RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.05
REGOLAMENTI DWAR RATI TA’ TAXXA
DWAR BINI
24 ta’ Ġunju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 112 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviżi Legali 138 ta’ l-
1997, 186 ta’ l-1998, 115 u 131 ta’ l-1999, 275 ta’ l-2000, 263 ta’ l-2001,
224 ta’ l-2002, u 42 u 230 ta’ l-2003.
Titolu.
ta’ Taxxa dwar Bini.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 138 ta’ l-
1997;
A.L. 186 ta’ l-
1998;
A.L. 115 ta’ l-
1999;
A.L. 42 ta’ l-2003.
2. (1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra -
"abitazzjoni" tfisser kull bini jew parti minnu użat għal għanijiet
residenzjali, iżda teskludi lukanda, guest-house, jew stabbiliment
simili;
"applikazzjoni" tfisser applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp;
"applikazzjoni emendata" tfisser applikazzjoni għal emendi għal
żvilupp li dwaru permess ikun diġà  ingħata u għadu validu:
(a) fir-rigward ta’ l-istess sit u 1i jinvolvi żvilupp ta’ l-
istess xorta u deskrizzjoni ġenerali, u
(b) ma jinvolvix użu differenti jew żieda fl-għadd ta’
unitajiet ta’ abitazzjoni, u
(ċ) għandu x’jaqsam ma’ bidliet ta’ l-intern tal-bini jew
id-dehra ta’ barra li ma jbidlux b’mod sinjifikanti n-
natura ġenerali ta’ l-iżvilupp;
"applikazzjoni parzjali" tfisser applikazzjoni sottomessa
speċifikament għal permess parzjali ta’ żvilupp u li fiha xi waħda
jew aktar mill-materji speċifikati huma riservati għal sottomissjoni
u approvazzjoni aktar ’il quddiem;
"applikazzjoni għal tiġdid" tfisser aplikazzjoni għat-tiġdid ta’
permess ta’ żvilupp mogħti jew mifhum li ngħata mill-Awtorità
dwar l-istess sit u żvilupp bħal dak li jkun ingħata permess qabel, u
li tkun ġiet sottomessa qabel l-għeluq tad-data tal-permess;
"applikazzjonijiet għal emendi għal skemi (pjanti) u allinjamenti
(linji)" tfisser dawk l-applikazzjonijiet, li waqt li mhumiex
applikazzjonijiet għal permess dwar żvilupp ,jeħtieġu l-
approvazzjoni ta’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar għal xi tibdiliet fl-
Iskemi tal-Provedimenti Temporanji u fl-allinjamenti dettaljati ta’
bini u ta’ toroq fi skemi bħal dawk;
"area ta’ paviment" tfisser l-ammont ta’ paviment f’bini, li jkun
determinat permezz tal-qisien esterni tal-bini, jiġifieri inkluża l-
ħxuna tal-ħitan esterni u nofs il-hxuna tal-ħitan diviżorji jew ħitan
ta’ appoġġ, u tinkludi kull taraġ, lift, shaft, btieħi interni,
verandahs, terrazzini, galleriji, canopies u spazji oħra u kull saqaf
jew terrazzin użat għal għanijiet kummerċjali;
"area ta’ sit" tfisser l-area totali ta’ art li hija s-suġġett ta’ l-
2 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
applikazzjoni;
"art reklamata għall-agrikoltura" tfisser ir-reklamar ta’ art,
inkluż id-depożitu ta’ materjal u l-bdil tal-livell ta’ l-art, għal
għanijiet agrikoli;
Kap. 356. "l-Att" tfisser l-Att dwar l-Ippjanar ta’ Żvilupp;
"bini kummerċjali" tfisser bini li se jintuża għal xi użu mhux
residenzjali jew mhux domestiku (barra minn bini ta’ razzett jew
serra) u tinkludi lukanda, guest house, jew stabbiliment simili;
"bini ta’ rziezet" tfisser bini użat biex jgħixu fih il-bhejjem, biex
jinħażen fih għalf jew għodod jew għal għanijiet agrikoli oħra, iżda
ma jinkludix irziezet-djar, serer u bini użati għal qtil ta’ annimali u
ipproċessar ta’ annimali jew prodotti ta’ annimali;
"bini speċjali" tfiser bini li jkun qed jipprovdi lil istituzzjoni,
klabb, soċjetà , jew organizzazzjoni oħra ta’ natura reliġjuża
