REKLAMI ġ L.S.356.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.03
ORDNI DWAR REKLAMI
10 ta’ Diċembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 171 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 191 ta’ l-
1999 u 9 ta’ l-2003.
Titolu.
Tifsiriet.
xort’oħra:
"art magħluqa" tfisser kull art li hi mdawwra minn kull naħa
b’ħajt ta’ lqugħ, fence jew sinjali oħra b’mod li jipprovdu jew juru
area ta’ art magħluqa;
"ħanut" tfisser stabbiliment għall-bejgħ bl-imnut jew għall-wiri
ta’ oġġetti jew servizzi, fejn il-bejgħ jew il-wiri ta’ oġġetti jew
servizzi huwa prinċipalment għall-pubbliku li jżuru;
"ħlas xieraq" tfisser il-ħlas li għandu jitħallas ma’ applikazzjoni
għall-wiri ta’ reklami kif stabbilit b’dan l-Att;
Kap. 356.
"permess", f’dak li għandu x’jaqsam mal-wiri ta’ reklam tfisser
permess mogħti mill-Awtorità  b’konformità  ma’ din l-Ordni;
"reklam" tfisser kull kelma, ittra, mudell, sinjal, kartellun,
tabella, avviż, disinn jew xbiha, sew jekk illuminata sew jekk le, li
għandha xorta ta’ u hija użata għal kollox jew f’parti għal skop ta’
reklam, avviż jew direzzjoni, inkluż kull stekkat jew struttura
simili użata jew addattata għall-użu ta’ wiri ta’ reklami;
"reklam ġdid" tfisser kull reklam li ma jkunx intwera, sew kollu
kemm hu jew parti minnu, qabel ma bdiet isseħħ din l-ordni;
"reklam imdawwal" ifisser reklam li hu magħmul jew adattat
biex ikun imdawwal b’dawl artifiċjali, kemm direttament jew
b’rifless;
"reklam qadim" tfisser reklam li jkun għall-wiri fid-data tas-seħħ
ta’ din l-Ordni.
(2) Kull espressjoni imfissra fl-Att għandu jkollha, f’din l-
Ordni, l-istess tifsir bħalma għandha fl-Att u, għall-għanijiet ta’ din
l-Ordni, persuna titqies li tkun qed turi reklam jekk skond l-
għanijiet ta’ l-Att hija titqies li tkun qiegħda tagħmel dan.
Permess għall-wiri 
ta’ reklami.
3. (1) Ebda reklam ma għandu jintwera jew ikun imdawwal
mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar, kemm-il darba
dan ma jkunx reklam li għalih ikun jgħodd l-artikolu 4, fejn ikunu
reklami li huma meħlusa mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux
għal reklami qodma sakemm l-Awtorità  ta’ l-lppjanar ma tkunx
jew:
(a) avżat persuna li tkun qed turi reklam qadim fejn
teħtieġha tibgħat lill-Awtorità  kopja tal-permess,
2 L.S.356.03 ħ REKLAMI
liċenza jew xi awtorizzazzjoni oħra li tippermetti dan
il-wiri, fiż-żmien muri fl-avviż, u li jkun perjodu ta’
mhux anqas minn erbatax-il ġurnata; jew
(b) ippubblikat avviż fil-Gazzetta li jitlob lil kull persuna
li għandha għall-wiri kull għamla ta’ reklam, jew xi
għamla ta’ reklam partikolari, jew reklami bħal dawk
f’xi naħa jew inħawi kif jistgħu jkunu speċifikati fl-
avviż, biex tibgħat lill-Awtorità  kopja tal-permess,
liċenza jew awtorizzazzjoni oħra li jawtorizza wiri
bħal dak, f’dak iż-żmien li jista’ jkun speċifikat fl-
avviż, u li jkun perijodu ta’ mhux anqas minn xahrejn;
u f’kull każ bħal dak jekk xi persuna li għaliha jkun jgħodd dan l-
avviż tibgħat lill-Awtorità  kopja tal-permess, liċenza jew
awtorizzazzjoni oħra li tagħtiha d-dritt turi r-reklam fiż-żmien
speċifikat fl-avviż rilevanti, dak il-permess, liċenza jew
awtorizzazzjoni oħra jkun ’il quddiem u għall-għanijiet kollha
meqjus li hu permess mogħti mill-Awtorità  b’seħħ ta’ din l-Ordni
waqt li kull għamla oħra ta’ wiri ta’ reklami qodma għandha titqies
li tkun qegħda ssir mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità .
