PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.17
REGOLAMENTI DWAR PILOTAĠĠ MARITTIMU
1 ta’ Marzu, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 96 ta’ l-2003.
Preliminari
Titolu.
Pilotaġġ Marittimu.
Skop.
Kondotta msemmija fir-regolamenti 6 u 25 għandhom jirregolaw
id-disposizzjoni tas-servizzi ta’ pilotaġġ fil-portijiet ta’ Malta
f’konformità  ma’ l-Att.
Tifsir.
tkunx teġtieġ xort’oħra:
Kap. 352.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta kif stabbilita
bl-Att;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Pilotaġġ stabbilit bis-saħħa ta’ l-
artikolu 55 ta’ l-Att;
"Direttur" tfisser id-Direttur Eżekuttiv responsabbli mill-portijiet
maħtur taħt l-artikolu 8 ta’ l-Att, jew kull persuna awtorizzata
minnu biex taġixxi f’ismu;
"drittijiet tal-lanċa tal-pilota" għandu jkun l-ammont pagabbli
mill-vapur għall-provvista tal-lanċa tal-pilota;
"ftehim ta’ pilotaġġ" għandha t-tifsira assenjata lilha fir-
regolamenti 4 u 6;
"ħlas ta’ pilotaġġ" għandu jkun il-ħlas mitlub mill-provditur tas-
servizz għall-provvista ta’ pilotaġġ skond dawn ir-regolamenti u l-
Ftehim imsemmi fir-regolament 6;
"kumitat tekniku" tfisser kumitat iffurmat minn rappreżentanti
ta’ l-Awtorità  u tal-provditur tas-servizz, li l-kompożizzjoni u
funzjonijiet preċiżi tiegħu għandhom ikunu determinati mill-ftehim
dwar il-pilotaġġ;
"lanċa tal-pilota" tfisser dgħajsa jew bastiment użati għall-għoti
ta’ servizzi ta’ pilotaġġ;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli mill-portijiet u t-
tbaħħir;
"pilota" tfisser persuna li għandha liċenza maħruġa mill-
Awtorità  skond ir-regolament 7 biex tippilota il-vapuri, u għandha
tinkludi wkoll il-Pilota Ewlieni u l-Viċi Pilota Ewlieni;
"pilota anzjan" tfisser pilota ta’ Klassi 1 li hu awtorizzat mill-
Awtorità  biex jagħti s-servizzi ta’ pilotaġġ kollha bla ebda
limitazzjoni rigward vapuri u portijiet partikolari jew partijiet
minnhom;
2 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
"Pilota Ewlieni" u "Viċi Pilota Ewlieni" tfisser dawk il-piloti
eletti skond u għall-finijiet tar-regolament 18;
"port" għandha jkollha l-istess tifsira assenjata lilha fl-Att;
"port ta' pilotaġġ obbligatorju" tfisser port iddikjarat bħala tali
fit-Taqsima III ta’ l-Ewwel Skeda;
"provditur ta’ servizz" tfisser dik l-assoċjazzjoni, soċjetà
koperattiva jew kumpannija magħmula minn grupp ta’ piloti
liċenzjati skond dawn ir-regolamenti, li l-għadd tagħhom ikun daqs
dak meħtieġ għall-provvista ta’ servizzi ta’ pilotaġġ skond ir-
regolament 4(2):
Iżda jekk l-għadd ta’ persuni li jkollhom liċenza biex
jipprovdu servizzi ta’ pilotaġġ taħt dawn ir-regolamenti jinżel taħt
dak meħtieġ taħt ir-regolament 4(2) imsemmi, il-grupp għandu
jikkonsisti f’dak l-għadd ta’ piloti li jkollhom liċenza;
"tariffa tal-pilotaġġ" għandha tkun l-ammont sħiħ dovut mill-
vapur għall-provvista tas-servizz ta’ pilotaġġ kif speċifikat fl-
Iskeda u għandha tinkludi l-ħlas ta’ pilotaġġ dovut lill-provditur
tas-servizz, il-kontribuzzjonijiet soċjali dovuti skond ir-regolament
34 u ħlasijiet oħra li jistgħu jkunu mitluba mill-Awtorità
f’konnessjoni ma’ pilotaġġ b’ordni tal-Ministru;
"Tul Kollu (LOA)" tfisser it-tul kollu tal-bastiment mill-quddiem
nett ta’ l-istruttura permanenti fissa ta’ quddiem sal-waranett ta’ l-
istruttura permanenti fissa ta’ wara tal-bastiment;
"vapur" għandha jkollha l-istess tifsira kif assenjata lilha fl-Att.
Pilotaġġ
Organizzazzjoni 
tal-pilotaġġ.
4. (1) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, l-
Awtorità  għandha torganizza u tiżgura l-provvista ta’ servizzi ta’
pilotaġġ fil-portijiet billi tidħol fi ftehim ta’ pilotaġġ ma’ provditur
ta’ servizz skond ma hemm fir-regolament 6(1).
(b) Jekk provditur ta’ servizz jonqos milli jipprovdi s-servizz
ta’ pilotaġġ skond dawn ir-regolamenti u skond il-ftehim ta’
pilotaġġ, l-Awtorità  tista’, f’każijiet ta’ emerġenza, tagħmel mezz
li tqabbad persuni kompetenti biex tiżgura t-tmexxija kif għandu
jkun tas-servizz ta’ pilotaġġ.
(ċ) Qabel ma tidħol fi ftehim ma’ provditur ta’ servizz, l-
Awtorità  għandha tiżgura li l-istruttura tal-korp tkun tali li
tippermetti l-provvista adegwata ta’ servizzi ta’ pilotaġġ skond
dawn ir-regolamenti u l-ftehim ta’ pilotaġġ.
(2) L-Awtorità  għandha tistabbilixxi, skond il-ftehim ta’
pilotaġġ, l-għadd ta’ piloti li jkollhom liċenza meħtieġa għall-
provvista tas-servizzi ta’ pilotaġġ f’xi waqt partikolari billi tqis
x’ikunu l-ħtiġiet tas-suq u l-effikaċja tas-servizzi li għandhom jiġu
pprovduti.
(3) Il-pilotaġġ għandu jkun taħt is-superviżjoni u jkun
regolamentat mill-Awtorità .
Funzjoni tal-pilota. 5. (1) Il-funzjoni tal-pilota abbord vapur hija li jagħti
informazzjoni u parir lill-kaptan tal-vapur, u wkoll li jgħin lill-
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 3
kaptan u lill-uffiċjali tan-navigazzjoni tal-vapur biex jgħaddu
b’mod sigur miż-żona jew żoni tal-pilotaġġ li dwarhom ikun
tqabbad il-pilota.
(2) Minkejja l-preżenza ta’ pilota fuq vapur, il-kaptan tal-vapur
jibqa’ responsabbli għat-tmexxija u n-navigazzjoni tal-vapur f’kull
rigward.
Ftehim ta’ 
pilotaġġ.
6. (1) L-Awtorità  għandha tidħol fi ftehim ta’ pilotaġġ mal-
provditur tas-servizz.
(2) Għandu jkun hemm Kodiċi ta’ Kondotta bħala anness mal-
ftehim ta’ pilotaġġ li jispeċifika l-istandards li l-piloti għandhom
jadottaw u l-proċeduri li għandhom isegwu fil-provvista ta’ servizzi
ta’ pilotaġġ. Il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jifforma parti integrali
mill-ftehim ta’ pilotaġġ.
Liċenzi tal-piloti.
disposizzjonijiet ta’ l-Att u ta’ dawn ir-regolamenti, l-Awtorità ,
wara li tieħu l-parir tal-Bord, tista’ toħroġ liċenzi lil persuni biex
jaġixxu ta’ piloti.
(2) Il-persuna li tinħarġilha liċenza għandha tħallas lid-Direttur
pagament kif stabbilit minn żmien ghal żmien mill-Awtorità .
(3) Din il-liċenza tista’ tkun revokata mill-Awtorità  skond ma
hemm f’dawn ir-regolamenti.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, meta toħroġ
liċenza taħt dawn ir-regolamenti, l-Awtorità  tista’ żżid magħha
dawk il-kondizzjonijiet mal-liċenza kif speċifikat fir-regolament
13.
Revoka ta’ liċenza.
pilota maħruġa minnha għar-raġunijiet imsemmija f’dawn ir-
regolamenti. Din il-liċenza, jekk tkun revokata b’dan il-mod,
għandha ttemm milli jkollha effett u, jekk sospiża b’dan il-mod,
għandha tkun bla effett tul il-perjodu li tulu tkun sospiża.
(2) F’każijiet bħal dawn meta l-Awtoirtà  tirrevoka jew
tissospendi liċenza, il-liċenza għandha tintradd lura lill-Awtorità  fi
żmien erbgħa u għoxrin siegħa.
(3) Persuna li kellha l-liċenza tagħha sospiża jew revokata
għandu jkollha d-dritt tappella lill-Bord mid-deċiżjoni ta’ l-
Awtorità  billi tagħmel rikors fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta
tiġi avżata bid-deċiżjoni.
Rekwiżiti u 
kwalifiki għall-
għoti ta’ liċenza.
