perit jew minn
persuna oħra maħtura mid-Direttur.
Ħruġ ta’ liċenza.
Dispensa.
ir-regolamenti kellu liċenza valida u wettaq fil-portijiet, fl-ibħra
interni u dawk territorjali ta’ Malta l-istess attività  kummerċjali li
għaliha tenħtieġ liċenza taħt dawn ir-regolamenti, għandu malli
tiskadi l-liċenza ta’ qabel jew fi żmien sena mid-data ta’ dħul fis-
seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, jħares id-disposizzjonijiet li jinsabu
f’dawn ir-regolamenti.
Validità  ta’ 
liċenza.
23. Bla preġudizzju għar-regolamenti 14 u 15, il-liċenza tibqa’
valida għal żmien mhux iżjed minn tnax-il xahar u mhux anqas
minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tagħha.
Liċenza u reġistru.
Direttur jidhrulu neċessarji għall-iskopijiet ta’ dawn ir-
regolamenti.
(2) Id-Direttur għandu jżomm reġistru tal-liċenzi.
Tiġdid ta’ liċenzi.
applikazzjoni għat-tiġdid ta’ liċenza mill-inqas xahar kalendarju
wieħed qabel id-data li tiskadi.
(2) Jekk liċenza mhix se tiġġedded, is-sid tal-bastiment għandu
mill-ewwel javża lid-Direttur bil-miktub bir-raġuni għaliex ma
jkunx talab it-tiġdid tal-liċenza u x’ikunu l-intenzjonijiet tiegħu fir-
rigward tal-bastiment.
(3) Meta liċenza ma tiġġeddidx, id-Direttur jista’ jitlob lis-sid
ineħħi jew jeħles mill-bastiment tiegħu fiz-żmien u f’dak il-post li
jidhirlu d-Direttur u jekk is-sid ma jobdix, id-Direttur jista’
jġiegħel it-tneħħija jew il-ħelsien ta’ dak il-bastiment b’riskju u
spiża tas-sid.
Liċenza ma tistax 
tiġi trasferita.
26. Liċenza maħruġa taħt dawn ir-regolamenti ma tistax tiġi
trasferita.
Tibdil ta’ 
proprjetà .
27. (1) Qabel ma jsir xi tibdil fis-sid ta’ xi bastiment, ix-xerrej
u d-detentur ta’ liċenza ghandhom, fi zmien wieħed u għoxrin jum
qabel dak it-tibdil fil-proprjetà , jagħtu lid-Direttur il-liċenza
flimkien ma’ applikazzjoni għal liċenza ġdida mix-xerrej.
10 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
(2) Għandha tinħareġ liċenza ġdida lis-sid il-ġdid wara li
jingħataw dawk il-provi dokumentarji jew provi oħra tat-tibdil
imsemmi jew bdil fi proprjetà  skond kif ikun jeħtieġ id-Direttur.
(3) Malli d-Direttur joħroġ liċenza ġdida, il-liċenza tas-sid ta’
qabel tiġi b’hekk imħassra jew mibdula mid-Direttur.
(4) Meta jmut is-sid jew isir l-istralċ tiegħu, il-liċenza maħruġa
fir-rigward tiegħu ssir nulla u bla effett u għandha tingħata lura lid-
Direttur fi żmien wieħed u għoxrin jum.
Liċenza revokata, 
sospiża, mħassra 
jew mhux 
imġedda.
28. Minġhajr preġudizzju għar-regolament 15, id-Direttur
jista’ jirrevoka, jissospendi jew jirrifjuta milli jġedded xi liċenza
jekk id-detentur ta’ liċenza:
(a) ikun għamel dikjarazzjoni jew xi protesta falza;
(b) ikun ħati li għamel xi ħaġa frawdolenti jew li rrenda
ruħu ħati ta’ xi delitt fl-użu tal-bastiment kummerċjali
jew fit-twettiq ta’ xogħlu;
(ċ) ikun kiser jew naqas mill jħares ir-rekwiżiti ta’ dawn
ir-regolamenti, jew ta’ xi disposizzjoni legislattiva
rilevanti oħra jew ta’ xi ordnijiet tad-Direttur, jew ta’
xi pattijiet u kondizzjonijiet tal-liċenza;
(d) ma jkunx, għal żmien sena, wettaq l-attività  li dwarha
huwa jkollu liċenza.
Is-sid jew il-
Kaptan reġistrat.
