KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP ġ L.S.356.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.04
ORDNI DWAR IL-KLASSIJIET TA’ UŻU
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
10 ta’ Diċembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 53 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviżi Legali 70 ta’ l-
2000 u 59 ta’ l-2004.
Titolu.
fl-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 70 ta’ l-2000;
A.L. 59 ta’ l-2004.
2. (1) F’din l-Ordni, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu jfissru hekk
kif ġej:
Kap. 356.
"attenzjoni" tfisser l-attenzjoni personali li tingħata lil nies li
jeħtieġu dik l-attenzjoni għax ikunu anzjani, ikollhom xi
inkapaċità , jew dipendenza fil-passat jew fil-preżent fuq l-alkoħol
jew id-droga, jew diżordni mentali fil-passat jew fil-preżent, u fil-
Klassi 2 ta’ l-Iskeda tinkludi wkoll l-attenzjoni personali li tingħata
lit-tfa1 kif ukoll attenzjoni u kura medika;
"day centre" tfisser postijiet li matul il-jum ikunu miftuħa għal
għanijiet soċjali jew ta’ rikreazzjoni jew għal għanijiet ta’
rijabilitazzjoni jew taħriġ f’sengħa, u fejn tingħata wkoll
attenzjoni;
"l-Iskeda" tfisser l-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordni;
"klassi" tfisser klassi speċifikata fl-Iskeda;
L.S. 424.19
"Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Perikli ta’ Inċidenti Kbar''
tfisser ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Perikli ta’ Inċidenti
Kbar;
Kap. 202.
"M.D.C." tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta
mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp
ta’ Malta;
"proċess industrijali" tfisser proċess għal, jew inċidentali għal, xi
wieħed minn dawn l-għanijiet:
(a) il-ħdim ta’ oġġetti jew ta’ parti minn oġġett (inkluż
vapur jew xi opra oħra, jew film, video jew sound
recording);
(b) it-tibdil, tiswija, manutenzjoni, dekorazzjoni, irfinar,
tindif, ħasil, ippakkjar, ibbottiljar, adattar għall-bejgħ,
tkissir jew qerda ta’ kull oġġett;
(ċ) il-ksib, abbiljament jew trattament ta’ minerali,
fil-kors ta’ kull kummerċ jew negozju li ma jkunx wieħed ta’
agrikoltura, u li ma jkunx ta’ użu fix-xogħol li jsir f’minjiera jew
barriera jew biswithom;
L.S. 424.19
"sustanza perikoluża'' tfisser sustanza, taħlita jew preparazzjoni
elenkata fl-Ewwel Skeda, Parti 2 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll
2 L.S.356.04 ħ
KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
ta’ Perikli ta’ Inċidenti Kbar, jew is-sodisfar tal-kriterji stipulati fl-
Ewwel Skeda, Parti 3 ta’ l-imsemmija regolamenti u li jkunu
preżenti bħala materja prima, prodott, derivattiv ta’ prodott,
residwu jew taħlita intermedja, bla ħsara għall-esklużjonijiet
imsemmija fir-regolament 4(2) ta’ l-imsemmija regolamenti.
(2) F’din l-Ordni, kliem u espressjonijiet kif imfissra fl-Att
għandhom l-istess tifsir bħal ma għandhom fl-Att.
Bdil ta’ użu li ma 
jeħtieġx permess 
ta’ żvilupp.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordni, meta
bini, inkluża l-art okkupata mal-bini u użata għall-istess għanijiet,
jew art jintużaw għal xi għan f’xi klassi speċifikata fl-Iskeda, l-użu
ta’ dak il-bini jew dik l-art għal xi skop ieħor fl-istess klassi ma
għandux jitqies li jkun jimplika żvilupp, u ma jkunx meħtieġ
permess ta’ żvilupp ħlief kif provdut f’din l-Ordni.