9. (1) Ebda persuna ma għandha tingħata liċenza biex isservi
ta’ pilota kemm-il darba dik il-persuna -
(a) m’hix ċittadin ta’ Malta, iżda l-Awtorità  tista’, fuq
parir tal-Bord, toħroġ liċenza lil ċittadin ta’ pajjiż
ieħor jekk dan l-applikant jikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u ma jkun
hemm ebda ċittadin ta’ Malta li jkun kwalifikat biex
iservi ta’ pilota li joffri s-servizzi tiegħu;
(b) m’hix inqas mill-età  ta’ tlieta u għoxrin sena u ma
jkollhiex aktar minn erbgħin sena fid-data ta’ l-għeluq
4 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
tat-tfigħ ta’ l-applikazzjonijiet;
(ċ) ma tipproduċix xhieda sodisfaċenti ta’ karattru tajjeb u
ta’ kondotta sobrija;
(d) ma kenitx iddikjarata li hija fiżikament u mentalment
tajba biex isservi ta’ pilota minn bord mediku maħtur
mill-Awtorità  u skond standards adatti ta’ saħħa
medika stabbiliti mill-Awtorità  biex jiżguraw li l-
pilota ma jkollux xi kondizzjoni li tista’ tipperikola
jew timpedixxi l-mod sigur kif imexxi operazzjoni ta’
pilotaġġ;
(e) ma jkollhiex xi waħda minn dawn il-kwalifiki fl-ordni
ta’ prijorità  kif ġej:
L.S. 234.17
(i) ċertifikat ta’ kompetenza ta’ Kaptan ta’ vapur ta’
3000 GT jew aktar bla limitazzjonijiet
(Regolament II/2 STCW) maħruġa mill-
Awtorità  skond il-Merchant Shipping (Training
and Certification) Regulations, 2002, kif
emendati;
(ii) ċertifikat ekwivalenti għal (i) maħruġ mill-
Awtorità  rilevanti ta’ stat ta’ bandiera li hu
firmatarju ta’ l-International Convention on
Standards of Training, Certification and
Watchkeeping for Seafarers, 1978, kif emendata;
L.S. 234.17
(iii) ċertifikat ta’ kompetenza ta’ Uffiċjal (Chief
Mate) ta’ vapur ta’ 3000 GT jew aktar bla
limitazzjonijiet (Regolament II/2 STCW)
maħruġ mill-Awtorità  skond il-Merchant
Shipping (Training and Certification)
Regulations, 2002, kif emendati;
(iv) ċertifikat ekwivalenti għal (iii) maħruġ mill-
Awtorità  rilevanti ta’ stat ta’ bandiera li hu
firmatarju ta’ l-International Converttion on
Standards of Training, Certification and
Watchkeeping for Seafarers, 1978, kif emendata;
Kap. 234.
(v) ċertifikat ta’ kompetenza għal gradi mhux inqas
minn uffiċjal inkarigat minn Għassa
Navigazzjonali ta’ vapur li jbaħħar fl-oċeani
maħruġ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
il-Bastimenti Merkantili jew ċertifikat
ekwivalenti maħruġ minn awtorità  kompetenti
barranija aċċettabbli għall-Awtorità ;
L.S. 352.16
(vi) ċertifikat ta’ kompetenza ta’ kaptan ta’
bastiment kummerċjali maħruġ mill-Awtorità
skond ir-Regolamenti dwar Bastimenti
Kummerċjali, kif emendati;
(f) ma jipproduċix prova sodisfaċenti li għandu mhux
inqas minn sitt snin esperjenza rilevanti fuq il-baħar;
(g) ma jkunx għadda l-eżami adattat preskritt mir-
regolament 10;
(h) ma jkunx jaf jaqra, jikteb u jitkellem tajjeb bil-Malti u
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 5
bl-Ingliż;
(i) ma jkunx serva bħala pilota li qed jitħarreġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Ebda persuna m’għandha tinħarġilha liċenza biex isservi ta’
pilota jekk tkun instabet ħatja ta’ xi reat kriminali li fl-opinjoni ta’
l-Awtorità  jitqies li hu ta’ ħsara għall-provvista ta’ servizzi ta’
pilotaġġ b’mod ġenerali.
Eżami.
l-ewwel takkwista liċenza biex isservi ta’ pilota li qed jitħarreġ.
Qabel ma tinħareġ liċenza lil kandidat biex iservi ta’ pilota li qed
jitħarreġ, l-Awtorità  u l-Bord għandhom ikunu sodisfatti li dak il-
kandidat -
(a) jissodisfa d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 9(1)(a)
sa (h) u 9(2);
(b) għadda, għas-sodisfazjoni tal-bord ta’ eżaminaturi
maħtur mill-Bord minn fost il-kumitat tekniku, minn
eżami skritt u, jew orali bbażat fuq sillabu li hu
ppubblikat minn żmien għal żmien mill-Awtorità .
(2) Qabel jersaq għall-eżami msemmi hawn qabel, kull
kandidat għandu jħallas lid-Direttur ħlas stabbilit minn żmien għal
żmien mill-Awtorità .
(3) Meta fil-każ li aktar kandidati mill-għadd ta’ applikanti
meħtieġa biex jimlew vakanza jew vakanzi jgħaddu mill-eżami, li
jkun ta’ xorta kwalifikattiva, l-ordni tal-mertu li sussegwentement
għandha tiddetermina t-tqegħid fl-ordni tal-kandidati għandu jkun
stabbilit mill-Bord fuq il-parir tal-bord ta’ eżaminaturi. Il-Bord
jista’ jaghti preferenza lil dawk il-kandidati li jkunu għaddew u li
jkollhom kwalifiki ogħla u li jkollhom l-aktar esperjenza prattika
adatta.
Liċenza biex 
wieħed iservi ta’ 
pilota li qed 
jitħarreġ.
11. (1) Meta kandidat jissodisfa l-ħtiġiet tar-regolament 10, l-
Awtorità , fuq il-parir tal-Bord, tista’ toħroġ lil dak il-kandidat
liċenza bħala pilota li qed jitħarreġ bla ħsara għal dawk il-
kondizzjonijiet li l-Awtorità , fuq il-parir tal-Bord, tista’ tqis li
jkunu adatti.
(2) Liċenza maħruġa skond ma hemm fis-subregolament (1)
għandha, jekk ma tkunx revokata qabel, tibqa’ valida għal perjodu
ta’ sitt xhur mid-data tal-ħruġ, f’liema perjodu d-detentur tal-
liċenza jitqies li hu pilota li qed jitħarreġ.
(3) Il-pilota li qed jitħarreġ għandu jirċievi rimunerazzjoni
waqt it-taħriġ tiegħu mill-provditur tas-servizz.
Liċenza biex 
wieġed iservi ta’ 
pilota.
12. (1) Sabiex jikkwalifika biex iservi ta’ pilota, pilota li qed
jitħarreġ għandu, mhux qabel ir-raba’ xahar u mhux aktar tard mis-
sitt xahar mid-data tal-ħruġ tal-liċenza ta’ pilota li qed jitħarreġ,
jissodisfa lill-Awtorità :
(a) li hu akkumpanja lil pilota detentur ta’ liċenza fuq
mhux inqas minn erba’ mitt operazzjoni ta’ pilotaġġ
abbord vapuri, waqt li dawk il-vapuri kienu deħlin jew
ħerġin mill-portijiet ta’ pilotaġġ obbligatorju, li mija
6 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
minnhom iridu jsiru tul il-lejl u mija jridu jkunu waqt
li l-vapur ikun dieħel;
(b) li min ikun qed jitħarreġ għandu jirreġistra dawn il-
manuvri kollha msemmija fil-paragrafu (a) f’ġurnal ta’
abbord speċjali miżmum għaldaqshekk u li fih ikun
hemm reġistrati l-vapur, id-data, ix-xorta tal-manuvra,
u li jkun iġib il-kontrofirma tal-pilota li jkun qiegħed
miegħu. Fi tmiem il-perjodu ta’ taħriġ il-Pilota
Ewlieni għandu jniżżel il-kontrofirma fuq kull folja
tal-ġurnal ta’ abbord;
(ċ) li jkun akkwista t-tagħrif meħtieġ tal-leġislazzjoni
rilevanti u l-prattika u operazzjonijiet ta’ pilotaġġ,
b’mod partikolari safejn dawn ir-regolamenti jirreferu
għar-rappurtar, il-manuvrar u l-irmiġġ ta’ vapuri;
(d) li jkollu għarfien dettaljat ta’ l-informazzjoni li
għandha tingħadda lill-Kaptan tal-vapur u wkoll
għarfien dettaljat ta’ l-informazzjoni li għandha
tingħadda minn dan il-Kaptan.
(2) Pilota li jkun qed jitħarreġ u li jonqos milli jissodisfa d-
disposizzjonijiet preskritti fis-subregolament (1) jista’ jitħalla
jkompli b’aktar taħriġ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.
(3) Pilota li jkun qed jitħarreġ u li jissodisfa l-ħtiġiet ordnati
fis-subregolament (1) għandha tinħariġlu liċenza biex iservi ta’
pilota mill-Awtorità .
(4) Liċenza maħruġa skond is-subregolament (3) għandha tkun
revokata awtomatikament jekk fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-
data tal-ħruġ tagħha l-pilota ma jkunx sar membru tal-provditur tas-
servizz.
(5) Il-provditur tas-servizz hu obbligat jaċċetta bħala membru
pilota appena dan ikun irċieva l-liċenza tiegħu.