29. Il-persuni li l-ismijiet tagħhom jidhru fir-reġistru bħala -
(a) is-sid u l-Kaptan;
(b) is-sid; jew
(ċ) il-Kaptan ta’ bastiment kummerċjali,
għandhom, għall-iskopijiet kollha ta’ dawn ir-regolamenti, jitqiesu
li jkunu s-sid u l-Kaptan jew is-sid jew il-Kaptan tal-bastiment
rispettivament.
Avviż dwar tibdil 
fil-partikolaritajiet.
30. (1) Is-sid ta’ bastiment kummerċjali għandu javża lid-
Direttur b’kull tibdil mitlub, jew jirrapporta kull inċident, li jista’
jibdel il-partikolarijiet preskritti b’dawn ir-regolamenti jew bil-
Kodiċi ta’ Prattika.
(2) Malli jirċievi dik it-talba jew dak ir-rapport, id-Direttur
jista’ jitlob li ssir l-ispezzjoni tal-bastiment, jew li jittieħdu dawk
il-miżuri l-oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex tinżamm il-validità
tal-liċenza u taċ-ċertifikat ta’ bastiment kummerċjali.
Endorsjar ta’ 
liċenza u 
annotazzjoni fir-
reġistru.
31. Kull meta jkun hemm xi tibdil approvat fil-partikolaritajiet
li jidhru fir-reġistru, dan it-tibdil għandu jiddaħħal fir-reġistru u
fejn japplika, jitniżżel fuq il-liċenza jew iċ-ċertifikazzjoni.
Sostituzzjoni. 32. (1) Fil-każ ta’ telfien ta’ xi liċenza jew ċertifikat, jew li
dawn jinqerdu, ma jkunux jinqraw sew jew jintilfu għal dejjem b’xi
mod ieħor, id-detentur ta’ liċenza għandu japplika mill-ewwel lid-
Direttur għal sostituzzjoni.
(2) Meta d-Direttur ikun sodisfatt li liċenza jew ċertifikat ikunu
intilfu jew inqerdu jkun jista’ joħroġ duplikat tal-liċenza jew
ċertifikat, skond il-każ, wara li jkun sar il-ħlas ta’ dritt.
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 11
Għoti lura tal-
liċenza tad-
Direttur.
33. Jekk liċenza jew ċertifikat ikunu skadew, jew tħassru, ġew
revokati jew sospiżi mid-Direttur, is-sid jew id-detentur taċ-
ċertifikat, skond il-każ, għandu jagħti dik il-liċenza jew ċertifikat
lid-Direttur mill-ewwel. Id-Direttur jista’ jordna li l-bastiment
jitneħħa jew jiġi meħlus, u jekk is-sid ma jobdix, id-Direttur jista’
jġiegħel it-tneħħija jew il-ħelsien ta’ dak il-bastiment b’riskju u
spiża tas-sid.
Operazzjoni ta’ Bastimenti kummerċjali.
Rotot li jiġu 
stabbiliti.
34. L-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien, għall-
organizzazzjoni aħjar tas-servizz tat-trasport marittimu, tagħmel
dan kollu li ġej jew xi parti minnu:
(a) tistabbilixxi rotot għall-ġarr ta’ passiġġieri jew ta’
merkanzija minn x’imkien f’Malta għal x’imkien
ieħor, jew minn gżira għall-oħra;
(b) taggruppa xi żewġ rotot jew aktar jew ir-rotot kollha;
(ċ) tiddeċiedi liema bastiment għandu jopera fuq rotot
bħal dawk;
(d) tagħti s-servizz fuq rotta bħal dik lil xi detentur ta’
liċenza;
(e) tvarja, tħassar jew tirrevoka xi rotta bħal dik jew xi
grupp ta’ rotot jew l-għoti ta’ xi servizz fuqhom, u
tista’ tagħmel hekk b’dawk il-kondizzjonijiet li l-
Awtorità  tista’ tordna;
(f) fl-ghoti ta’ xi servizz taħt dan ir-regolament l-Awtorità
tista’ tagħmel dak is-servizz filwaqt li teskludi li xi
detentur ta’ liċenza ieħor minn dan l-għoti;
(g) tiddeċiedi fuq skeda ta’ servizz u t-tariffi jew ħlasijiet
għal dawk ir-rotot;
(h) tistabbilixxi kondizzjonijiet fuq id-detentur ta’ liċenza
għat-tħaddim ta’ xi rotta;
(i) temenda jew tħassar rotot mogħtija u diġà  stabbilit
qabel; u
(i) tinvestiga lmenti minn utenti ta’ bastimenti
kummerċjali.
Teħid lura soġġett 
għall-ħruġ mill-
ġdid ta’ liċenzi.