kulturali, filantropika, sportiva jew ta’ natura soċjali (li ma tkunx
tinkludi Dipartimenti tal-Gvern jew parastatali) bil-faċilitajiet
meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet tagħha, inklużi skejjel, ospizji, djar
tax-xjuħ, sptarijiet u bini ieħor jew utilitajiet simili, meta l-
istituzzjoni, klabb, soċjetà  jew organizzazzjoni oħra tkun dikjarata
bħala meħlusa mit-taxxa mill-Ministru responsabbli għall-finanzi
f’Avviż Legali magħmul għal dak il-għan;
"boathouse għal sajjied reġistrat" tfisser boathouse użata biex
fiha jinżammu dgħajjes u tagħmir tas-sajd, użati fit-twettiq tas-
sengħa reġistrata;
"bungalow" tfisser abitazzjoni għal familja waħda, kemm
detached jew semi-detached (meta dan ikun japplika), li jkun fiha
mhux aktar minn sular wieħed abitabbli, u li jkollha area tas-sit ta’
mhux anqas minn wieħed kull għoxrin ta’ ettaru u mhux aktar minn
40 fil-mija minnha mibni;
"ċertifikat ta’ żvilupp" tfisser ċertifikat imsemmi fl-artikolu 61
(2) ta’ 1-Att;
"demolizzjoni ta’ bini" tfisser it-twaqqiegħ jew it-tneħħija
kompleta, jew il-biċċa l-kbira, ta’ l-elementi li jiffurmaw il-bini,
bħal ma huwa s-saqaf, ħitan interni ta’ diviżjoni jew ta’ rfiegħ ta’
toqol, u ħitan esterni, biex b’hekk jifdal anqas minn 25% ta’ l-
istruttura oriġinali, li ma tinkludix il-ħitan ta’ l-appoġġi fejn il-bini
ma jinsabx maqtugh għalih waħdu;
"dipartiment relevanti" tfisser, għall-finijiet ta’ kontribuzzjoni
tal-main tad-drenaġġ, id-Dipartiment tad-Drenaġġ tat-Taqsima tax-
Xogħlijiet, u għall-finijiet tal-kontribuzzjoni tat-triq, id-
Dipartiment tat-Toroq tal-Ministeru responsabbli għat-Trasport, u
kull korp ieħor li sussegwentement jassumi r-responsabbiltajiet ta’
dawn id-Dipartimenti;
"endorsjar" tfisser l-aċċettazzjoni formali ta’ rapport dwar
applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp minn uffiċjal maħtur hekk
li l-applikazjzoni wara tintbagħat biex tiġi deċiża mill-
Kummisjsoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp jew deċiża minn uffiċjal
maħtur taħt is-setgħat hekk delegati mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar;
"film set’’ tfisser l-użu ta’ art, jew it-tqegħid, l-istallazzjoni jew
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 3
il-kostruzzjoni fuq art ta’ strutturi, għal skopijiet ta’ produzzjoni
ta’ films, programmi televiżivi, videos jew produzzjonijiet awdjo-
viżwali oħra;
"flat" tfisser abitazzjoni għal familja waħda li tokkupa s-sular
kollu jew parti minn sular ta’ bini li jkun fih għadd ta’
abitazzjonijiet oħra simili, li ebda waħda minnhom ma jkollha d-
dħul separat tagħha mit-triq, iżda li taqsam ma’ oħrajn dan l-aċċess
għad-dħul;
"garaxx" tfisser garaxx jew spazju għall-ipparkjar ta’ karozzi, bi
spazju għall-ipparkjar standard li għandu qisien bejn 2.4 metri u
3.0 metri wisa’ u bejn 4.8 metri u 5.1 metri tul, użat għall-ipparkjar
ta’ vetturi, kemm magħluq jew miftuħ, u kemm jekk hu fil-livell ta’
l-art jew le;
"impjant u makkinarju" tfisser tagħmir mekkaniku jew strutturi
mekkaniċi, mibnija jew imqiegħda fuq l-art iżda mhux ġewwa bini;
"kontribuzzjoni" tfisser kontribuzzjoni għal servizzi ta’
infrastruttura;
"maisonette" tfisser post wieħed ta’ abitazzjoni f’sular wieħed
jew aktar f’bini li jikkonsisti f’aktar minn abitazzjoni waħda bħal
dik, b’dan li kull abitazzjoni jkollha l-bieb tad-dħul tagħħa separat
b’entratura minn ġot-triq;
"materjal mhux permanenti" tfisser materjal li ma jkunx solidu
fil-kompożizzjoni tiegħu u li ma jinkludiex ġebel, bricks, konkos