Klassijiet ta’ piloti. 13. (1) Piloti għandhom ikunu maqsumin fil-klassijiet li
ġejjin:
(a) Piloti Klassi l: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw kull xorta ta’ vapur;
(b) Piloti Klassi 2: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw vapuri sa 300 metru LOA;
(ċ) Piloti Klassi 2A: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw vapuri sa 250 metru LOA;
(d) Piloti Klassi 3: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw vapuri sa 200 metru LOA;
(e) Piloti Klassi 3A: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw vapuri sa 175 metru LOA;
(f) Piloti Klassi 4: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw vapuri sa 150 metru LOA;
(g) Piloti Klassi 4A: Piloti li jkollhom liċenza biex
jippilotaw vapuri sa 130 metru LOA.
(2) Qabel ma japplika lill-Awtorità  biex ikun klassifikat bħala
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 7
pilota Klassi 4, pilota Klassi 4A għandu l-ewwel ikun serva għal
mill-inqas għaxar xhur bħala pilota Klassi 4A u għandu jkun
akkumpanja pilota għal mill-inqas 100 manuvra (li 25 minnhom
iridu jsiru matul il-lejl) fuq vapuri ’l fuq minn 130 metru LOA.
(3) Qabel japplika lill-Awtorità  biex ikun klassifikat bħala
pilota Klassi 3A, pilota Klassi 4 għandu jkun serva għal mill-inqas
għaxar xhur bħala pilota Klassi 4 u jkun akkumpanja pilota għal
mill-inqas 75 manuvra (li 20 minnhom iridu jsiru matul il-lejl) fuq
vapuri ’l fuq minn 150 metru LOA.
(4) Qabel japplika lill-Awtorità  biex ikun klassifikat bħala
pilota Klassi 3, pilota Klassi 3A għandu jkun serva għal mill-inqas
għaxar xhur bħala pilota Klassi 3A u jkun akkumpanja pilota għal
mill-inqas 50 manuvra (li 13 minnhom iridu jsiru matul il-lejl) fuq
vapuri ’l fuq minn 175 metru LOA.
(5) Qabel japplika lill-Awtorità  biex ikun klassifikat bħala
pilota Klassi 2A, pilota Klassi 3 għandu jkun serva għal mill-inqas
għaxar xhur bħala pilota Klassi 3 u jkun akkumpanja pilota għal
mill-inqas 30 manuvra (li 10 minnhom iridu jsiru matul il-lejl) fuq
vapuri ’l fuq minn 200 metru LOA.
(6) Qabel japplika lill-Awtorità  biex ikun klassifikat bħala
pilota Klassi 2, pilota Klassi 2A għandu jkun serva għal mill-inqas
għaxar xhur bħala pilota Klassi 2A u jkun akkumpanja pilota għal
mill-inqas 15-il manuvra (li 5 minnhom iridu jsiru matul il-lejl) fuq
vapuri ’l fuq minn 250 metru LOA.
(7) Qabel japplika lill-Awtorità  biex ikun klassifikat bħala
pilota Klassi 1, pilota Klassi 2 għandu jkun serva għal mill-inqas
għaxar xhur bħala pilota Klassi 2.
(8) Il-manuvri msemmija fis-subregolamenti (2) sa (7)
għandhom ikunu reġistrati f’ġurnal ta’ abbord speċjali miżmum
apposta u li jindika l-partikolaritajiet tal-vapuri, data u xorta tal-
manuvra. Kull ma jitniżżel għandu jġib il-kontrofirma tal-pilota li
jkun qiegħed miegħu u tal-Pilota Ewlieni.
(9) Il-pilota li l-liċenza tiegħu tkun se titgħolla fil-grad jista’
jippreżenta prova tat-taħriġ tiegħu sad-disa’ xahar biex l-
applikazzjoni tiegħu tista’ tkun ipproċessata mill-Awtorità  fi żmien
biżżejjed biex il-liċenza tiegħu titgħolla fil-grad meta jkun imissha.
(10) L-applikazzjoni li l-pilota jagħmel lill-Awtorità  li fiha
jitlob liċenza ogħla għandu jkollha magħha kopja tal-manuvri
reġistrati msemmijin fis-subregolament (8).
(11) Meta applikazzjoni għal liċenza ogħla li magħha jkollha d-
dokumenti msemmija fis-subregolament (10) tkun ġiet ippreżentata
mill-pilota lill-Awtorità , l-Awtorità  għandha toħroġ il-liċenza
ogħla basta dak il-pilota, tul l-għaxar xhur ta’ qabel, ma jkunx
instab li kien negliġenti fil-qadi ta’ dmirijietu mill-Kumitat ta’
Dixxiplina maħtur mill-Bord.
(12) Fil-każijiet imsemmija fis-subregolament (11), meta
Kumitat ta’ Dixxiplina jsib li l-pilota kien negliġenti fil-qadi ta’
dmirijietu, l-Awtorità  għandha tiddetermina dak il-perjodu ta’
żmien, li m’għandux ikun itwal minn għaxar xhur, li tulu l-pilota
involut għandu jkompli jopera fil-Klassi li minnha jkun qed
8 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
japplika biex jingħata liċenza ogħla qabel ma dak il-pilota jkun
jista’ japplika għal dik il-liċenza ogħla.
(13) Jekk pilota jonqos milli jgħolli l-liċenza tiegħu kif
speċifikat fis-subregolamenti (2) sa (7) għal kull kategorija fi
żmien perjodu li ma jaqbiżx it-tmintax-il xahar, il-liċenza tiegħu
tista’ tkun revokata:
Iżda l-pilota għandu jkollu dritt ta’ appell skond ma hemm
fir-regolament 8(3).
(14) Taħt ebda ċirkostanza, minbarra kif jingħad fis-
subregolament (15) u minbarra meta jkun qed jikkumpanja pilota
għall-finijiet tas-subregolamenti (3) sa (7), pilota ma jista’ jippilota
vapur li jaqbeż il-limiti stipulati fil-liċenza tiegħu.
(15) Minkejja r-restrizzjonijiet fis-subregolament (14), id-
Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu u waqt li jqis -
(a) iċ-ċirkostanzi, u
(b) l-ispeċifikazzjoni ta’ kull vapur,
fuq talba tal-Pilota Ewlieni u bla ħsara għall-kunsens tal-pilota,
jawtorizza lill-pilota biex jippilota vapuri barra mill-parametri tal-
liċenza tiegħu.
(16) Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-Pilota Ewlieni
bil-miktub u tkun iffirmata mid-Direttur. Jekk dik l-
awtorizzazzjoni tkun meħtieġa barra mill-ħinijiet tax-xogħol,
għandha tingħata mid-Direttur verbalment u trid tkun ikkonfermata
bil-miktub kemm jista’ jkun malajr wara.
(17) Il-Pilota Ewlieni għandu jinforma u jawtorizza lill-pilota
involut u għandu jagħti lil dan il-pilota kopja ta’ l-awtorizzazzjoni
msemmija fis-subregolament (16) kemm jista’ jkun malajr.
(18) Il-Pilota Ewlieni għandu jinsab ħati ta’ reat taħt dawn ir-
regolamenti jekk jordna lil xi pilota biex jippilota vapur barra mill-
parametri tal-liċenza tiegħu bla ma jkollu l-awtorizzazzjoni
meħtieġa skond is-subregolamenti (15) u (16).
Nuqqas ta’ 
provvista ta’ 
servizzi ta’ 
pilotaġġ regolari.
14. (1) Pilota li jkun detentur ta’ liċenza li jonqos milli
jipprovdi servizzi ta’ pilotaġġ regolari għal perjodu ta’ tnax-il
xahar għandu jkollu l-liċenza tiegħu revokata mill-Awtorità
sakemm dan in-nuqqas ma jkunx kaġunat minn raġunijiet mediċi
jew ċirkostanzi oħra aċċettabbli għall-Awtorità .
(2) Dan il-pilota għandu jkollu dritt ta’ appell skond ma hemm
fir-regolament 8(3).
(3) L-Awtorità  tista', bi ftehim mal-provditur tas-servizz,
teżenta lill-Pilota Ewlieni milli jipprovdi servizzi ta’ pilotaġġ
regolari jekk is-servizzi tiegħu jkunu meħtieġa xi mkien ieħor
f’konnessjoni ma’ materji ta’ pilotaġġ tekniċi.
Reklutaġġ ta’ 
piloti.
15. (1) Meta jkun hemm vakanza għal piloti, il-provditur tas-
servizz għandu jinnotifika lill-Awtorità ; l-Awtorità  għandha
tippubblika avviż f’dan is-sens u għandha titlob lill-Bord jaħseb
biex isiru eżamijiet skond ir-regolament 10.
(2) Jekk il-vakanza tkun ikkaġunata mill-irtirar, il-provditur
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 9
tas-servizz għandu jgħarraf lill-Awtorità  mill-inqas sitt xhur qabel
biex l-Awtorità  tkun tista’ tibda l-proċess ta’ rektulaġġ.
(3) Il-bord ta’ eżaminaturi maħtur mill-Bord bis-saħħa tar-
regolament 10(1)(b) għandu jissottometti lill-Bord ir-riżultati ta’ l-
eżami magħmul skond ma hemm f’dawn ir-regolamenti u għandu
juri l-ordni tal-mertu li fih ikunu ġew il-kandidati kollha.
Eżami mediku u 
limitu ta’ età .