35. Meta servizz fuq xi rotta jingħata lil xi sid skond ir-
regolament 34, kull liċenza li jkollhom is-sidien ta’ xi bastiment
għal xoghol fuq dik ir-rotta għandha tiġi rtirata, sakemm din tista’
tiġi maħruġa mill-ġdid fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità , taħt il-
kondizzjonijiet stipulati fir-regolament li jiġi minnufih qabel dan.
Direttivi f’każ ta’ 
emerġenza.
36. L-Awtorità  tista’, minkejja xi ftehim milħuq skond ir-
regolament 34, f’każ ta’ emerġenza, jew ta’ konkors mhux tas-soltu
bejn nies jew merkanzija, tordna li bastimenti kummerċjali oħra, li
s-soltu ma joperawx fuq jew li ma jkunux iċċertifikati għal dik ir-
rotta, jitħaddmu għal dak iż-żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet li
d-Direttur jordna u ma tkun permessa ebda talba għal danni sofferti
minħabba f’xi ordni bħal dik li tkun kontra l-kondizzjonijiet li jkun
hemm f’xi ftehim bejn l-Awtorità  u xi sid ieħor.
12 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
Is-sid ma jistax 
jitlob tariffi ogħla 
minn dik stabbilita.
37. (1) Meta tiġi stabbilita tariffa skond ir-regolament 34, is-
sid jew l-operatur ta’ tali bastiment ma jistax jitlob tariffa ogħla
minn dik stabbilita, jew, jekk jiġi miftiehem ammont inqas, iktar
minn dak l-ammont.
(2) Is-sid jew l-operatur ta’ bastiment mogħti għall-kiri ma
jistax iħalli lil xi persuna jew oġġett li jinġarru ġo, fuq jew mal-
bastiment waqt li dan ikun qed jinkera, mingħajr il-kunsens tal-
kerrej.
Rekwiżizzjoni 
mill-Awtorità  ta’ 
bastiment 
kummerċjali f’każ 
ta’ waqfien jew 
sospensjoni ta’ 
servizz.
38. (1) F’każ ta’ waqfien jew ta’ sospensjoni għal kull raġuni
li tkun ta’ xi servizz fuq rotta stabbilita jew x’imkien ieħor f’Malta
fejn is-soltu jmorru bastimenti kummerċjali, li jista’ jaffettwa, jew
x’aktarx jolqot il-ħtiġiet raġonevoli ta’ l-abitanti ta’ Malta għat-
trasport, l-Awtorità  tista’ taqbad u tieħu pusses u tuża, bastiment
kummerċjali u għal dak l-għan tawtorizza lil xi membru ta’ l-
Awtorità  jew lil xi uffiċjal pubbliku ieħor jidhol ġo xi
stabbilimenti.
(2) Is-sid ta’ dak il-bastiment kummerċjali għandu jirċievi dak
il-kumpens għall-użu tiegħu li l-Awtorità  tista’, qabel jew wara,
tistabbilixxi.
(3) Ikun hemm appell mid-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell. Dak l-appell jigi introdott b’rikors fi żmien erbat
ijiem mid-data tad-deċiżjoni. Ir-rikors jingħata lill-Awtorità  li trid
tagħti r-risposta tagħha fi żmien erbat ijiem tax-xogħol. L-atti dwar
tali appell għandhom jitqiesu konkluzi bir-risposta ta’ l-Awtorità ,
jew bl-iskadenza tat-terminu għal dik ir-risposta.
(4) Kull persuna li tfixkel jew li tagħmel oppożizzjoni lil xi
uffiċjal pubbliku fit-teħid ta’ xi bastiment kummerċjali, jew li b’xi
mod tindaħal jew tħajjar lil xi oħrajn li jindaħlu fl-użu ta’ xi
bastiment rekwiżizzjonat taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn ħames mitt lira
u mhux aktar minn ħamest elef lira jew pringunerija għal żmien
mhux aktar minn tliet xhur.
(5) Jekk persuna minħabba f’xi rekwiżizzjoni taħt dan ir-
regolament ma tkunx tista' tadempixxi ruħha ma xi kuntratt, dik il-
persuna ma għandhiex titqies li b’daqshekk tkun kisret il-kuntratt,
imma dak il-kuntratt jiġi sospiż b’dik ir-rekwiżizzjoni sakemm it-
twettiq tiegħu ma jsirx hekk wieħed impossibli.
Sigurtà  u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis
L-awtorità  tad-
Direttur mhix 
abrogata.
39. Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti m’għandha tabroga l-
awtorità  tad-Direttur fil-ħtieġa ta’ kontroll fuq is-sigurtà  u l-
prevenzjoni tat-tniġġis minn xi bastiment kummerċjali f’xi port u l-
ibħra territorjali u interni ta’ Malta.