Reklami eżenti.
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-
1999;
A.L. 9 ta’ l-2003.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ir-
reklami li ġejjin jew il-wiri tagħhom għandhom ikunu eżenti mill-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 3:
(a) reklam muri fuq art magħluqa u li ma jidhirx minn xi
post li hu aċċessibbli għall-pubbliku;
(b) reklam muri fuq, jew ġewwa, xi vettura li normalment
titħaddem bħala vettura mobbli u mhux għall-wiri ta’
reklami;
(ċ) reklam temporanju, inklużi reklami sponsorjati, li
jġibu ’l quddiem kampanja ta’ saħħa jew sigurtà
pubblika jew li għandhom x’jaqsmu ma’ okkażjoni
reliġjuża, edukattiva, kulturali, politika jew soċjali, li
ma tkunx okkażjoni ta’ natura kummerċjali, sakemm
dak ir-reklam ma jkunx imdawwal u jintwera għal
mhux aktar minn tmienja u għoxrin ġurnata;
(d) reklam li jirrigwarda esklussivament elezzjoni ġenerali
jew referendum jew elezzjoni għall-kunsilli lokali u li
jkun muri mhux aktar kmieni minn tliet xhur qabel u
mhux aktar tard minn xahar wara l-ġurnata li fiha
jkunu saru l-elezzjoni jew referendum imsemmija;
(e) reklam meħtieġ bil-liġi jew ordnat li jsir minn qorti
kompetenti;
(f) reklam għal festa nazzjonali jew festa ta’ belt jew
raħal, inklużi reklami sponsorjati, sakemm dawn
jintwerew għal mhux aktar minn tmienja u għoxrin
ġurnata;
(g) sinjal tat-traffiku;
(h) sinjal li juri l-isem ta’ belt, raħal jew lokalità  li
jintwera mill-Gvern jew minn awtorità  lokali;
(i) il-bandiera nazzjonali ta’ nazzjon li jkun;
REKLAMI ġ L.S.356.03 3
(j) reklam muri fuq il-faxxa jew faċċata ta’ ħanut,
sakemm dan ma jkunx imdawwal, li mhux akbar minn
0.5 ta’ metru kwadru, li huwa mwaħħal ċatt mal-
faċċata jew faxxa u li ma jkunx reklam li jesporġi ’l
barra, u li ma jkunx hemm aktar minn żewġ reklami
bħal dawn għal kull proprjetà ;
(k) reklam muri għall-għan ta’ identifikazzjoni, direzzjoni
jew twissija għar-rigward ta’ l-art li fuqha jkun muri u
li ma jkunx imdawwal, li ma jkunx akbar minn 0.5 ta’
metru kwadru, li mhux ogħla aktar minn 3 metri mil-
livell ta’ l-art, u li fih ebda ittra, karattru jew simbolu
ma huwa aktar minn 0.5 ta’ metru għoli;
(l) reklam li għandu x’jaqsam ma’ xi persuna, ditta jew
soċjetà  li jipprattikaw professjoni, negozju jew
kummerċ fil-fond fejn hu muri u li jikkonforma mal-
kondizzjonijiet u l-qisien kif imfissra fil-paragrafu (k),
u biss jekk mhux aktar minn reklam wieħed hu muri
għal kull faċċata għat-triq fir-rigward ta’ l-istess
persuna, ditta jew soċjetà ;
(m) reklam li għandu x’jaqsam ma’ istituzzjoni reliġjuża,
kulturali, rikreattiva, medika jew ta’ xorta bħal dawk,