jew xi materjal ieħor simili;
"mezzanin" tfisser abitazzjoni għal familja waħda li tkun
tikkonsisti f’sular wieħed jew aktar f’ringiela ta’ tlett idjar jew
aktar u tinkludi d-djar ta’ mat-truf tal-mezzanin;
"paviment intermedjarju" tfisser paviment f’bini li ma jkunx
jokkupa t-tul kollu jew il-wisa’ kollu tal-bini;
"penthouse" tfisser abitazzjoni separata għal familja waħda li
tkun tikkonsisti f’sular wieħed mibni fuq il-bejt ta’ bini, u li ma
tkunx tokkupa l-area kollha tas-saqaf;
"rapport dwar applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp" tfisser ir-
rapport ippreparat fuq applikazzjoni għall-permess ta’ żvilulpp li
jiġi mibgħut lill-uffiċjal maħtur jew lill-Kummissjoni għall-
Kontroll ta’ l-Iżvilupp;
"razzett-dar (farmhouse)" tfisser abitazzjoni għal familja waħda
użata biex joqgħod fiha bidwi reġistrat bħala tali;
"sajjied reġistrat" tfisser sajjied li jkun reġistrat mad-Dipartiment
ta’ l-Agrikoltura u Sajd;
"sotterran" tfisser kull sular f’bini li parti minnu jew is-sular
kollu huwa taħt il-livell ta’ l-art, b’referenza għall-aktar triq baxxa
li l-bini għandu faċċata tagħti għal fuqha;
"struttura temporanja" tfisser struttura li tiżżarma u mhux
permanentement imwaħħla ma’ l-art, u li tkun kostruwita minn
materjal mhux permanenti, inklużi kanvas, materjal iehor, PVC u
materjal simili ieħor, u jinkludi tinda, padiljun, kanupew, jew
strutturi oħra ta’ xorta simili;
4 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
"taxxa dwar bini" tfisser id-dritt għal permess ta’ żvilupp u l-
kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura, sew flimkien jew
weħidhom, skond il-każ;
"uffiċjal maħtur" tfisser kull uffiċjal ta’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar
minnha maħtur biex formalment jendorsja rapporti dwar
applikazzoni għall-permess ta’ żvilupp, li nomalment ikunu l-
managers ta’ l-area teams u l-manager ta’ d-Development Control
Unit;
"użu temporanju ta’ art" tfisser l-użu ta’ art għal utilità  jew għan
wieħed għal żmien erba’ xhur jew anqas matul sena kalendarja
waħda;
"validar" tfisser ir-rikonoxximent mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar li
tkun waslitilha applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp valida,
jiġifieri applikazzjoni li dwarha il-ħtiġiet kollha għall-għemi1 ta’
applikazzjoni jkunu ġew imwettqa;
"valutazzjoni ta’ impatt ambjentali" tfisser stqarrija dwar l-
impatt ambjentali (SIA) jew stqarrija dwar l-ippjanar ambjentali
(SIA);
"viċinanza" tfisser sa mhux aktar minn 500 metru bogħod mis-sit
oriġinali;
"villa" tfisser abitazzjoni għal familja waħda, detached jew semi-
detached, li tkun ta’ mhux aktar minn żewġ sulari abitabbli;
"xogħlijiet ta’ inġinerija" tinkludi l-formazzoni jew it-tqegħid ta’
toroq u ta’ mezzi ta’ aċċess għal toroq; iċ-ċaqliq, rigradazzjoni jew
il-kisi tal-wiċċ ta’ art; il-kostruzzjoni ta’ pontijiet jew strutturi
simili; il-kostruzzjoni ta’ lqugħ tal-baħar, mollijiet u strutturi
simili; il-ħolqien u l-mili mill-ġdid ta’ xtajtiet u xogħlijiet oħra li
jolqtu x-xtajtiet; it-tqegħid ta’ rmiġġi; u xogħlijiet simili, kemm
fuq l-art kif ukoll f’qiegħ il-baħar.
(2) Kemm fl-Ewwel Skeda kif ukoll fit-Tieni Skeda, kull
espressjoni definita għandha l-istess tifsira bhal ma għandha fl-Att.
Dritt għal permess 
ta’ żvilupp.
3. Għandu jinġabar mill-Awtorità , dritt għal permess ta’
żvilupp bħala d-dritt li għandu jitħallas għar-rigward ta’
applikazzjoni għal permess biex isir żvilupp, bir-rata stabbilita fl-
Ewwel Skeda.