(2) Użu li jkun inkluż fi, u ordinarjament inċidentali għal, xi
użu fi klassi speċifikata fl-Iskeda ma huwiex eskluż minn dak l-użu
li għalih huwa inċidentali għaliex biss ikun speċifikat fl-Iskeda
bħala użu separat.
Uzu li ma huwiex 
fi klassi ta’ użu.
Emendat:
A.L. 59 ta’ l-2004.
4. Ebda ħaġa f’xi klassi speċifikata fl-Iskeda ma għandha
tinkludi xi użu għal wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) ċentru jew arcade ta’ divertiment, jew għal fiera ta’
divertiment;
(b) każin tal-banda, klabb soċjali, sala taż-żfin jew tat-
tiġijiet, jew diskoteka;
(ċ) bejgħ ta’ żjut għal vetturi bil-mutur;
(d) bejgħ jew wiri għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur;
(e) negozju ta’ taxi jew għall-kiri ta’ vetturi bil-mutur;
(f) kmamar tan-nar;
(g) apparat għall-mili ta’ ċilindri tal-għaddasa;
(h) ħwienet tad-deheb jew tal-fidda;
(i) art fejn jinżamm l-iskrapp jew fejn jitkissru vetturi bil-
mutur;
(j) barriera jew minjiera bħala post għall-ħżin, tqassim
jew ipproċessar ta’ minerali;
(k) rimi ta’ kull materjal skart kemm fuq l-art kif ukoll fil-
baħar;
(l) il-manifattura, proċessar, żamma jew ħażna ta’ xi
sustanza perikoluża, ġo xi bini jew fuq xi art;
(m) ħasil jew tindif ta’ ħwejjeġ jew drappijiet permezz ta’
magni mħaddma b’muniti jew f’bini fejn l-oġġetti
għall-ħasil jew tindif jinġiebu direttament mill-
pubbliku nnifsu;
(n) lukandi;
(o) żona fejn isir l-isparar jew klabb għall-isparar jew fejn
isir użu ieħor li jinvolvi armi tan-nar;
(p) ċentru għall-konferenzi;
KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP ġ L.S.356.04 3
(q) tlielaq ta’ vetturi bil-mutur, inklużi vetturi off road,
jew fejn jippruvawhom.
Bdil ta’ użu ta’ 
parti minn bini jew 
art użati bħala 
abitazzjoni.
5. Fil-każ ta’ bini użat għal skop inkluż fi Klassi 1
(Abitazzjonijiet) ta’ l-Iskeda, l-użu tal-bini li jkun jirriżulta f’żieda
jew fi tnaqqis fl-għadd ta’ abitazzjonijiet kif kien qabel jiġi użat il-
bini, jitqies daqs li kieku żvilupp.
Kondizzjonijiet fuq 
permess ta’ 
żvilupp.
6. Disposizzjoni ta’ din l-Ordni ma tkunx tgħodd meta t-
twettiq tagħha jkun espressament eskluż b’kondizzjoni jew
kondizzjonijiet, jew b’limitazzjoni, imposti fuq permess ta’ żvilupp
skond l-artikolu 33(2) ta’ l-Att.
Limiti fuq tħaddim 
ta’ ċertu klassijiet.
Emendat:
A.L. 70 ta’ l-2000.
7. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordni jkollhom effett għal dak
li għandu x’jaqsam mal-Klassijiet 6, 9, 11, 12, 13, 14, 15, 16 u 17
biss fejn l-użu li minnu se ssir il-bidla għal użu ieħor fl-istess klassi
jkun ġie permess bl-għoti speċifiku ta’ permess ta’ żvilupp li jkun
ingħata wara li tkun bdiet isseħħ din l-Ordni meta ssir
applikazzjoni għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att, ħlief li
tibdiliet fil-Klassijiet 11 u 12 ġewwa qasam industrijali
amministrat jew immexxi mill-M.D.C. ma jkunux soġġetti għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Żvilupp f’oqsma 
industrijali.
Miżjud:
A.L. 70 ta’ l-2000.