16. (1) L-Awtorità  għandha taħtar Bord Mediku sabiex
jeżamina jekk pilota huwiex fiżikament u mentalment tajjeb biex
jaqdi sewwa dmirijietu u, f’kull każ, meta pilota jilħaq l-erbgħin
sena u wara fi tmiem kull ħames sena.
(2) Jekk il-Bord Mediku taħt is-subregolament (1) jiċċertifika
li l-pilota ma jkunx għadu tajjeb biex jaqdi dmirijietu, l-Awtorità
għandha tirrevoka l-liċenza.
(3) Liċenza maħruġa taħt dawn ir-regolamenti għandha tkun
irtirata awtomatikament meta d-detentur tagħha jagħlaq wieħed u
sittin sena:
Iżda l-Awtorità  tista’, skond il-ftehim ta’ pilotaġġ, testendi
l-validità  ta’ dik il-liċenza jekk wara eżami mediku d-detentur tal-
liċenza jkun jinsab fiżikament u mentalment tajjeb biex iservi ta’
pilota minn Bord Mediku maħtur mill-Awtorità .
Dmirijiet tal-
provditur tas-
servizz.
17. Għandu jkun id-dmir tal-provditur tas-servizz li:
(a) imexxi l-amministrazzjoni tas-servizz ta’ pilotaġġ;
(b) iqassam b’mod ekwu x-xogħol bejn il-piloti;
(ċ) iqassam l-għases bejn il-piloti skond ii-ftehim ta’
pilotaġġ;
(d) iżomm dixxiplina ġenerali u bon ordni fost il-piloti;
(e) jghaddi lid-Direttur dik l-informazzjoni statistika li
jista’ jeħtieġ, inklużi statistiċi dwar l-attendenza u l-
assenteiżmu tal-piloti u kontijiet annwali verifikati;
(f) jiżgura li tagħmir użat mill-piloti jkun aċċessibbli l-ħin
kollu u li jkun fi stat tajjeb li jaħdem;
(g) jieħu passi biex jakkwista tagħmir alternattiv skond kif
meħtieġ;
(h) iżomm kuntatt mad-Direttur fuq materji ta’ pilotaġġ u
jissottometti rapporti skond kif jista’ jintalab mid-
Direttur;
(i) jamministra l-uffiċċju jew uffiċċji tal-piloti;
(j) jaqdi d-dmirijiet ta’ pilotaġġ kif speċifikati fil-ftehim
ta’ pilotaġġ u f’dawn ir-regolamenti, u dmirijiet oħra li
jistgħu jokkorru minn żmien għal żmien f’konnessjoni
mal-provvista ta’ servizzi ta’ pilotaġġ;
(k) jirrakkomanda miżuri lid-Direttur biex itejjeb aktar is-
servizz ta’ pilotaġġ;
(l) jgħaddi lill-Awtorità  l-identità  tal-membru jew
membri li ġuridikament jirrappreżentanzaw lill-
provditur tas-servizz.
10 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
Pilota Ewlieni. 18. (1) Wieħed mill-piloti li jkollhom liċenza għandu jkun
Pilota Ewlieni, li jkun megħjun minn Viċi Pilota Ewlieni, u t-tnejn
iridu jkunu Piloti Klassi 1.
(2) Wara elezzjoni l-piloti fis-servizz għandhom jinnominaw
minn fost il-Piloti Klassi 1 kandidat għall-pożizzjoni ta’ Pilota
Ewlieni. Il-kandidat hekk nominat għandu jinħatar mill-Awtorità
fuq parir tal-Bord u wara approvazzjoni mill-Ministru.
(3) Il-Viċi Pilota Ewlieni għandu jintgħażel mill-piloti fuq il-
bażi ta’ elezzjoni.
(4) Jekk il-piloti fis-servizz jonqsu milli jinnominaw pilota
għall-pożizzjoni ta’ Pilota Ewlieni fi żmien xahar minn meta
jivvaka l-post ta’ Pilota Ewlieni, il-Bord jista’ jagħmel din in-
nomina lill-Awtorità  hu stess.
(5) Il-Pilota Ewlieni u l-Viċi Pilota Ewlieni għandhom jibqgħu
fil-kariga għal perjodu ta’ tliet snin, liema perjodu jista’ jiġġedded
skond il-proċedura msemmija hawn qabel.
(6) Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Bord jew ta’ l-Awtorità ,
ineħħi lill-Pilota Ewlieni jekk ma jibqax adatt għal din il-kariga.
(7) Għall-finijiet tas-subregolament (6), ir-raġunijiet għaliex il-
Pilota Ewlieni għandu jitqies li m'hux aktar adatt biex jokkupa din
il-kariga għandhom jinkludu:
(a) jekk għal xi raġuni l-liċenza tiegħu tkun revokata jew
sospiża;
(b) jekk ma jkunx aktar kapaċi jaqdi dmirijietu taħt dawn
ir-regolamenti u, jew il-ftehim;
(ċ) jekk ikun instab ħati ta’ mġieba ħażina jew kull ksur
dixxiplinari ieħor mill-Kumitat ta’ Dixxiplina skond
dawn ir-regolamenti;
(d) jekk ikun hemm vot ta’ żewġ terzi tal-piloti fis-servizz
kollha favur it-tneħħija tiegħu mill-kariga ta’ Pilota
Ewlieni.
(8) Il-Pilota Ewlieni għandu jżomm kuntatt sħiħ mal-piloti u
mad-Direttur.
(9) Għandu jkun id-dmir tal-Pilota Ewlieni li:
(a) jżomm il-bon ordni u d-dixxiplina fost il-piloti ta’ l-
għassa;
(b) jkun punt ta’ referenza għall-Awtorità  fir-rigward ta’
materji tekniċi relatati mas-servizz ta’ pilotaġġ;
(ċ) jżomm kuntatt mad-Direttur fuq materji ta’ pilotaġġ u
jissottometti kull rapport kif jista’ jkun mitlub mid-
Direttur;
(d) jikkonforma ma’ kull direttiva raġonevoli mogħtija
lilu mid-Direttur f’konnessjoni mal-provvista ta’
servizzi ta’ pilotaġġ;
(e) jaqdi kull dmir ieħor meħtieġ minnu taħt dawn ir-
regolamenti.
(10) Id-Deputat Pilota Ewlieni għandu jassumi d-dmirijiet tal-
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 11
Pilota Ewlieni tul dak iż-żmien li fih il-Pilota Ewlieni jkun assenti
minn dmirijietu u, jekk is-sitwazzjoni tokkorri, sakemm ikun
nominat u maħtur Pilota Ewlieni ieħor.
Proċedura tal-Pilotaġġ
Talba għall-
attendenza ta’ 
pilota.
19. (1) Talba għall-attendenza ta’ pilota jew piloti abbord
vapur għandha ssir mill-kaptan tal-vapur jew mill-aġent tal-vapur
lid-Direttur skond id-direttivi maħruġin mid-Direttur minn żmien
għal żmien u skond il-ftehim ta’ pilotaġġ.
(2) Jekk vapur ikun jeħtieġ pilota jew servizzi relatati oħra
b’avviż fl-aħħar minuta, għandu jagħmel is-sinjali adatti kif
preskritti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Sinjali ta’ l-I.M.O.
Dmirijiet tal-
Kaptan.
20. (1) Kull kaptan għandu jiżgura li l-proċedura biex wieħed
jitla’ abbord jew jinżel minn fuq il-vapuri tkun skond ir-
Regolament V/23 tas-SOLAS (Arranġamenti għat-Trasferiment tal-
Pilota).
(2) Il-pilota jista’ jitlob lill-kaptan tal-vapur li hu jkun qed
jippilota biex jagħtih il-partikolaritajiet tal-fundar tal-vapur, l-istat
ta’ preparazzjoni tal-magni u għajnuniet għat-tbaħħir, u
informazzjoni oħra relatata mal-vapur kif jispeċifika l-pilota u kif
ikun raġonevolment neċessarju biex il-pilota jkun jista’ jaqdi
dmirijietu bħala pilota tal-vapur.
(3) Il-kaptan għandu jġib ukoll għall-attenzjoni tal-pilota kull
difett fil-makkinarju u t-tagħmir tiegħu, u kull materja partikolari
għall-vapur, li l-kaptan jaf biha u li tista’ materjalment tolqot it-
tbaħħir tal-vapur.
Titjir tal-bandiera 
tal-pilota.
21. Ebda vapur ma għandu jtella’ jew itajjar bandiera tal-pilota
li turi li pilota qiegħed abbord jekk dak il-vapur -
(a) m’hux lanċa tal-pilota fuq ix-xogħol, jew
(b) ma jkunx qed jiġi pilotat minn pilota li jkollu liċenza
skond dawn ir-regolamenti.
Manuvri ta’ 
bastimenti.
22. Pilota ma għandux jirmiġġa jew iċaqlaq vapur mill-irmiġġ
tiegħu mingħajr l-approvazzjoni tad-Direttur.
Piloti għandhom 
jikkontrollaw lill-
irmiġġaturi.
23. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi jew
regolamenti oħra, pilota għandu, meta jkun assenjat operazzjoni,
jitqies li għandu kontroll komplet fuq l-irmiġġaturi u l-ekwipaġġ
tal-lanċa tal-pilota assenjati miegħu għal dik l-operazzjoni.