Il-prerogattiva tad-
Direttur li juża 
f’emerġenza sew 
tagħmir sew 
riżorsi.
40. Id-Direttur jirriserva d-dritt li jingħata kif meħtieġ għall-
iskopijiet ta’ immanniġġjar ta’ xi emerġenza jew inċident bit-
tniġġis, aċċess immedjat għall-użu u l-kontroll ta’ xi wieħed jew ta’
kull tagħmir jew riżorsi għas-sigurtà  u tniġġis li għandhom skond
dawn ir-regolamenti jinżammu fuq kull bastiment. Dan it-tagħmir
jingħata b’xejn, iżda jintuża għar-riskju tad-Direttur u għandhom
wara jitħallsu lura kull spejjeż raġonevoli li l-providitur jagħmel
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 13
għal oġġetti ta’ konsum, jew tagħmir bi ħsara.
Tfixkil fil-portijiet 
u fuq il-mollijiet.
41. (1) Salv kif provdut f’xi liġi oħra, ħadd ma jista’ jħalli
ebda ħaġa f’xi port jew fuq xi moll jew fuq xi post ta’ irmiġġ li
jista’ jfixkel in-navigar ħieles jew jagħlaq il-passaġġ, l-imbark jew
l-izbark ta’ persuni, merkanzija jew oġġetti oħra, jew iħalli
hemmhekk xi bastiment imkisser, abbandunat jew mgħarraq.
(2) Id-Direttur jista’ jagħti ordnijiet lill-Kaptani ta’ bastimenti
sabiex jiġu evitati inċidenti jew tfixkil għal navigar ħieles, jew
inkonvenjenżi oħra.
Rimi fil-portijiet 
ta’ affarjiet li 
jagħmlu l-ħsara.
42. (1) L-ebda sid, Kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ ma
jista’ jħalli f’xi port jew fuq xi moll jew post ta’ irmiġġ xi ħaġa li
tista’ tagħmel ħsara lis-saħħa pubblika, jew inkonvenjent, jew
inkella jarmi fl-ibħra ta’ xi port jew f’xi parti ta’ l-ibħra interni jew
dawk territorjali ta’ Malta xi saborra, skart solidu jew likwidu
maħmuġ li jikkaġuna inkonvenjent.
(2) Jekk xi sid jew Kaptan jinstab ħati ta’ reat taħt dan ir-
regolament, huwa jkun responsabbli għad-danni kollha kaġunati u
għall-ispejjeż kollha li joriġinaw mill-fatti tar-reat, u l-qorti
għandha, fuq talba tal-prosekuzzjoni magħmula f’kull waqt tal-
proċediment imma qabel is-sentenża finali, tordna fl-istess
sentenża li l-ħati għandu jagħmel tajjeb u jħallas lill-Awtorità  dawk
id-danni u l-ispejjeż kollha li tillikwida dik l-qorti, liema ordni
tista’ tiġi esegwita bl-istess mod bħallikieku tkun ingħatat f’azzjoni
ċivili li tkun inbdiet kif imiss mill-Awtorità  kontra l-ħati:
Iżda l-ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha tolqot id-
dritt ta’ terzi li jibdew xi azzjoni ċivili kontra l-ħati għal danni li
huma jsofru.
Operazzjoni 
perikoluża.
43. (1) L-ebda sid jew Kaptan ta’ bastiment kummerċjali ma
jista’ jikkaġuna jew jippermetti li xi bastiment jitħaddem b’mod ta’
periklu għall-ħajja tan-nies jew tal-proprjetà  ta’ l-oħrajn jew li
jista’ jagħmel ħsara lill-ambjent tal-baħar.
(2) Ħadd ma jista’ jħaddem bastiment b’veloċità  għolja jew
meta jkun fi stat ta’ sokor, jew bi tħaddim mhux kif imiss, jew
b’aġir deliberat u mhux xieraq, biex jaghmel il-ħsara lill-proprjetà
ta’ xi persuna oħra.
(3) Fejn tkun saret xi ħsara fil-proprjetà  ta’ persuni oħra kif
hemm qabel imsemmi, il-qorti li ssib is-sid ħati tista’ tordna li s-sid
tal-bastiment għandu jħallas dik is-somma li l-qorti jkun jidhrilha li
tkun ta’ kumpens raġonevoli għal dik il-ħsara.
Prevenzjoni ta’ 
kolliżjoni u navigar 
tajjeb.
44. (1) Il-Kaptan ta’ bastiment għandu, jekk jista’ b’mod
konvenjenti, iħalli bastiment ieħor jgħaddi u jevita li jfixkel l-
operatur ta’ xi bastiment ieħor.