8. F’qasam industrijali amministrat jew immexxi mill-
M.D.C., il-bdil minn użu fi Klassi 12 għal użu fi Klassi 11 u minn
użu f’xi waħda mill-Klassijiet 13 sa 16 għal użu fi Klassi 12 ma
għandux jitqies bħala żvilupp.
SKEDA
(Artikolu 3)
KLASSI 1- Abitazzjonijiet
Użu bħala residenza, kemm bħala residenza unika jew prinċipali,
jew le, minn xi ħadd minn dawn:
(a) persuna waħedha jew persuni li qed jgħixu flimkien
bħala familja;
(b) mhux aktar minn sitt residenti jgħixu flimkien, inkluża
dar fejn tingħata attenzjoni lir-residenti;
(ċ) kull resident flimkien mas-sengħa/xogħol jew negozju
tiegħu jew tagħha, basta li, fil-fehma ta’ l-Awtorità , is-
sengħa/xogħol ikunu kompatibbli ma l-użu
residenzjali, u li dan:
(1) jista’ jitwettaq f’kull inħawi residenzjali bla
ħsara għad-dehra ta’ dik l-area minħabba fi
ħsejjes, vibrazzjonijiet, irwejjaħ, fwar, dħaħen,
nugrufun, irmied, trabijiet, ramel jew impatt
viżiv; u
(2) ma joħloqx traffiku ta’ vetturi jew ipparkjar ta’
tip jew ammont li jkun ta’ ħsara għad-dehra
sabiħa tal-post li fiha jsir; u
(3) ma jkunx jitlob il-preżenza fil-lokal ta’ aktar
minn tliet persuni impenjati fin-negozju (inklużi
4 L.S.356.04 ħ
KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
l-proprjetarji) jew b’konsegwenza tan-negozju,
f’kull waqt.
KLASSI 2 - Istituzzjonijiet Residenzjali
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) akkomodazzjoni residenzjali u attenzjoni li tingħata lil
persuni fil-bżonn barra minn użu fil-Klassi 1
(Abitazzjonijiet) ta’ din l-Iskeda;
(b) sptar jew dar ta’ kura.
KLASSI 3 - Hostels
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) boarding house;
(b) guest house;
(ċ) hostel,
fejn ma tingħatax xi attenzjoni speċjali, iżda b’esklużjoni ta’ fond
liċenzjat għall-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku lil persuni li ma humiex
residenti.
KLASSI 4- Ħwienet
Użu għal xi wieħed minn dawn:
(a) bejgħ ta’ oġġetti bl-imnut
(b) Uffiċċju tal-Posta
(ċ) bejgħ ta’ biljetti
(d) aġenzija ta’ l-ivvjaġġar
(e) ħwienet tax-xagħar
(f) amministrazzjoni ta’ funerali
(g) wiri ta’ oġġetti għall-bejgħ
(h) kiri ta’ oġġetti domestiċi jew ta’ oġġetti jew ħwejjeġ
personali
(i) ġbir ta’ oġġetti biex jinħaslu, jitnaddfu jew jissewwew
fejn il-bejgħ, il-wiri, jew servizz ikun prinċipalment
għall-pubbliku li jmur hemm.
KLASSI 5 - Uffiċċji Finanzjarji, Professjonali u oħrajn
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) servizzi finanzjarji
(b) servizzi professjonali (fosthom tobba, avukati,
dentisti)
(ċ) uffiċċji oħra ta’ xorta bħalhom.
KLASSI 6 - Ikel u Xorb
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) bejgħ ta’ ikel jew xorb sħun jew kiesaħ għall-konsum
fil-post jew barra minnu
(b) ġelaterija
KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP ġ L.S.356.04 5
(ċ) bar
(d) restorant.