Piloti għandhom 
jikkontrollaw il-
lanċa tal-pilota.
24. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi jew
regolamenti oħra, pilota għandu, meta jkun assenjat operazzjoni,
jitqies li għandu kontroll komplet fuq il-lanċa tal-pilota.
Kodiċi ta’ 
Kondotta.
25. Meta jkun qed jagħti servizzi ta’ pilotaġġ, kull pilota
għandu jeżerċita livell għoli ta’ attenzjoni u ħila kif stabbiliti mill-
Kodiċi ta’ Kondotta msemmi fir-regolament 6(2).
Ċertifikat ta’ 
servizzi ta’ 
pilotaġġ.
26. (1) Il-pilota għandu jimla ċertifikat ta’ servizz ta’ pilotaġġ
li jiddeskrivi s-servizz ta’ pilotaġġ li jkun ta, u dan irid ikun
iffirmat mill-kaptan tal-vapur fir-rigward ta’ kull servizz li
jagħmel.
12 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
(2) Il-format ta’ dan iċ-ċertifikat għandu jkun miftiehem mill-
Awtorità  u l-provditur tas-servizz.
Kuntatt mal-Pilota 
Ewlieni u d-
Direttur.
27. (1) Meta jagħti servizzi ta’ pilotaġġ il-pilota għandu
jżomm kuntatt skond kif meħtieġ mad-Direttur jew ma’ l-uffiċċju
tiegħu skond kif delegat biex jirreġistra l-proċeduri tas-servizz
imsemmi.
(2) Meta pilota ta’ l-għassa jinduna b’xi diffikultà  jew jiltaqa’
ma’ xi diffikultà  fil-provvista tas-servizzi, hu għandu
immedjatament jikkomunika dan lill-Pilota Ewlieni li, jekk ikun
meħtieġ, mbagħad għandu jikkuntattja lid-Direttur jew jitlob id-
direzzjoni tiegħu.
(3) Għandu jkun ukoll id-dmir tal-pilota li jsejjaħ l-attenzjoni
tal-Pilota Ewlieni, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lid-Direttur,
għal kull defiċjenza fuq il-vapur pilotat, jew għal kull okkorrenza li
tista’ tolqot il-manuvra sigura tal-vapur jew is-sigurtà  tan-nies tax-
xogħol.
(4) Il-piloti għandhom immedjatament jirrappurtaw lill-Pilota
Ewlieni u lid-Direttur dwar kull kawża ta’ tħassib ambjentali,
perikli tat-tbaħħir jew difetti fl-għajnuniet għat-tbaħħir.
(5) Għandu jkun id-dmir ta’ l-Awtorità  li tiżgura l-użu sigur u
effiċjenti tal-portijiet, id-dħul għalihom u l-irmiġġi assenjati.
(6) Il-pilota għandu madankollu jkun obbligat jimxi fuq l-
istruzzjonijiet bil-miktub tad-Direttur li jkun irċieva qabel tela’
abbord il-vapur, anki jekk dawn l-istruzzjonijiet jistgħu jidhru li ma
jkunux jaqblu ma’ l-informazzjoni stampata eżistenti li tkun
disponibbli:
Iżda f’każ ta’ emerġenza dawn l-istruzzjonijiet bil-miktub
jistgħu jitħallew barra.
Rapporti ta’ 
inċidenti.
28. (1) Pilota għandu jirrapporta immedjatament lill-Pilota
Ewlieni u lid-Direttur kull inċident li jinvolvi lill-vapur li hu jkun
qed jagħti servizz fuqu, partikolarment inċidenti jew aċċidenti li
setgħu rriżultaw fi ħsara lill-faċilitajiet tal-port u, jew lil terzi.
(2) Pilota għandu wkoll jirrapporta immedjatament lill-Pilota
Ewlieni u lid-Direttur kull ħabta li għal ftit ma tkunx saret jew kull
tħassib fir-rigward tat-tbaħħir kif espress mill-Kaptan jew mill-
pilota waqt li jkun qed jippilota l-vapur.
(3) Din in-notifika għandha tkun segwita minn rapport formali
bil-miktub li għandu jasal għand il-Pilota Ewlieni u għand id-
Direttur mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara l-
okkorrenza ta’ dan l-inċident jew aċċident.
(4) Ir-rapport imsemmi f’dan ir-regolament ma għandu jkun
aċċessibbli għal ħadd mingħajr l-approvazzjoni tal-provditur tas-
servizz u, jew tad-Direttur u, jew b’ordni ta’ Qorti kompetenti.
(5) Minkejja kull proċedura li tista’ tittieħed skond il-liġi, d-
Direttur jista’ jieħu azzjoni dixxiplinari kontra kull pilota li jonqos
milli jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 13
Tlugħ u nżul minn 
fuq bastiment.
29. (1) Pilota għandu jitla’ abbord u jinżel mill-istazzjonijiet
tat-tlugħ u nżul tal-pilota stabbiliti mid-Direttur.
(2) Id-Direttur jista’ jawtorizza pilota biex jitla’ abbord jew
jinżel minn vapur li jkun fil-port jekk it-temp ikun tali li jimpedixxi
l-lanċa tal-pilota milli tittrasferixxi pilota bla periklu minn barra
dak il-port.
(3) Pilota li ma jikkonformax ruħu mad-disposizzjonijiet tas-
subregolament (1) għandu jagħti spjegazzjoni ta’ l-azzjonijiet
tiegħu lid-Direttur fi żmien żewġ ġranet tax-xogħol, u jekk id-
Direttur ma jkunx sodisfatt b’din l-ispjegazzjoni, hu jista’ jieħu
azzjoni dixxiplinari kontra l-pilota involut.
Pilotaġġ ibbażat 
fuq l-art.
30. (1) Bla ħsara għall-kriterji li ġejjin, l-Awtorità  tista’
tipprovdi pilotaġġ ibbażat fuq l-art:
(a) is-servizz ta’ pilotaġġ ibbażat fuq l-art għandu jkun
ipprovdut biss f’żoni li jkunu stabbiliti mill-Awtorità ;
(b) is-servizz ta’ pilotaġġ ibbażat fuq l-art għandu jingħata
mill-provditur tas-servizz permezz tal-piloti li
jkollhom liċenza għall-iskopijiet ta’ -
(i) ippilotar ta’ vapuri lejn il-lanċa tal-pilota; u, jew
(ii) ippilotar ta’ vapuri meta piloti ma jkunux jistgħu
jimbarkaw jew jiżbarkaw fuq il-baħar.
(2) Pilotaġġ ibbażat fuq l-art għandu jkun ipprovdut biss meta:
(a) ikun meħtieġ u aċċettat mill-kaptan tal-vapur u jkun
permess mid-Direttur; u
(b) l-pilota li jagħti pilotaġġ ibbażat fuq l-art iqis li dan
ikun possibbli.
(3) Kaptani ta’ vapuri li jużaw pilotaġġ ibbażat fuq l-art
għandhom ikunu obbligati jaċċettaw pilota hekk kif ikun possibbli
li ssir l-imbarkazzjoni.
(4) L-Awtorità  f’konsultazzjoni mal-provditur tas-servizz
għandha tistabbilixxi n-normi li taħthom għandu jingħata dan is-
servizz.
Il-lanċa tal-pilota.
servizz ta’ lanċa tal-pilota f’konnessjoni mal-provvista ta’ servizz
ta’ pilotaġġ.
Tariffi u Rimunerazzjoni tal-Pilotaġġ
Amministrazzjoni 
tat-tariffi tal-
pilotaġġ.
32. L-amministrazzjoni, ġbir u rkuprar tat-tariffa tal-pilotaġġ u
l-ħruġ tal-flus li jidħlu minn din it-tariffa għandhom ikunu r-
responsabbiltà  ta’ l-Awtorità .
Rimunerazzjoni 
tal-piloti.
33. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
provditur tas-servizz għandu jkun rimunerat għas-servizzi ta’
pilotaġġ u għal xogħol konness magħhom skond il-ftehim ta’
pilotaġġ.
Tariffi.
Iskeda.
(2) Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali li għandhom
14 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
jitħallsu mill-persuni msemmija fis-subregolament (3) skond l-
artikolu 57 ta’ l-Att għandhom jiffurmaw parti mit-tariffa.
(3) Tariffi ta’ pilotaġġ għandhom jitħallsu direttament lid-
Direttur fi żmien tmint ijiem:
(a) mis-sid, charterer, kaptan jew aġent ta’ vapur li fir-
rigward tiegħu jkunu ngħataw is-servizzi ta’ pilotaġġ;
jew
(b) mill-persuna li titlob servizzi ta’ pilotaġġ fir-rigward
ta’ vapur.
(4) Għandhom jakkumulaw interessi fuq tariffi ta’ pilotaġġ
dovuti u, jew fuq ħlasijiet oħra li jibqgħu lura pagabbli lill-
Awtorità  taħt dawn ir-regolamenti mid-data tal-preżentazzjoni tal-
fattura sakemm isir il-ħlas kollu bir-rata ta’ tnejn fil-mija kull
xahar jew parti minn xahar.
Depożitu jew 
garanzija bankarja.
35. (1) Id-Direttur jista’ jitlob persuna li skond ir-regolament
34(3) tkun obbligata tħallas it-tariffa tal-pilotaġġ biex tagħmel
depożitu jew iġġib garanzija bankarja maħruġa minn bank lokali
favur l-Awtorità  għal dak l-ammont li d-Direttur jidhirlu biżżejjed
biex ikopri l-ħlas ta’ dik it-tariffa.