L.S.234.20
L.S.234.21
Kap. 234.
(2) Il-Kaptani ta’ bastimenti kummerċjali għandhom iħarsu r-
regolamenti dwar il-Prevenżjoni ta’ Kolliżjonijiet fit-Tbaħħir u r-
regolamenti dwar is-Sinjali ta’ Periklu, maħruġa taħt l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili, li għall-iskop ta’ dawn ir-regolamenti jidħlu
fis-seħħ bħallikieku nħarġu f’dawn ir-regolamenti, u għandhom
f’kull waqt jieħdu dawk il-prekawzjonijiet tas-soltu fl-attivitajiet
14 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
ordinarji tal-baħħara, jew skond iċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ.
Għajnuna lill-
bastimenti fil-
periklu.
45. L-ebda bastiment ma għandu, f’każ ta’ periklu, jirrifjuta li
jgħin lil xi bastiment ieħor li jkun qed jitlob għajnuna.
Numru ta’ 
passiġġieri jew 
ammont ta’ 
merkanzija li jġorr.
46. Bastiment kummerċjali ma jista’ fl-ebda ħin iġorr iktar
persuni jew passiġġieri jew merkanzija mill-ammont li jidher fuq
iċ-ċertifikat rilevanti maħruġ mid-Direttur skond dawn ir-
regolamenti u l-Kodiċi ta’ Prattika.
Ġarr ta’ 
passiġġieri.
47. Meta jkun qed iġorr il-passiġġieri, bastiment kummerċjali
tal-passiġġieri ma jistax jintuża għal xi skop ieħor, iżda:
(a) bastiment kummerċjali tal-passiġġieri jista’ jġorr
merkanzija jekk dan ikun hekk iċċertifikat u
awtorizzat mid-Direttur għal daqshekk;
(b) tibqa’ dejjem ir-responsabbiltà  tal-Kaptan li jiżgura li
dik il-merkanzija m’hi b’ebda mod ta’ ħsara għall-
passiġġieri minħabba x-xorta, l-kwantità  jew l-istivar
tagħha.
Tagħmir u apparat 
li jridu jiġu 
pprovduti fuq 
bastiment 
kummerċjali.
48. Kull detentur ta’ liċenza għandu jiżgura li l-bastiment
ikollu abbord fuqu:
(a) l-apparat rilevanti u effettiv għas-salvataġġ tal-ħajja u
għat-tifi tan-nar u tagħmir ieħor effettiv stipulat fil-
Kodiċi ta’ Prattika;
(b) kull provvista sostituttiva jew tip, materjal, apparat
jew tagħmir ieħor flokhom li d-Direttur jista’ jaċċetta
bħala għallinqas ta’ l-istess effettività  bħala
alternattiva għal dawk meħtieġa minn dawn ir-
regolamenti.
Persunal
Il-persunal fuq 
bastiment 
kummerċjali.
49. L-inqas persunal fuq bastiment kummerċjali għas-sigurtà
tan-navigar għandu dejjem ikun konformi mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ta’
Prattika.
Prova taċ-ċertifikat 
ta’ kompetenza.
50. Kull Kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ għandu jipproduċi
ċ-ċertifikat ta’ kompetenza tiegħu lid-Direttur meta huwa jitlobulu.
Kwalifiki. 51. Ħadd ma jista’ jaħdem ta’ Kaptan, jew membru ta’ l-
ekwipaġġ fuq bastiment sakemm ma jkollux ċertifikat ta’
kompetenza maħruġ mid-Direttur, skond ir-rekwiżiti rilevanti
stipulati fil-Kodiċi ta’ Prattika jew dawk il-kwalifiki l-oħra li
jistgħu jkunu rikonnoxxuti mid-Direttur:
L.S.10.23
Iżda persuna li qabel ma dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ
kellha fil-pussess tagħha liċenza speċjali biex twettaq id-dmirijiet
ta’ Kaptan jew ta’ konduttur tal-makni skond ir-Regolamenti dwar
Bastimenti li jitħaddmu Mekkanikament (Passiġġieri u
Merkanzija), għandha fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti, tikseb ċertifikat ta’ Kaptan ta’ bastiment
kummerċjali jew ċertifikat ta’ konduttur tal-makni ta’ bastiment
kummerċjali, rispettivament:
Iżda wkoll, persuna li għandha xi kwalifiki oħra għandha, fi
żmien sena mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti,
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 15
tikseb il-kwalifiki adatti taħt il-ħtiġiet tal-Kodiċi ta’ Prattika:
Iżda wkoll, jekk fil-ħames snin sewwasew qabel ma ssir l-
applikazzjoni għaċ-ċertifikat rilevanti, dik il-persuna ma tkunx
ħadmet fl-istess kapaċità  fuq bastiment simili għal mill-inqas tnax-
il xahar servizz b’kollox, id-Direttur jista’ jitolbu biex jagħmel
eżami ieħor prattiku, bil-miktub jew orali, qabel ma jitħalla jaħdem
fuq bastiment kummerċjali.