jew ma xi lukanda, bar jew klabb, muri fil-fond ta’ tali
istituzzjoni, lukanda, bar jew klabb u li ma jkunx
imdawwal, li ma jkunx akbar minn 0.5 ta’ metru
kwadru jew li jkollu xi parti minnu aktar minn 3 metri
għoli mil-livell ta’ l-art u li fih ebda ittra, karattru jew
simbolu ma huwa aktar minn 0.5 ta’ metru għoli u biss
jekk mhux aktar minn reklam wieħed jintwera għal
kull fond;
(n) reklam temporanju li għandu x’jaqsam ma’ xi attività
sportiva jew xi okkażjoni oħra festiva, inklużi reklami
sponsorjati sakemm ikun muri għal mhux aktar minn
tmienja u għoxrin ġurnata u ma jkunx imdawwal;
(o) reklam muri ġewwa bini;
(p) reklam f’għamla ta’ bandiera li tkun turi l-logo jew l-
isem ta’ kumpanija fuq il-bejt ta’ xi bini kummerċjali,
sakemm ma jittellgħux aktar mmn żewġ bandieri;
(q) reklam approvat bħala parti mill-Iskema biex
Jissebbħu t-Traffic Islands, sakemm dan ikun
konformi mal-limitazzjonijiet ta’ qies ta’ l-Iskema li
huma 1.2m x 27ċm u li ma jkunux esposti aktar minn
żewġ reklami għal kull traffic island;
(r) reklam temporanju ta’ xorta kummerċjali, sakemm ma
jkunx imdawwal, muri għal mħux aktar minn tmienja u
għoxrin ġurnata; sakemm ma jeċċedix 20 metru
kwadru f’area, u bla ħsara għas-subartikolu (3).
(2) Kull reklam imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jkun tali u
għandu jkun muri b’mod li ma jkunx ta’ dannu kemm għat-traffiku
jew għal xi persuna u m’għandux jitwaħħal ma’ xi siġra, pjanta,
jew ħajt tas-sejjieħ. L-ebda reklam bħal dan m’għandu jitwaħħal
ma’ xi pylon tad-dawl, arblu, sinjal jew proprjetà  oħra li hu ta’ xi
4 L.S.356.03 ħ REKLAMI
korp governattiv jew parastatali mingħajr il-permess ta’ dak il-
korp. Jekk wieħed ma jkunx konformi ma’ dawn il-kondizzjonijiet,
l-Awtorità  jkollha d-dritt teħtieġ, b’avviż li jiġi notifikat lill-
persuna li qed turi r-reklam jew lis-sid ta’ l-art li fuqha hu muri,
jew lit-tnejn li huma, it-tneħħija tar-reklam jew li jsiru dawk ix-
xogħlijiet li l-Awtorità  jista’ jidhrilha li jkunu meħtieġa; u l-
persuna li lilha jintbagħat l-avviż għandha minnufih, jew fiż-żmien
mogħti fl-avviż, tikkonforma ma’ dak li jitlob minnha l-avviż:
Iżda meta reklam bħal dan jintwera mingħajr notifikazzjoni
jew ikompli jiġi muri wara l-perijodu li fih jista’ jiġi leġittimament
muri skond dan l-artikolu u r-reklam ikun mwaħħal ma’ xi siġra,
pjanta, ħajt tas-sejjiegħ, pylon, arblu, sinjal jew proprjetà  ohra, l-
Awtorità  tista’ minnufih tidħol fuq l-art u tneħħi r-reklam, fejn
jidhrilha spedjenti u neċessarju fl-interess ta’ sigurezza u kumdità
pubblika, minflok in-notifika ta’ l-avviż imsemmi hawn aktar
qabel.