(2) Id-Direttur jista’ jirkupra kull tariffa ta’ pilotaġġ minn dan
id-depożitu jew garanzija bankarja jekk dik it-tariffa ma titħallasx
fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-ġurnata li fiha jintalab il-
pagament.
(3) Kull meta d-Direttur jieħu din il-miżura hu għandu
immedjatament jagħti lill-persuna li tkun għamlet id-depożitu jew
tat il-garanzija bankarja kont ta’ dawk il-pagamenti rkuprati
minnhom.
(4) Jekk persuna li tkun ingħatat ordni biex tagħmel tali
depożitu tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament din
għandha tinsab ħatja għall-ħlas ta’ penali li ma taqbiżx il-ħamest
elef lira.
Mogħdija tad-dħul 
lill-provditur tas-
servizz.
36. L-Awtorità  għandha tibgħat lill-provditur tas-servizz il-
ħlas tal-pilotaġġ stabbilit skond dawn ir-regolamenti u l-ftehim ta’
pilotaġġ.
Talba għolja u 
ħlasijiet għola milli 
suppost.
37. (1) Ebda pilota ma għandu jitlob jew jirċievi ħlasijiet jew
xi rimunerazzjoni oħra fir-rigward ta’ servizz ta’ pilotaġġ normali
barra dawk speċifikati fil-ftehim ta’ pilotaġġ.
(2) Kull pilota li jikser id-disposizzjonijiet tas-subregolament
(1) jista’ jeħel, għal kull kontravenzjoni ta’ din ix-xorta, piena
dixxiplinari li ma taqbiżx il-mitt lira.
(3) Ebda persuna ma għandha tħallas lil xi pilota xi ħlasijiet
jew rimunerazzjoni għal servizzi ta’ pilotaġġ barra minn dawk
speċifikati fil-ftehim ta’ pilotaġġ.
(4) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subregolament
(3) għandha tkun ħatja ta’ reat u jekk tinsab hekk ħatja tista’ teħel
multa.
Dixxiplina. 38. Il-proċeduri ta’ dixxiplina fost piloti u piloti li jkunu qed
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 15
jitħarrġu għandha tkun amministrata mill-Bord skond l-artikolu 55
ta’ l-Att:
Iżda f’każijiet ta’ ksur ta’ l-obbligi ta’ pilota taħt il-Kodiċi
ta’ Kondotta, l-Awtorità  għandu jkollha s-setgħa li tissospendi
temporanjament il-liċenza ta’ pilota sakemm tittieħed azzjoni
dixxiplinari mill-Bord:
Iżda wkoll, jekk l-Awtorità  tieħu l-azzjoni kontemplata fid-
disposizzjoni ta’ hawn fuq u tissospendi pilota, u d-deċiżjoni
eventwali tal-Bord tkun tali li ssib is-sospensjoni mhux ġustifikata,
l-Awtorità  għandha tħallas lill-pilota l-ħlasijiet li kien ikun intitolat
għalihom tul dak il-perjodu u li jkun tilef kaġun ta’ dik is-
sospensjoni.
Il-Kumitat ta’ 
Dixxiplina.
39. (1) Il-Bord għandu jaħtar Kumitat ta’ Dixxiplina magħmul
minn tliet membri, li wieħed minnhom għandu jkun elett bħala
Chairman tal-Kumitat:
Iżda, f’xi każ partikolari, ebda membru tal-Bord li kien ta
bidu għal azzjoni dixxiplinari jew li għandu xi interess personali
fil-każ ma għandu jkun eliġibbli biex ikun membru tal-Kumitat ta’
Dixxiplina u tal-proċess dixxiplinari maħtur biex jisma’ dan il-każ.
(2) Għandu jkun id-dmir tal-Kumitat ta’ Dixxiplina li:
(a) jinvestiga każijiet imressqin quddiemu mid-Direttur;
(b) isejjaħ xhieda;
(ċ) jaħtar esperti biex jgħinuh skond ma jkun meħtieġ;
(d) jisma’ xhieda bil-ġurament;
(e) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord fuq il-każijiet
investigati minnu.
(3) Bis-saħħa tas-setgħat skond is-subregolament (2)(b) sa (d),
il-Kumitat ta’ Dixxiplina ikollu s-setgħat li huma mogħtija mill-liġi
lill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
(4) Iżda:
(a) l-Kumitat ta’ Dixxiplina m’għandux jingħata s-setgħa
li jordna l-arrest ta’ xi persuna; u
(b) id-dmirijiet tal-marixxall tal-qorti u tal-purtier tal-
qorti għandhom isiru minn membri tal-Pulizija
Eżekuttiva mqabbda apposta mill-Kummissarju tal-
Pulizija.
(5) Iċ-Chairman tal-Kumitat ta’ Dixxiplina għandu jiffirma ċ-
ċitazzjoni u jamministra l-ġuramenti lix-xhieda.
(6) Il-Kumitat ta’ Dixxiplina għandu jmexxi l-proċeduri
dixxiplinari skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Il-Bord għandu 
jikkunsidra r-
rakkomandazzjo-
nijiet.
40. Il-Bord għandu jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-
Kumitat ta’ Dixxiplina u wara għandu jieħu dawk id-deċiżjonijiet
dixxiplinari skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Proċeduri tal-Bord.
impedut milli jieħu sehem fil-proċeduri dixxiplinari tal-Bord.
16 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
Deċiżjonijiet 
għandhom jorbtu.
42. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu finali u jorbtu.
Proċeduri 
dixxiplinari.
43. (1) Id-Direttur għandu jistitwixxi proċeduri dixxiplinari
kontra kull pilota li jkun kiser xi disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jew li fil-kors tad-dmirijiet tiegħu jkun negliġenti jew
ikun għamel xogħlu b’mod mhux kif għandu jkun jew aġixxa
b’mod mhux xieraq fil-waqt li kien fuq dmiru jew naqas milli
jikkonforma ruħu ma’ xi direttiva raġonevoli mogħtija mid-
Direttur.
(2) Dawn il-proċeduri għandhom ikunu istitwiti mid-Direttur fi
żmien wieħed u għoxrin ġurnata mid-data li fiha d-Direttur isir jaf
bl-att jew bl-ommissjoni li taw lok għal dik l-azzjoni dixxiplinari:
Kap. 234.
Iżda f’każ ta’ reat li jirriżulta minn deċiżjoni ta’ Qorti ta’
Inkjesta mlaqqgħa skond ma hemm fl-Att dwar il-Bastimenti
Merkantili, jew fil-każ ta’ reat li fir-rigward tiegħu kienu ġew
istitwiti proċeduri kriminali, id-Direttur għandu jitqies li sar jaf
b’dan ir-reat fid-data li fiha l-Qorti tagħti d-deċiżjoni jew is-
sentenza tagħha skond il-każ.
Akkużi miġjuba. 44. Id-Direttur għandu, fiż-żmien speċifikat fir-regolament
43(2), jikkomunika lill-pilota involut dikjarazzjoni dettaljata bil-
miktub li tkun tispeċifika l-akkuża jew akkużi kontrieh, u tispjega
l-partikolaritajiet tal-provi li jkollha biex tafferma dik l-akkuża jew
akkużi.
Spjegazzjoni minn 
qabel.
45. Meta jagħmel akkuża d-Direttur għandu jitlob spjegazzjoni
bil-miktub mingħand il-pilota involut fi żmien ħmistax-il ġurnata
mid-data li l-akkuża tkun ikkomunikata lil dan il-pilota. Fin-nuqqas
ta’ din l-ispejgazzjoni bil-miktub l-akkuża titqies bħala ammessa u
d-Direttur għandu jirreferi l-materja lill-Bord għad-deċiżjoni tiegħu
bla ħtieġa li l-Bord jaħtar Kumitat ta’ Dixxiplina.
Avviż lill-pilota. 46. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-pilota involut bl-akkuża
miġjuba kontrieh jew billi jara li l-akkuża tingħatalu personalment
jew billi jibgħathielu bil-posta reġistrata.
Sottomissjonijiet 
orali.
47. Meta jwieġeb għall-akkuża l-pilota involut jista’ jirriserva
d-dritt li jagħmel sottomissjonijiet orali lill-Kumitat ta’ Dixxiplina.
Ammissjoni ta’ 
riċevuta bil-
miktub.
48. Id-Direttur għandu jgħarraf bil-miktub li rċieva din it-
tweġiba u għandu jindika d-data meta jkun irċevieha.
Referenza tal-
materja lill-Bord.
49. Jekk id-Direttur jiddeċiedi li jirreferi l-materja lill-Bord,
għandu jirreferi l-materja lill-Bord fi żmien ħmistax-il ġurnata
minn meta jirċievi t-tweġiba tal-pilota jew minn meta l-pilota
suppost li kellu jissottometti t-tweġiba tiegħu.
Żmien għas-smigħ 
u konklużjoni tal-
proċeduri 
dixxiplinari.
50. Il-Bord għandu, fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta
jirċievi l-ittra mid-Direttur li jkun fiha l-ilment kontra l-pilota,
jaħtar Kumitat ta’ Dixxiplina biex jisma’ u jinvestiga l-ilment.