Reat mill-Kaptan 
jew minn membru 
ta’ l-ekwipaġġ.
52. (1) Jekk Kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ fl-eżerċizzju
ta’ dmirijietu jkun kiser xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti
jew ma jkunx obda xi ordni jew direttiva mogħtija mid-Direttur, id-
Direttur għandu jagħti avviż lill-ħati li jkun fih deskrizzjoni
ġenerali tar-reat u jista’:
(a) jissospendi jew jirrevoka ċ-ċertifikat ta’ dak il-Kaptan
jew membru ta’ l-ekwipaġġ;
(b) jimponi piena ta’ mhux aktar minn elf lira għal kull
reat li trid titħallas lid-Direttur fiż-żmien li jiġi stipulat
fl-avviż, li fl-ebda każ ma jista’ jkun ta’ inqas minn
sebat ijiem, jew fil-każijiet fejn piena imposta taħt
dawn ir-regolamenti ma titħallasx fiż-żmien hawn
qabel imsemmi, il-proċedimenti tas-soltu għal dak ir-
reat jistgħu jittieħdu skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
(2) Is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikat jew il-ħlas ta’ xi
piena imposta taħt dan ir-regolament għandha titqies, għal kull
skop u fini tal-liġi, bħala ammissjoni ta’ l-għemil tar-reat u ma
tista’ tittieħed l-ebda azzjoni oħra għal dak ir-reat.
Validazzjoni mill-
ġdid ta’ kwalifika.
53. (1) Ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ taħt dawn ir-
regolamenti jibqa validu għal żmien ħames snin, sakemm dan
jitħassar jew jiġi sospiż skond ir-regolament 52 jew skond xi
disposizzjonijiet legali oħra.
(2) Kull ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ lil Kaptan jew lil xi
membru ta’ l-ekwipaġġ jibqa’ validu biss jekk id-detentur tiegħu
jkun ħadem f’dik il-kapaċità  permessa miċ-ċertifikat għal mill-
inqas tnax-il xahar b’kollox f’kull perijodu konsekuttiv ta’ ħames
snin li jibdew mid-data ta’ ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat; jekk din il-
ħtieġa ma titwettaqx, id-Direttur jista’ jitlob lid-detentur taċ-
ċertifikat jagħmel eżami prattiku, bil-miktub jew orali, qabel ma
jitħalla jaħdem fuq xi bastiment kummerċjali.
Disposizzjonijiet mivvellanji
Alterazzjoni 
f’bastiment 
kummerċjali.
54. (1) M'hi permessa ebda alterazzjoni li taffettwa t-
tunnellaġġ jew id-deskrizzjoni tal-bastiment mingħajr il-permess
bil-miktub minn qabel tad-Direttur.
(2) Qabel ma l-bastiment jerga’ joħroġ għax-xogħol wara din l-
alterazzjoni kif permessa, is-sid irid jippreżenta l-bastiment għall-
ispezzjoni f’dak il-ħin u post li jistabbilixxi d-Direttur.
(3) Wara l-ispezzjoni preskritta fis-subregolament (2), id-
Direttur jista’ jew japprova l-validità  li tkompli għaddejja taċ-
ċertifikat maħruġ jew jehmeż kondizzjonijiet inqas jew iktar maċ-
16 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
ċertifikat jew jirrevoka l-liċenza jekk id-Direttur jidhirlu li l-
bastiment ma jkunx għadu adatt għall-iskop intiż tiegħu.
L-indafa fuq 
bastiment 
kummerċjali.
55. Kull bastiment kummerċjali għandu f’kull żmien jinżamm
f’kondizzjoni nadifa u sanitarja mis-sid jew mill-Kaptan.
Inċidenti. 56. (1) Is-sid jew il-Kaptan ta’ bastiment involut f’inċident
fejn ikun hemm min weġġa’ jew tilef ħajtu abbord il-bastiment jew
x’imkien ieħor, jew f’kolliżjoni ma’ bastiment ieħor jew ma’
proprjetà  oħra bi ħsara jew telf għall-bastiment l-ieħor, jew bi ħsara
għall-ambjent tal-baħar jew lill-proprjetà  oħra, għandu mill-ewwel
jagħti rapport verbali ta’ dan l-inċident lid-Direttur u fi żmien
erbgħa u għoxrin siegha mill-inċident jagħti rapport bil-miktub lid-
Direttur bid-dettalji kollha li huwa jista' jitlob.