KLASSI 7 - Istituzzjonijiet mhux Residenzjali
Użu, mhux inkluż użu residenzjali, għal wieħed minn dawn:
(a) wiri ta’ xogħlijiet ta’ arti barra milli għall-bejgħ jew
għall-kiri
(b) mużew
(ċ) librerija pubblika jew kamra tal-qari għall-pubbliku
(d) sala għall-pubbliku jew sala għall-wirjiet
(e) postijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ qima pubblika jew
tagħlim reliġjuż jew l-attivitajiet soċjali jew rikreattivi
ta’ korp reliġjuż.
KLASSI 8 - Edukazzjoni
Użu jew għal:
(a) kindergarten, crè che, day nursery jew day centre; jew
(b) skola, kulleġġ jew ċentru ta’ taħriġ residenzjali jew
mhux residenzjali.
KLASSI 9 - Assemblea u Divertiment
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) ċinema
(b) sala għall-kunċerti jew teatru
(ċ) sala tat-tombla jew kasino
(d) vaska għall-għawm jew swimming pool, skating rink,
ġinnasju, klabb tas-saħħa, sawna, sala ta’ l-isports, jew
sports jew rikreazzjonijiet li jintlagħbu fuq l-art, kemm
ġewwa kif ukoll barra, li ma jinvolvux vetturi
makkanizzati jew armi tan-nar.
KLASSI 10 - Divertiment tal-Baħar
Użu jew għal:
(a) rmiġġ ta’ dgħajjes u/jew bħala marina; jew
(b) skola tal-għadds, tbaħħir, jew windsurfing jew għal xi
sport jew rikreazzjoni oħra b’rabta marittima.
KLASSI 11-Negozju u Industrija Ħafifa
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) riċerka dwar, eżami u żvilupp ta’ prodotti jew
proċessi;
(b) kummerċ ta’ artiġjanat;
(ċ) kull industrija ħafifa (barra minn industrija li tagħmel
mal-Klassijiet 12, 13, 14, 15 u 16)
kemm-il darba jekk xi użu bħal dak isir f’area residenzjali, fil-
fehma ta’ l-Awtorità  -
(1) dan ikun jista’ jsir mingħajr ħsara lill-ambjent
6 L.S.356.04 ħ
KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
sabiħ ta’ dik l-area minħabba fi ħsejjes,
vibrazzjonijiet, irwejjaħ, fwar, dħaħen,
nugrufun, irmied, trabijiet, ramel jew impatt
viżiv; u li
(2) dan ma joħloqx traffiku ta’ vetturi jew ipparkjar
ta’ tip jew ammont li jkun ta’ ħsara għall-area li
fiha jkun qiegħed isir; u li
(3) dan ma jġibx miegħu żieda sew fl-għadd ta’
impjegati meta mqabbel ma’ dawk li kienu
impjegati fl-użu ta’ qabel.
KLASSI 12 - Industrija Ġenerali
Użu ta’ proċess industrijali barra minn dak li jagħmel mal-Klassi
11 (Negozju u Industrija Ħafifa), jew mal-Klassijiet 13 sa 16
(Grupp Industrijali Speċjali) ta’ din 1-Iskeda.
KLASSI 13 - Grupp Industrijali Speċjali A
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) fonderija, kalkara, sintering, jew il-bdil ta’ metalli kif
jinqatgħu mill-minjiera, ta’ minerali, konċentrati jew
mattes bit-tneħħija ta’ l-ossiġenu
(b) tibdil, raffinar, riskaldament, irkuċir, temprament,
tidwib, karburizzar, xogħol bil-forġa, jew tiswib ta’
metalli jew legi barra minn pressure diecasting
(ċ) irkuprar ta’ metall mill-iskrapp, irmoxk ta’ metall, jew
fdalijiet
(d) iggalvanizzar
(e) ippattnar jew trattament ta’ metall fl-aċidu
(f) ibbanjar bil-kromju
ħlief meta l-proċess iservi għall-kisba, tkomplija, jew trattament ta’
minerali u jsir ġewwa barriera jew minjiera jew qribhom.