Bidu tas-smigħ tal-
każ.
51. (1) Il-Kumitat ta’ Dixxiplina għandu jibda jisma’ kull każ
miġjub quddiemu fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-ħatra tiegħu.
(2) Is-smigħ tal-każ jitqies li jkun beda meta l-Kumitat ta’
Dixxiplina jibda jiddiskuti l-każ miġjub quddiemu.
(3) Il-pilota akkużat għandu jkun infurmat bid-data tal-bidu u
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 17
għandu jkollu d-dritt li jattendi s-seduti dixxiplinari kollha.
(4) Il-Kumitat ta’ Dixxiplina għandu jikkonkludi s-smigħ tal-
każ u jagħmel sottomissjonijiet lill-Bord fi żmien sittin ġurnata
mill-bidu tas-smigħ tal-każ:
Iżda f’każi eċċezzjonali l-Bord jista’, għal raġunijiet validi,
jestendi dan il-perjodu b’perjodi ulterjuri ta’ tletin ġurnata.
Pilota assistit minn 
persuna oħra.
52. (1) Meta jwieġeb għall-akkuża jew meta jidher quddiem
il-Kumitat ta’ Dixxiplina, il-pilota li kontrieh ikunu qed isiru l-
proċeduri dixxiplinari jista’ jkun assistit minn persuna magħżula
minnu.
(2) Dan il-pilota jista’ jitlob lill-Kumitat ta’ Dixxiplina biex
isejjaħ xhieda jiddefenduh u l-Kumitat ta’ Dixxiplina għandu
debitament isejjaħ lil dawn ix-xhieda, u kemm hu kemm il-persuna
li tkun tassistih tista’ tagħmel il-kontro-eżami ta’ dawk ix-xhieda.
Avviż ta’ smigħ 
tal-każ.
53. (1) Il-Kumitat ta’ Dixxiplina għandu jinnotifika lill-pilota
li kontrieh ikunu qed isiru proċeduri dixxiplinari u għandu jsejjaħ
lil kull xhud biex jidher quddiemu fil-ġurnata, ħin u post iffissati
għas-smigħ ta’ dawn il-proċeduri.
(2) Dawn in-notifiki jew taħrikiet għandhom ikunu ffirmati
miċ-Chairman tal-Kumitat ta’ Dixxiplina u għandhom jingħataw
personalment lill-pilota jew lix-xhud, skond il-każ, jew jintbagħtu
bil-posta reġistrata, mhux inqas minn ħamest ijiem qabel is-smigħ
tal-proċess.
Proċeduri in 
absentia.
54. Jekk il-pilota li kontrieh ikunu qed jittieħdu proċeduri
dixxiplinari taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jonqos
milli jidher quddiem il-Kumitat ta’ Dixxiplina fi żmien sittin
minuta mill-ħin iffissat għas-smigħ tal-każ, il-Kumitat ta’
Dixxiplina għandu jipproċedi fl-assenza tiegħu u jagħti r-rapport
tiegħu:
Iżda jekk il-pilota fi żmien jumejn wara l-ġurnata stabbilita
għas-smigħ tal-każ jiġġustifika l-assenza tiegħu għas-sodisfazzjon
tal-Kumitat ta’ Dixxiplina, il-Kumitat ta’ Dixxiplina jista’ jisma’ s-
sottomissjonijiet tal-pilota u x-xhieda li jagħtu x-xhieda tiegħu
qabel ma jissottometti r-rapport tiegħu.
Prova li tkun saret 
in-notifika.
55. Kull meta d-Direttur, jew il-Bord, jew il-Kumitat ta’
Dixxiplina, skond il-każ, jibgħat xi komunikazzjoni, notifika jew
taħrika b’ittra reġistrata permezz tas-servizz postali, din għandha
tkun prova suffiċjenti li dik l-ittra għal kull effett u fini ta’ dawn ir-
regolamenti tkun intbagħtet jekk l-ittra reġistrata kienet indirizzata
sewwa u impustata.
Pieni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jew jekk fil-kors tad-
dmirijiet tiegħu jew f’konnessjoni magħhom jinsab li kien
negliġenti jew li qeda dmirijietu b’mod mhux kif suppost jew li
aġixxa b’mod mhux xieraq meta kien fuq dmiru jew li naqas milli
jikkonforma mad-direttivi mogħtija mid-Direttur, il-Bord, wara li
jqis ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Dixxiplina,
jista’ bla preġudizzju għad-disposizzjonjet ta’ xi liġi oħra:
18 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
(a) jimponi piena dixxiplinari jew multa kontra dak il-
pilota ta’ somma li ma taqbiżx il-ħames mitt lira; u,
jew
(b) jissospendilu l-liċenza għal perjodu ta’ mhux inqas
minn għaxart ijiem u mhux aktar minn sitt xhur li
matulu ma titħallas u ma tiġi riċevuta ebda
rimunerazzjoni; jew
(ċ) jirrevokalu l-liċenza mill-ewwel.
(2) Kull penali jew multa dixxiplinari mogħtija mill-Bord
b’riżultat ta’ proċeduri dixxiplinari għandha tkun irkuprata mill-
Avukat Ġenerali bħala dejn ċivili dovut lill-Gvern.
Proċeduri 
kriminali.
57. Kull proċedura dixxiplinari meħuda kontra pilota taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandha tkun bla
preġudizzju għal proċeduri kriminali taħt xi liġi oħra, u l-proċeduri
meħudin taħt din il-liġi l-oħra għandhom ikunu bla preġudizzju
għal dawk il-proċeduri dixxiplinari.
Tħassir u riserva.
L.S. 352.04
58. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament
(2), ir-Regolamenti dwar il-Pilotaġġ u l-Irmiġġ kif emendati
sussegwentement huma b’dan imħassra:
Iżda kull meta fir-Regolamenti dwar il-Pilotaġġ u l-Irmiġġ,
kif emendati sussegwentement, hemm referenza għal irmiġġaturi,
rmiġġatur ewlieni, drittijiet ta’ rmiġġ, lanċa tal-pilota, Fond għall-
Bdil ta’ Laneċ ta’ Pilotaġġ u Fond għall-Manutenzjoni u Tiswija ta’
Laneċ ta’ Pilotaġġ, id-disposizzjonijiet relattivi fir-regolamenti
msemmija għandhom jibqgħu fis-seħħ bħallikieku saru taħt ir-
regolamenti preżenti sakemm jiġi żmien meta jinbidlu:
B’dan ukoll li safejn ir-Regolamenti dwar il-Pilotaġġ u l-
Irmiġġ, kif emendati sussegwentement, jibqgħu fis-seħħ fir-rigward
ta’ rmiġġaturi, rmiġġatur ewlieni, drittijiet ta’ rmiġġ, lanċa tal-
pilota, Fond għall-Bdil ta’ Laneċ ta’ Pilotaġġ u Fond għall-
Manutenzjoni u Tiswija ta’ Laneċ ta’ Pilotaġġ, il-kelma "Bdot
Ewlieni" għandha tkun sostitwita bil-kliem "il-persuna maħtura
speċifikatament mid-Direttur wara li jikkonsulta ruħu mar-
rappreżentanti ta’ l-irmiġġaturi":
Iżda wkoll safejn id-disposizzjonijiet fir-Regolamenti dwar
Pilotaġġ u l-Irmiġġ, kif emendati sussegwentement, jirreletaw
għall-"Fond ta’ Stabbilazzazzjoni" dawn għandhom jibqgħu
japplikaw sa fejn dawn ikunu jikkonċernaw l-amministrazzazjoni
ġenerali ta’ l-imsemmi Fond u sa fejn dawn jikkoncernaw:
(a) it-tqegħid fil-Fond tat-Tnaqqis tas-Sigurtà  Nazzjonali,
tad-dritt tas-sigurtà  nazzjonali, u ġbir ta’ għaxra fil-
mija fuq l-ispejjeż grossi li jsiru għas-servizz ta’
irmiġġ minn persuni obligati li jħallsu d-drittijiet ta’ l-
irmiġġ, u
Kap. 318.
(b) il-ħlas mill-Fond ta’ kontribuzzjonijiet meħtieġa fir-
rispett ta’ irmiġġaturi taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali
minn persuni li jaħdmu u minn min iħaddem, ta’
kwalunkwe bonus li għandu jitħallas lill-irmiġġaturi,
ta’ l-attendenzi żejda mill-irmiġġaturi meta jkunu
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 19
meħtieġa li jagħmlu dan taħt il-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti ta’ l-ispiża ta’ uniformijiet ta’ l-
irmiġġaturi, u ta’ dak il-ħlas ieħor dwar irmiġġaturi li
jista’ jawtorizza l-Ministru minn żmien għal żmien:
Iżda wkoll li l-fondi akkumulati fl-imsemmi "Fond ta’
Stabbilizzazzjoni" għandhom jibqgħu hekk miżmuma f’dak il-Fond
sakemm isiru provvedimenti oħra għat-tqassim tagħhom.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), liċenza
ta’ pilota mogħtija mill-Awtorità  qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-
regolamenti għandha tkompli tibqa’ valida skond ma hemm fiha u
għandha titqies li hi liċenza maħruġa mill-Awtorità  taħt ir-
regolament 7.