(2) Fil-każ ta’ inċident bħal dak, id-Direttur jista’ jispezzjona l-
bastiment kummerċjali jew jissospendi jew jirrevoka ċ-
ċertifikazzjoni li jkollu.
(3) Minghajr preġudizzju għal kull regolament ieħor f’dawn ir-
regolamenti:
(i) meta inċident ikun ġie rrapurtat jew osservat jitqies
mid-Direttur bħala inċident importanti jew avveniment
perikoluż, id-Direttur jista’ jaħtar lil xi persuna biex
tagħmel inkjesta dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet
possibbli li taw lok għal dan;
(ii) is-sid tal-bastiment kummerċjali għandu jgħin lill-
persuna jew persuni f’dik l-inkjesta f’kull aspett
rilevanti ta’ l-inkjesta;
(iii) malli titlesta l-inkjesta, il-persuna maħtura trid
tagħmel rapport tar-riżultanżi tagħha lid-Direttur.
Spezzjonijiet. 57. (1) Id-Direttur għandu jaħtar lil xi persuna biex teżamina,
tinvestiga jew tispezzjona bastiment jew xi liċenza jew ċertifikat
jew xi dokument rilevanti ieħor.
(2) Id-Direttur jista’ f’kull waqt jitlob lis-sid jippreżenta l-
bastiment għal spezzjoni.
(3) Kull min jiġi maħtur mid-Direttur biex jaqdi dawk id-
dmirijiet kif stabbiliti b’dan ir-regolament ikollu s-setgħa li:
(a) jitla’ abbord bastiment mingħajr ebda ostaklu u
mingħajr ebda avviż minn qabel kullimkien u f’kull
ħin matul il-jum jew bil-lejl;
(b) jitlob l-għajnuna tal-Pulizija fit-twettiq ta’ dmirijietu;
(ċ) jeżamina lil kull min ikun involut fl-eżekuzzjoni ta’
dawn ir-regolamenti;
(d) jispezzjona kull dokument li għandu jinżamm kif
preskritt b’dawn ir-regolamenti;
(e) jordna lis-sid, lill-Kaptan jew lil xi membru ta’ l-
ekwipaġġ li jissospendi t-tħaddim ta’ bastiment.
(4) Kull min ifixkel jew jostakola lil xi persuna maħtura mid-
Direttur biex tispezzjona xi bastiment fl-ispezzjoni ta’ dak il-
BASTIMENTI KUMMERĊJALI ġ L.S.352.16 17
bastiment jew ma jkunx irid jobdi d-direttivi li din il-persuna tista’
tagħti, jkun ħati ta’ reat.
Id-detentur ta’ 
liċenza għandu 
jagħti kull 
informazzjoni.
58. Is-sid għandu jagħti meta hekk jintalab jagħmel kull
partikolarità  u informazzjoni li jistgħu jintalbu mid-Direttur,
inklużi l-partikolaritajiet tal-persuna li kellha l-bastiment f’idejha
f’xi okkażjoni.
Ħruġ ta’ direttivi.
ta’ bastimenti kummerċjali għall-iskop ta’ prevenzjoni ta’
inkonvenjenzi, inċidenti jew impedimenti lis-sigurtà  tan-navigar
ħieles, is-sigurtà  tal-passiġġieri, il-prevenzjoni tat-tniġġis ta’ l-
ambjent tal-baħar u t-tneħħija ta’ skart ġej minn bastimenti minn
kuntrattur approvat minn rotot ta’ tneħħija ta’ skart approvati.
Id-Direttur jista’ 
jissospendi liċenza 
jew jimponi pieni.