(3) (a) Kull reklam imsemmi fis-subregolament (1)(r) għandu
jiġi notifikat lill-Awtorità , mhux anqas minn erbatax-il
ġurnata mid-data li fiha hu propost li jiġi muri r-
reklam. In-notifikazzjoni għandha tinkludi:
(i) ittra li jkun fiha l-isem u l-indirizz tal-persuna li
tkun qed tipproponi li turi r-reklam; it-tul ta’
żmien li fih hu intiż li jintwera r-reklam, u x-
xorta w l-iskop tar-reklam;
(ii) site plan u ritratt tas-sit li juri l-lokazzjoni tar-
reklam; u
(iii) disinn li juri l-qisien tar-reklam, il-materjal, u l-
għamla w kostruzzjoni ta’ kull struttura li ser
tintuża biex tirfed ir-reklam.
L.S.365.05
(b) Flimkien man-notifikazzjoni għandu jitħallas dritt li
jkun id-dritt għall-permess ta’ żvilupp għar-reklami kif
provdut fil-paragrafu 1(5)(d) ta’ l-Ewwel Skeda tar-
Regolamenti dwar Rati ta’ Taxxa dwar Bini.
(ċ) Reklam bħal dan għandu jkun biss reklam eżentat fejn
il-proċedura kontemplata fil-paragrafu (a) tkun ġiet
segwita u l-Awtorità  ma tkunx, fi żmien erbatax-il
ġurnata minn meta tirċievi notifikazzjoni bħal dik, tat
avviż bil-miktub lill-persuna li tkun għamlet in-
notifikazzjoni li jew il-proċedura msemmija hawn
aktar qabel ma ġietx segwita jew li l-lokazzjoni tar-
reklam proposta m’hijiex aċċettabbli.
(d) L-Awtorità  tista’ tiddeċiedi, fir-rigward tax-xorta, d-
daqs jew il-lokazzjoni tar-reklam, u fl-interess tas-
sigurtà  pubblika, li r-reklam jirrikjedi l-kunsens biex
jiġi muri skond l-artikolu 6 ta’ din l-Ordni.
Direttivi li 
jillimitaw żvilupp 
bil-permess.
5. (1) Jekk l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar tkun sodisfatta li jkun
meħtieġ li l-għamliet ta’ reklami kif imfissra fl-artikolu 4 ma
għandhomx ikunu murija qabel ma jingħata permess mill-Awtorità
wara li tkun saret applikazzjoni, l-Awtorità  tista’ tordna li l-
eċċezzjonijiet mogħtija fl-artikolu 4 ma jgħoddux:
REKLAMI ġ L.S.356.03 5
(a) ghal kull jew għal xi għamla ta’ reklam f’lokalità
speċifikata fid-direttiva; jew
(b) għal għamla partikolari ta’ reklam kif speċifikat fid-
direttiva.
Applikazzjoni għal 
permess.
6. (1) Kull persuna li tixtieq turi reklam li għalih huwa
meħtieġ il-permess ta’ l-Awtorità , għandha tapplika lill-Awtorità
għall-permess biex turi dak ir-reklam.
(2) Applikazzjoni bħal dik trid issir fuq il-Formola B5 li
tinġieb mingħand l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar, u li magħha jrid
jintbagħat ċertifikat iffirmat mill-applikant li huwa s-sid tal-post li
fuqu se jidher ir-reklam jew li jkun kiseb bil-miktub l-
approvazzjoni tas-sid tal-post. Ma’ l-applikazzjoni jrid jintbagħat
ukoll id-dritt preskritt.
(3) L-Awtorità  għandha, bi spejjeż ta’ min japplika, tara li l-
proposta mitluba fl-applikazzjoni u isem min japplika ikunu murija
fuq il-post u fil-ġurnali lokali.