20 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
SKEDA
Regolament 34
Tariffa tal-Pilotaġġ
1. Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda -
"tunnellata" tfisser it-tunnellaġġ gross ta’ vapur determinat skond id-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1969 fuq il-Kejl tat-
Tunnellaġġ ta’ Vapuri;
"tanker taż-żejt" tfisser kull vapur li jikkonforma mad-definizzjoni tal-
Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1973 għall-Prevenzjoni mit-Tniġġis ta’ l-Arja
mill-Vapuri (MARPOL), kif modifikata mill-Protokoll ta’ l-1978;
"tank tas-saborra segregata" tfisser tank użat esklużivament għall-ġarr ta’ saborra
segregata;
"tul kollu (LOA)" tfisser it-tul kollu mill-quddiemnett ta’ l-istruttura permanenti
fissa ta’ quddiem sal-waranett ta’ l-istruttura permanenti fissa ta’ wara tal-bastiment;
"vapur diżabilitat" tfisser kull vapur li jasal ’il barra minn Malta rmunkat jew bil-
magna bil-ħsara jew bi problemi tat-tmun jew b’xi difett ieħor li jolqot il-ħila tal-
vapur meta jkun qed jimmanuvra waqt li jkunu qed jiġu pprovduti servizzi ta’
pilotaġġ.
2. Pagamenti ta’ pilotaġġ bir-rata normali għandhom ikunu kif ġej:
(a) Vapuri li ma jaqbżux l-500 tunnellata
................................. Lm 21
(b) Vapuri li jaqbżu l-500 tunnellata iżda ma jaqbżux l-1000
tunnellata .......................................................................... Lm 24
(ċ) Vapuri li jaqbżu l-1,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-2,000
tunnellata .......................................................................... Lm 27
(d) Vapuri li jaqbżu l-2,000 tunnellata iżda ma jaqbżux t-3,500
tunnellata .......................................................................... Lm 30
(e) Vapuri li jaqbżu t-3,500 tunnellata iżda ma jaqbżux l-5,000
tunnellata .......................................................................... Lm 34
(f) Vapuri li jaqbżu l-5,000 tunnellata iżda ma jaqbżux s-7,000
tunnellata .......................................................................... Lm 37
(g) Vapuri li jaqbżu s-7,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-
10,000 tunnellata ............................................................... Lm 40
(h) Vapuri li jaqbżu l-10,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-
15,000 tunnellata ............................................................... Lm 44
(i) Vapuri li jaqbżu l-15,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-
20,000 tunnellata ............................................................... Lm 46
(j) Vapuri li jaqbżu l-20,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-
25,000 tunnellata ............................................................... Lm 51
(k) Vapuri li jaqbżu l-25,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-
30,000 tunnellata ............................................................... Lm 55
(l) Vapuri li jaqbżu l-30,000 tunnellata iżda ma jaqbżux l-
40,000 tunnellata ............................................................... Lm 60
(m) Għal kull 10,000 tunnellata jew parti minnha addizzjonali
li taqbeż 1-40,000 tunnellata .............................................. Lm 15
PILOTAĠĠ MARITTIMU ġ L.S.352.17 21
3. Pagamenti ta’ pilotaġġ dovuti bir-rata normali għandhom jitħallsu jew għal:
(a) dħul fil-port; jew
(b) tluq mill-port; jew
(ċ) bdil ta’ l-irmiġġ bl-għajnuna ta’ ħadd (hot move) fl-istess port.
4. Pagamenti addizzjonali għall-ħlasijiet ta’ pilotaġġ bir-rata normali
għandhom isiru kif ġej:
5. Għal xi wieħed minn dawn is-servizzi:
(a) kuntatt ma’ vapur barra port meta l-vapur ma jkunx se jidħol f’dak il-
port; jew
(b) servizz ta’ pilotaġġ li jingħata barra port, inkluż pilotaġġ minn barra l-
bokka ta’ port sa oħra,
għandu jkun hemm ħlas ta’ nofs ir-rata normali, suġġett ghal minimu ta’ Lm 15.
6. Jekk fil-waqt li jkun qed jingħata xi wieħed mis-servizzi speċifikati fil-
paragrafi 3, 4 u 5 ta’ din l-Iskeda -
7. Pagamenti għal pilotaġġ addizzjonali bir-rata ta’ 15% fuq ir-rati adatti
għandhom jitħallsu fir-rigward ta’ servizzi mogħtija bejn is-7 ta’ filgħaxija u s-7 ta’
filgħodu u nhar ta’ Ħadd u fil-vaganzi pubbliċi.
8. (1) Meta ssir talba ta’ kanċellament ta’ servizz ta’ pilotaġġ mitlub isiru l-
(a) Bdil ta’ l-irmiġġ bl-għajnuna ta’ ħaddieħor (cold move) fl-
istess port .......................................................................... 25%
(b) bdil ta’ l-irmiġġ minn port għal ieħor bl-għajnuna ta’
ħaddieħor (cold move), jiġifieri tluq minn port, passaġġ
għal u dħul f’port ieħor ...................................................... 100%
(ċ) tankers taż-żejt mhux mgħammra b’tankijiet ta’ saborra
segregata ........................................................................... 17%.
( a ) pilota jinqabad abbord il-vapur għall-pilotaġġ, rmiġġar jew
tluq minn irmiġġar tal-vapur għal kwalunkwe raġuni li ma
tkunx taħt il-kontroll tal-pilota, jew li jitħalla kwarantina
għal perjodu itwal minn sagħtejn, għandhom jitħallsu l-
ispejjeż addizzjonali li ġejjin:
(i) fir-rigward ta’ servizzi mogħtija fil-Malta Drydocks
u fil-Malta Shipbuilding, mit-tieni sa l-erbgħa u
għoxrin siegħa, kull siegħa jew parti minnha ............ Lm 2
(ii) fir-rigward ta’ servizzi mogħtija f’postijiet oħra mit-
tieni sa l-erbgħa u għoxrin siegħa, kull siegħa jew
parti minnha ............................................................. Lm 5
(iii) wara dawn is-sigħat, għal kull perjodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa jew parti minnu, fil-każijiet (i) u (ii)
hawn fuq .................................................................. Lm 30
( b ) Meta pilota jkun imġiegħel isiefer barra minn Malta ma’
vapur, hu għandu jingħata ikel u alloġġ ta’ livell li ma
jkunx aktar baxx minn dak ta’ uffiċjal t’abbord, u mhux
inqas minn akkomodazzjoni u vvjaġġar prima klassi meta
jitniżżel l-art biex imur lura f’pajjiżu u l-ispejjeż
addizzjonali li ġejjin għandhom jitħallsu għal kull ġurnata
jew parti minnha sakemm il-pilota jirritorna Malta ............ Lm 40
22 L.S.352.17 ħ PILOTAĠĠ MARITTIMU
ħlasijiet li ġejjin:
10. Fl-eventwalità  li wara t-talba għal servizz ta’ pilotaġġ, il-provditur tas-
servizz jasal għall-konklużjoni li hu jista’ jkun intitolat jippreżenta talba għal
salvataġġ u jew servizz straordinarju, il-provditur tas-servizz għandu jippreżenta lill-
vapur u, jew lir-rappreżentanti tiegħu kemm jista’ jkun prattikabbli malajr b’avviż
formali bil-miktub li jkun fih it-talba.
11. Ir-rati kollha għall-pilotaġġ ta’ vapur għandhom ikopru s-sigħat kollha li
jkun jeħtieġ li jinħadmu minn kwalunkwe pilota:
Iżda l-vapuri kollha ’l fuq minn 240 metru deħlin, ħerġin jew jibdlu l-irmiġġ
fil-Port il-Kbir għandhom iħaddmu żewġ piloti, bl-eċċezzjoni ta’ cruise liners:
B’dan ukoll li meta, fl-opinjoni tad-Direttur, ikun meħtieġ li jitħaddmu aktar
minn pilota wieħed għal xi vapur, il-pagamenti għall-pilotaġġ għandhom ikunu
proporzjonati għan-numru ta’ piloti li jagħtu dan is-servizz.
12. Għal kwalunkwe servizz ta’ pilotaġġ partikolari li m’huwiex
speċifikatament imsemmi f’din l-Iskeda, il-pagamenti pagabbli għandhom ikunu
determinati mid-Direttur li għandu, safejn ikun possibbli, jassimilhom mal-ħlasijiet
dovuti speċifikati f’din l-Iskeda.
13. Persuni li jkunu dovuti jħallsu drittijiet ta’ pilotaġġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, għandhom ukoll iħallsu lill-Awtorità  dritt
amministrattiv ta’ 10% fuq id-drittijiet kollha dovuti ta’ pilotaġġ skond ma hemm
stabbilit f’din l-Iskeda.
(a) meta avviż ta’ kanċellament jingħata qabel
siegħa qabel tibda l-operazzjoni Ebda ħlas
(b) meta avviż ta’ kanċellament jingħata tul is-
siegħa li tiġi immedjatament qabel tibda l-
operazzjoni 25% tar-rata normali
(2) Meta pilota, wara li jissejjaħ, jirrapporta abbord
fil-ħin mitlub iżda l-manuvra jew ma tibdiex fi żmien 60
minuta minn x’ħin ikun tela’ abbord jew il-manuvra tkun
ikkanċellata 50% tar-rata normali.
9. Fir-rigward ta’ vapuri diżabilitati, għandu jkun
hemm il-pagamenti li ġejjin Lm 25 kull pilota.