KLASSI 14 - Grupp Industrijali Speċjali B
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) durning lime jew dolomite
(b) produzzjoni ta’ ossidju taż-żingu, siment jew alumina
(ċ) foaming, crushing, screening jew tisħin ta’ minerali
jew slag
(d) proċessar ta’ fuel ash midħun permezz ta’ sħana
(e) produzzjoni ta’ carbonate of lime jew hydrated lime
(f) produzzjoni ta’ pigments inorganiċi bil-proċess ta’
calcining, ħami jew dħin,
ħlief meta l-proċess iservi għall-kisba, tkomplija, jew trattament ta’
minerali u jsir ġewwa barriera jew minjiera jew qribhom.
KLASSI 15 - Grupp Industrijali Speċjali Ċ
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) distillar, raffinar jew taħlit ta’ żjut (barra minn pitrolju
KLASSIJIET TA’ UŻU 
FL-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP ġ L.S.356.04 7
jew prodotti magħmulin mill-pitrolju)
(b) produzzjoni jew użu ta’ cellulose jew użu ta’ finitura
tal-metall permezz ta’ sprej bil-pressa (barra milli fil-
ħwienet tat-tiswijja tal-karozzi b’konnessloni ma’
tiswijiet żgħar, jew l-applikazzjoni ta’ plastic powder
bl-użu ta’ teknika magħrufa bħala fluidised bed u
electrostatic spray)
(ċ) togħlija ta’ żejt tal-kittien jew running gum
(d) ipproċessar li jinvolvi l-użu tal-qatran jaħraq jew
bitumen fil-manifattura ta’ roofing felt f’temperaturi li
ma jaqbżux 220º C jew il-manifattura ta’ żrar miksi
(e) ħami ta’ oġġetti ta’ l-enamel
(f) produzzjoni ta’ aliphatic esters tal-lower fatty acids,
butyric acid, caramel, hexamine, iodoform, naphthols,
prodotti tar-reżin (barra minn plastic moulding jew
extrusion operations u produzzjoni ta’ folji, virgi, tubi,
filamenti, fibri, jew komponenti ottiċi tal-plastik,
prodotti permezz ta’ casting, calendering, moulding,
shaping jew extrusion), salicylic acid jew sulphonated
organic compounds
(g) produzzjoni ta’ gomma minn skrapp
(h) proċessi kimiċi li fihom jintużaw cholorophenols jew
chlorocresols bħala intermediates
(i) manifattura ta’ aċitilena mill-calcium carbide
(j) manifattura, irkuprar, jew użu ta’ pyridine jew
picolines, kull methyl jew ethyl amine, jew acrylates.
KLASSI 16 - Grupp Industrijali Speċjali D
Użu għat-twettiq ta’ proċess industrijali li jagħmel użu minn
fdalijiet ta’ annimali bħala l-materjal prinċipali jew bħala parti
mill-proċess ta’ manifattura.
KLASSI 17 - Ħażna u Distribuzzjoni
Użu għal ħażna (barra mill-irfigħ ta’ dgħajjes fuq l-art jew fuq il-
baħar) jew bħala ċentru ta’ distribuzzjoni.
KLASSI 18 - Agrikoltura
Il-ħidma agrikola li tinvolvi it-tkabbir intensiv ta’ għelejjel jew
annimali, barra mill-bdil ta’ użu ta’ bini għat-tkabbir intensiv ta’
annimali fejn użu bħal dak isir fil-limitu ta’ 400 metru minn dak ta’
użu li jaqa’ taħt il-Klassijiet 1 sa 11 ta’ din l-Iskeda.
KLASSI 19 - Tarznari ta’ Dgħajjes
Użu għal wieħed minn dawn:
(a) post fejn jintrefgħu d-dgħajjes (eskluża marina);
(b) bini ta’ dgħajjes;
(ċ) tiswija ta’ dgħajjes.
KLASSI 20 - Akkwakultura
Użu għat-tfaqqis jew it-tkabbir tal-ħut.