60. (1) Jekk sid jew Kaptan ta’ bastiment jonqos milli jħares
il-ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti jew id-direttivi mogħtija mid-
Direttur jew il-pattijiet u l-kondizjonijiet tal-licenza, id-Direttur
għandu jagħti lil dik il-persuna avviż bid-deskrizzjoni ġenerali tar-
reat u jista’:
(a) jissospendi jew jirrevoka il-liċenza jew ċertifikat ta’
dak il-bastiment u jista’ jitlob li s-sid ineħħi dak il-
bastiment fiż-żmien u f’post li jidhirlu u jekk is-sid ma
jobdihx, id-Direttur jista’ jordna t-tneħħija tal-
bastiment b’riskju u bi spiża tas-sid;
(b) jimponi piena ta’ mhux aktar minn elf lira għal kull
reat u li għandha titħallas lid-Direttur fiż-żmien
stipulat fl-avviż, li qatt ma għandha tkun inqas minn
sebat ijiem, jew fil-każijiet fejn piena imposta taħt dan
ir-regolament ma tkunx tħallset fiż-żmien stipulat,
jistgħu jittieħdu l-proċedimenti tas-soltu għar-reat
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenza jew taċ-ċertifikat
jew il-ħlas ta’ piena ordnata taħt dan ir-regolament għandhom għal
kull fini tal-ligi, jitqiesu bħala ammissjoni ta’ l-għemil tar-reat, u
ma tista' tittieħed l-ebda azzjoni oħra għal dak ir-reat.
Il-prerogattiva tad-
Direttur.
61. Minkejja kull ma jinsab f’dawn ir-regolamenti, id-Direttur
jista’ jeżenta jew jordna kull ħtieġa oħra għal bastiment
kummerċjali jew sid, Kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ.
Reati.
f’dawn ir-regolamenti jew xi kondizzjoni li fuqha tkun inħarġet
liċenza jew ċertifikat taħt dawn ir-regolamenti tista’ teħel, meta r-
reat ikun sar għall-ewwel darba u meta tinsab ħajta multa ta’ mhux
aktar minn elf lira għal kull reat, u fil-każ ta’ reat jew reati
kontinwati, multa oħra ta’ mhux aktar minn ħames mitt lira għal
kull reat għal kull ġurnata jew parti minnha.
(2) Il-qorti tista’ wkoll, fil-każ ta’ kontravenzjoni li ssir mis-
sid jew mill-Kaptan ta’ bastiment tordna s-sekwestru tal-bastiment,
għal żmien ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bi spejjeż tas-sid.
(3) Meta ħati jinsab ħati għat-tieni darba jew iktar drabi ta’ xi
kontravenzjoni, l-qorti tista’ tħassar il-liċenza jew ic-ċertifikat, jew
tissospendihom għal xi żmien, fid-diskrezzjoni tagħha.
18 L.S.352.16 ħ BASTIMENTI KUMMERĊJALI
(4) Meta reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti
isir minn korp ta’ persuni jew korp magħqud, kull persuna li, fiż-
żmien ta’ l-għemil tar-reat kienet direttur, manager jew uffiċjal
ieħor bħal dawn ta’ dak il-korp ta’ persuni jew korp magħqud, jew
li kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-kapacità , tkun ħatja ta’ dak ir-
reat sakemm ma ġġibx prova li r-reat sar bla ma kienet taf u li tkun
eżerċitat id-diliġenza kollha dovuta biex tipprevjeni l-għemil tar-
reat.
Responsabbiltà  ta’ 
l-Awtorità .
63. Ir-responsabbiltà  għat-tħaris ta’ dawn ir-regolamenti u
provvedimenti leġislattivi oħra taqa’ biss fuq is-sid u l-Kaptan tal-
bastiment. L-Awtorità  ma għandhiex tinżamm responsabbli għal
konsegwenzi li joriġinaw minn atti ta’ ommissjoni jew ta’ għemil
għar-rigward ta’ xi ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Proċedimenti 
quddiem il-Qorti 
tal-Maġistrati.
Kap. 9.
64. Proċedimenti għal reat kontra dawn ir-regolamenti
jittieħdu fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex), skond il-każ, u jimxu skond id-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi Kriminali li jirregolaw il-proċedura quddiem dawk il-qrati
bħala qrati ta’ ġudikatura kriminali.
Arranġamenti 
transitorji.
65. Id-Direttur jista’ jistabbilixxi arranġamenti transitorji
għall-għemil ta’ arranġamenti dwar affarijiet tekniċi relattivi għall-
ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Drittijiet u setgħat. 66. Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma tabroga jew
tippreġudika xi dritt jew setgħat mogħtija lill-Awtorità .
Ir-regolamenti ma 
jneħħu xejn minn 
disposizzjonijiet 
leġislattivi oħra.
67. Id-disposizzjonijiet f’dawn ir-regolamenti huma b’żjieda
ma’ u ma jneħħu xejn mid-disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti oħra
fis-seħħ, jew ta’ xi liġi ta’ Malta.
Drittijiet. 68. Id-drittijiet li jitħallsu għal-liċenzi ta’ operatur ta’
bastiment kummerċjali u għaċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjonijiet
maħruġa taħt dawn ir-regolamenti jiġu stabbiliti, minn żmien għal
żmien, mill-Awtorità .
