DRITTIJIET GĦAL APPELLI TA’ L-IPPJANAR ġ L.S.356.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.02
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET
GĦAL APPELLI TA’ L-IPPJANAR
1 ta’ Jannar, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 7 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 169 ta’ l-
1995 u 25 ta’ l-2002.
Titolu.
Drittijiet għal Appelli ta’ l-Ippjanar.
Tifsir.
mod ieħor -
Kap. 356.
"appell" ifisser appell magħmul lill-Bord ta’ l-Appelli dwar l-
Ippjanar, stabbilit bl-artikolu 14 tal-Att;
"talba għal rikonsiderazzjoni" tfisser talba magħmula lill-
Awtorità  biex terġa tikkonsidra d-deċiżjoni tagħha taħt l-artikolu
37 tal-Att;
(2) F’dawn ir-regolamenti kull espressjoni mfissra mill-Att
għandha tingħata l-istess tifsira bħal kif għandha fl-Att.
Drittijiet.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1995.
Sostitwit:
A.L. 25 ta’ l-2002.
3. Meta jsir appell, jew talba għal rikonsiderazzjoni, għar-
rigward ta’ deċiżjoni ta’ l-Awtorità , li minnha jista’ jsir appell taħt
xi disposizzjoni ta’ l-Att, jew meta l-Awtorità  tintalab li terġa’
tikkonsidra d-deċiżjoni tagħha, l-applikazzjoni jew it-talba għandu
jkollu magħha d-dritt dovut stabbilit fir-regolament 5.
Appelli invalidi, 
eċċ.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1995.
Sostitwit:
A.L. 25 ta’ l-2002.
4. Appell jew talba għal rikonsiderazzjoni li ma jkollhiex
magħha d-dritt dovut kif provdut dwaru fir-regolament 3 jkunu
meqjusa nulli u bla effett biss f’dawk il-każijiet fejn l-appellant jew
l-applikant, skond il-każ, jonqos milli jħallas tali dritt f’dak iż-
żmien, wara li jkun għamel appell jew talba għal rikonsiderazzjoni,
hekk kif il-Bord ta’ l-Appelli jew l-Awtorità , skond il-każ, jistgħu
jistabbilixxu..
Rati ta’ drittijiet.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1995;
A.L. 25 ta’ l-2002.
5. Id-drittijiet li għandhom jitħallsu kif ipprovdut fir-
regolament 3(1)(a) huma kif ġej:
(a) għal appelli kontra
deċiżjoni ta’ l-Awtorità  li
ma jsirux minn terza
persuna interessata ............ 5% tad-dritt tal-
permess ta’ żvilupp,
soġġett għal minimu
ta’ Lm80
2 L.S.356.02 ħ DRITTIJIET GĦAL APPELLI TA’ L-IPPJANAR
Rifużjoni. 6. Fejn appell għal talba ta’ rikonsiderazzjoni jintlaqa’ jew
ikun approvat, il-Bord ta’ l-Appelli jew l-Awtorità  jistgħu jordnaw
li d-dritt imħallas skond dawn ir-regolamenti, jew parti minnu,
jingħata lura lil-applikant, wara li jitqiesu l-ispejjeż amministrattivi
involuti fil-proċedura ta’ l-appelli.
Rimbors tad-dritt 
ta’ l-appell mill-
partijiet telliefa 
f’każ ta’ appell 
minn terza persuna 
li jkollha interess.
Miżjud:
A.L. 25 ta’ l-2002.
Kap. 12.
7. Meta terza persuna interessata tkun ippreżentat appell
quddiem il-Bord ta’ l-Appelli u l-Bord ta’ l-Appelli jaqta’ l-appell
favur dik it-terza persuna interessata, id-dritt ta’ l-appell li jkun
tħallas minn dik it-terza persuna interessata għandu jiġi rimborsat
lill-imsemmija terza persuna fi proporzjonijiet indaqs mill-partijiet
telliefa u, għall-fini ta’ dan ir-regolament, id-deċiżjoni tal-Bord ta’
l-Appelli għandha titqies li tkun titolu eżekuttiv bħallikieku kienet
deċiżjoni ta’ arbitri kif imsemmija fl-artikolu 253(d) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għall-finijiet kollha ta’ dak il-
Kodiċi.
(b) għal appelli kontra
deċiżjoni ta’ l-Awtorità
minn terza persuna li
jkollha interess u li tkun
kunsill lokali .................... 5% tad-dritt tal-
permess ta’ żvilupp,
soġġett għal minimu
ta’ Lm80 u massimu
ta’ Lm2000
(ċ) għal appelli kontra
deċiżjoni ta’ l-Awtorità
minn terza persuna
interessata u li ma tkunx
kunsill lokali .................... 5% tad-dritt tal-
permess ta’ żvilupp,
soġġett għal minimu
ta’ Lm80
(d) għal appelli kontra avviż
ta’ inforzar ....................... Lm25
(e) għal talbiet ta’
rikonsiderazzjoni .............. 3% tad-dritt tal-
permess ta’ żvilupp,
soġġett għal minimu
ta’ Lm30.