(4) Applikazzjoni għal permess, u l-permess mogħti, jistgħu
jkollhom x’jaqsmu ma’ xi wieħed minn dawn:
(a) il-wiri ta’ reklam mhux imdawwal;
(b) li jkun imdawwal reklam eżistenti li huwa ġa għall-
wiri skond il-liġi;
(ċ) il-wiri ta’ reklam imdawwal.
Għoti ta’ permess.
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-1999.
7. (1) Biex tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal permess ta’
wiri ta’ reklam, l-Awtorità  għandha tqis kull pjan ta’ żvilupp għal
dik il-lokalità , ir-rappreżentazzjonijiet li jkunu saru bi tweġiba
għall-pubblikazzjoni tal-proposta u kull konsiderazzjoni materjali
oħra, inklużi dawk estetiċi u ta’ sigurtà  pubblika.
(2) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tagħti jew li tiċħad permess,
u meta tagħtih tista’ timponi kull kondizzjoni li jidhrilha xierqa;
iżda l-Awtorità  għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha u għal
kull kondizzjoni li tista’ tagħmel.
(3) Ma joħroġ ebda permess għall-wiri ta’ reklam qabel u
sakemm ma jkun tħallas id-dritt rispettiv tiegħu lill-Awtorità  u li
din tkun irċevietu.
(4) Permess jista’ jingħata għal perijodu limitat jew għal
dejjem; iżda f’kull każ dan ma jibqax jgħodd jekk ir-reklam li jkun 
intalab ma jkunx intwera kollu kemm hu fi żmien tnax-il xahar
mill-ħruġ tal-permess.
(5) Barra minn meta ma jingħadx mod ieħor fil-permess u għal
kemm idum validu u fis-seħħ, permess biex jintwera reklam għandu
jkun għall-benefiċċju tal-lokal u għal dawk kollha li f’dak iż-żmien
huma interessati f’hekk.
(6) Kull reklam, li dwaru jingħata kunsens skond dan l-
artikolu, għandu juri n-numru ta’ referenza ta’ l-Awtorità  għal dak
il-kunsens. Dak in-numru ta’ referenza għandu jkun -
(a) imwahhal ma’ jew jifforma parti integrali mir-reklam;
6 L.S.356.03 ħ REKLAMI
(b) ta’ dik l-għamla li jkun muri b’mod permanenti, ċar u
leġibbli; u
(ċ) jidher minn area aċċessibbli għall-pubbliku.
Irtirar ta’ permess 
u ordnijiet ta’ 
tneħħija.
8. (1) Kull permess mogħti b’seħħ ta’ din l-Ordni, jew
mifhum li ġie mogħti b’hekk, għandu jkun soġġett għal reviżjoni
għar-rigward ta’ xi pjani ta’ żvilupp u għal konsiderazzjonijiet
materjali oħra; u l-Awtorità , għar-rigward ta’ kif intqal qabel, tista’
f’kull ħin, b’avviż mibgħut lil xi persuna li tkun turi reklam, titlob
li jitneħħa reklam minn kull lokal, u li l-post jerġa’ jinġieb fl-istat li
kien fih qabel il-wiri tar-reklam, waqt li tagħti ż-żmien, ta’ mhux
anqas minn xahar, li matulu dak li ntalab ikun irid isir.
(2) Meta, taħt dan l-artikolu, jingħata avviż dwar reklam li hu
għall-wiri skond il-liġi u li ma kienx ilu hekk espost għal aktar
minn sitt xhur fil-każ ta’ permess mogħti għal perijodu limitat jew
tnax-il xahar f’kull każ ieħor, l-Awtorità  tkun obbligata tħallas
kumpens għal xi telf sofrut b’riżultat ta’ l-avviż:
Iżda dawk il-benefiċċji miksuba mill-ħruġ ta’ l-istess avviż
għandhom jiġu kompensati kontra t-telf imsemmi qabel.
