PERMESS TA’ ŻVILUPP (METODU TA’ APPLIKAZZJONI) ġ L.S.356.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.01
REGOLAMENTI GĦAL PERMESS TA’ ŻVILUPP 
(METODU TA’ APPLIKAZZJONI)
1 ta’ Jannar, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 133 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviż Legali 18 ta’ l-
1993.
Titolu.
Permess ta’ Żvilupp (Metodu ta’ Applikazzjoni).
Definizzjonijiet.
mod ieħor -
"applikazzjoni għal permess ta’ bini" jfisser applikazzjoni
sottomessa taħt l-Att għall-Permessi ta’ Bini (Provedimenti
Temporanji)*, lill-Bord għal Permessi tal-Bini;
Kap. 356.
"il-Bord għal Permessi tal-Bini" ifisser il-Bord imwaqqaf mir-
Regolamenti għal Permessi tal-Bini*.
(2) F’dawn ir-regolamenti kull espressjoni kif imfissra fl-Att
tfisser l-istess bħal ma tfisser fl-Att.
Metodu ta’ 
applikazzjonijiet 
għal permess ta’ 
żvilupp.
3. (1) Applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp issir lill-
Awtorità  fuq waħda mill-formuli kif, minn żmien għal żmien,
ikunu stampati u pprovduti mill-Awtorità  skond in-natura ta’ l-
applikazzjoni u ta’ l-iżvilupp propost li jsir. Għandu jkun fiha t-
tagħrif u d-dikjarazzjonijiet kollha meħtieġa mill-formula
applikabbli u tkun iffirmata mill-persuna li qed tagħmel l-
applikazzjoni, kif ukoll mill-perit u l-inġinier ċivili, skond il-każ, li
se jieħu f’idejh it-tmexxija ta’, u r-responsabbilità  għax-xogħol, li
għalih tkun saret l-applikazzjoni.
(2) Ma’ l-applikazzjoni jrid ikun hemm:
(a) iċ-ċertifikat mitlub mill-artikolu 32(3) ta’ l-Att
magħmul u ffirmat mill-applikant fuq waħda mill-
formoli stampati u pprovduti għalhekk u skond il-
ħtieġa tal-każ, mill-Awtorità ; u
(b) kopji tal-formola ta’ l-applikazzjoni fil-għadd meħtieġ
mill-Awtorità ; u
(ċ) il-pjanti, disinji u kull tagħrif u dokumenti oħra li
jissemmew fl-applikazzjoni; u
(d) it-taxxa dwar il-bini.
(3) Xejn fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan ir-regolament
ma jċaħħad lill-Awtorità  milli titlob aktar dokumenti u tagħrif bħal
dan, kif jidhrilha li jkun meħtieġ jew li jista’ jgħin.
*Revokat/i bl-Att I ta’ l-1992.
2 L.S.356.01 ħ PERMESS TA’ ŻVILUPP (METODU TA’ APPLIKAZZJONI)
Applikazzjonijiet 
magħmula lill-
PAPB.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1993.
4. (1) Barra minn dak li hemm fir-regolament 3, id-
disposizzjonijiet li ġejjin, ta’ dan ir-regolament, ikunu japplikaw
għal dawk l-applikazzjonijiet għal permess ta’ bini, li jkunu ġew
sottomessti lill-Bord għal Permessi tal-Bini nhar jew qabel is-27 ta’
Novembru 1992 u li ma jkunux ġew deċiżi minn dak il-Bord.
(2) Fejn applikazzjoni għal permess ta’ bini tkun ġiet
sottomessa kif jingħad hawn fuq, applikazzjoni lill-Awtorità  tkun
biżżejjed jekk l-applikant jew perit u inġinier ċivili f’ismu, jgħarraf
bil-kitba lill-Awtorità  li huwa jixtieq li l-applikazzjoni sottomessa
kif intqal hawn fuq tibqa’ tkun meqjusa bħala applikazzjoni
magħmula lill-Awtorità , waqt li jagħti n-numru tar-referenza ta’ l-
applikazzjoni għall-permess ta’ bini, l-iżvilupp propost u l-lokal
tas-sit, l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant u tal-perit, u tagħrif ieħor
bħal dan kif ikun meħtieġ biex tidentififika l-applikazzjoni:
Iżda applikazzjoni għal permess ta’ bini ma tibqax tiġi
kkunsidrata mill-Awtorità  u tkun meqjusa bħala rtirata -
(a) sakemm in-notifika mogħtija taħt dan ir-regolament
ma jkollhiex magħha ċ-ċertifikat meħtieġ taħt l-
artikolu 32(3) ta’ l-Att, magħmul u ffirmat mill-
applikant fuq waħda mill-formoli stampati u pprovduti
mill-Awtorità  għall-għanijiet ta’ applikazzjoni għal
permess ta’ żvilupp, hekk kif mit1ub mill-każ;
(b) fejn il-ħlas għal permess ta’ bini jew il-
kontribuzzjonijiet għal formazzjoni ta’ triq, linja, u
main tad-drenaġġ ma jkunx tħallas sad-data speċifikata
għall-ħlas fuq il-kont tal-kontribuzzjoni maħruġ għar-
rigward ta’ l-imsemmija applikazzjoni jew sa tliet
ġimgħat mid-data tal-ħruġ, liema minnhom tiġi l-
ewwel data;
(ċ) jekk ma jingħatax avviż lill-Awtorità , kif ipprovdut
f’dan ir-regolament, nhar jew qabel l-1 ta’ Marzu,
1993.
Tweġib mill-
Awtorità .
5. L-applikazzjonijiet kollha għal permess ta’ żvilupp u n-
notifiki kollha kif moghtija taħt ir-regolament 4 u li tirċievi l-
Awtorità , jitwieġbu li jkunu waslu mill-Awtorità  u t-tweġiba tkun
turi d-data tal-wasla u n-numru ta’ referenza mogħti mill-Awtorità
lill-applikazzjoni jew notifika.