Applikazzjoni għal 
reklami ta’ ċerti 
disposizzjonijiet 
ta’ l-Att.
Emendat:
A.L. 191 ta’ l-
1999.
9. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35, 36, 37 u 38 ta’ l-
Att għandhom jgħoddu għal permess mogħti bis-saħħa ta’
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordni u għalhekk għal kull applikazzjoni
kif jgħoddu għal permess ta’ żvilupp mogħti taħt l-Att u għal
applikazzjoni għal permess bħal dak.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 51, 52, 53, 54, 55 u 58 ta’
l-Att u kull ma jista’ jsir bihom japplika u jista’ jsir għar-rigward
ta’ reklami kif japplikaw u jista’ jsir għar-rigward ta’ żvilupp ieħor:
Iżda għar-rigward ta’ reklami, l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet imsemmija għandhom ikunu soġġetti għal dawn
it-tibdiliet li ġejjin:
(a) avviż li jitlob it-tneħħija ta’ reklam fi żmien ta’ mhux
anqas minn tliet ijiem kif speċifikat fl-avviż, ikollu
effett malli jagħlaq il-perijodu msemmi;
(b) la appell minn avviż bħal dan lanqas applikazzjoni
għall-permess ta’ l-Awtorità  għall-wiri tar-reklam ma
jwaqqfu t-twettiq ta’ l-avviż imsemmi, u malli jagħlaq
il-perijodu speċifikat fl-avviż, l-Awtorità  tista’
minnufih tidħol fil-lok u tneħħi r-reklam, filwaqt li
jgħodd l-artikolu 55 ta’ l-Att.
Kunsens ma 
jeżentax il-ħtieġa 
ta’ permess, eċċ.
Miżjud:
A.L. 191 ta’ l-
1999.
10. Kull kunsens jew approvazzjoni mahruġa mill-Awtorità  ta’
l-Ippjanar taħt din l-Ordni, ma teżentax lil xi persuna mill-bżonn li
tapplika u tikseb xi permess jew approvazzjoni, ikunu kif ikunu
deskritti li jistgħu jkun meħtieġa bil-liġi.
Notifika ta’ avviż 
lil min ikun qed 
juri r-reklam.
Miżjud:
A.L. 191 ta’ l-
1999.
11. (1) F’kull ċirkostanza speċifikata f’din l-Ordni, fejn l-
Awtorità  tista’ tinnotifika avviż lill-persuna li qed turi reklam jew
lis-sid ta’ l-art li fuqha jkun muri, l-Awtorità  tista’, fejn jidhrilha
jkun spedjenti li hekk tagħmel, jew fejn ma jkunx possibbli li
tiskopri l-identità  tal-persuna li qed turi r-reklam jew tas-sid ta’ l-
art, tinnotifika dak l-avviż lill-kumpannija, organizzazzjoni jew
REKLAMI ġ L.S.356.03 7
enti jew persuna oħra li r-reklam ikun jirreferi għalihom jew li
jirreklama xi prodott, servizz jew avveniment li jirrelata ma’ dik il-
kumpannija, organizzazzjoni, enti jew persuna oħra sew
direttament sew indirettament, u dik il-kumpannija,
organizzazzjoni, enti jew persuna oħra għandha tieħu dik l-azzjoni
kif meħtieġa tagħmel skond l-avviż.
(2) Meta l-avviż jirrikjedi it-tneħħija ta’ reklam, u r-reklam ma
jkunx imneħħi meta jiskadi l-perijodu għat-tneħħija tiegħu, il-
kumpannija, organizzazzjoni jew enti jew persuna oħra li r-reklam
ikun jirreferi għalihom ikunu responsabbli għall-ħlas ta’ l-ispejjeż
inkorsi mill-Awtoritià  fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha vestiti bl-
artikolu 9(2) ta’ din l-Ordni fit-tneħħija tar-reklam.