Kontribuzzjoni 
għal servizzi ta’ 
infrastruttura.
4. Għandha tinġabar mill-Awtorità  kontribuzzjoni għal
servizzi ta’ infrastruttura bħala r-rata ta’ kontribuzzjoni 1i għandha
titħallas għall-ispejjeż ta’ servizzi ta’ infrastruttura u servizzi jew
faċilitajiet oħra li jkunu meħtieġa minħabba l-permess biex l-art
tiġi żviluppata, bir-rata stabbilita fl-Ewwel Skeda.
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 5
1. Barra minn kif provdut mod ieħor, id-dritt għal permess ta’ żvilupp bir-rati
speċifikati f’din l-Iskeda għandu jitħallas għar-rigward ta’ applikazzjonijiet għal
permess ta’ żvilupp skond ix-xorta ta’ l-iżvilupp u jiġi kalkolat kif hawn taħt
provdut:
L-EWWEL SKEDA Emendata:A.L. 138 ta’ l-1997;
A.L. 186 ta’ l-1998;
A.L. 115 ta’ l-1999;
A.L. 131 ta’ l-1999;
A.L. 275 ta’ l-2000;
A.L. 263 ta’ l-2001;
A.L. 224 ta’ l-2002;
A.L. 42 ta’ l-2003;
A.L. 230 ta’ l-2003.
(Regolament 3)
Dritt għal Permess ta’ Żvilupp
Lm
(1) Applikazzjonijiet Parzjali fil-każijiet kollha, barra minn bini
speċjali, għal kull 0.1 ta’ ettaru (1000m2) area ta’ sit, jew parti minnu ..... 75.00
suġġett għal massimu ta’ ............................................................ 2500.00
fil-każ ta’ bini speċjali ................................................................ 30.00
barra meta applikazzjoni tkun teħtieġ valutazzjoni ta’ impatt
ambjentali; għal kull 0.1 ta’ ettaru (1000m2) area ta’ sit, jew parti
minnu ......................................................................................... 20.00
(2) Applikazzjonijiet għal żvilupp mhux kummerċjali
(a) Dritt għal kull abitazzjoni li tikkonsisti fi
- bungalow ................................................................... 1500.00
- villa detached ............................................................. 1000.00
- razzett-dar (farmhouse) .............................................. 750.00
- villa semi-detached ..................................................... 750.00
- semi-detached  unit b’żewġ abitazzjonijiet, għal kull
abitazzjoni ................................................................. 250.00
- fully  detached  unit b’żewġ abitazzjonijiet sovrastanti
separati, għal kull abitazzjoni ..................................... 350.00
- penthouse ................................................................... 350.00
- flat ............................................................................. 70.00
- mezzanin .................................................................... 70.00
- maisonette .................................................................. 70.00
(b) Alterazżjonijiet u estensjonijiet ta’ abitazzjonijiet ................ 15.00
(3) Applikazzjonijiet għal żvilupp kummerċjali
(a) Bini kummerċjali -
għal kull 50m2 ta’ paviment ta’ bini jew parti minnu ... 55.00
b’żieda
għal kull 50m2 ta’ area ta’ sit jew parti minnha,
inkluża l-area mibnija ................................................. 55.00
(b) Estensjonijiet u alterazzjonijiet ta’ bini kummerċjali -
- estensjonijiet u alterazzjonijiet sa 50m2 area ta’
paviment .................................................................... 15.00
6 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
- estensjonijiet u alterazzjonijiet ’il fuq minn 50m2 ta’
area ta’ paviment, għal kull 50m2 jew parti minnha ..... 60.00
(ċ) Rziezet -
- sa 50m2 area ta’ paviment ........................................... 10.00
- ’il fuq minn 50m2, għal kull 50m2 jew parti minnha .... 20.00
(d) Serer -
- sa 100m2 area ta’ paviment ......................................... 10.00
- ’il fuq minn 100m2, għal kull 100m2 jew parti minnha  10.00
(e) Barrieri -
- għal kull 100m2 ta’ area tas-sit jew parti minnha ......... 25.00
- soġġett għal massimu ta’ ............................................. 5000.00
- estensjonijiet vertikali għal barrieri ............................. 200.00
(f) Rimi ta’ skart -
- għal kull 100m2 area tas-sit jew parti minnha .............. 25.00
- soġġett għal massimu ta’............................................. 5000.00
(4) Garaxxijiet
(a) Garaxxijiet li huma parti minn żvilupp ta’ flats jew
maisonettes -
għal kull garaxx ................................................................. 30.00
ħlief li żewġ garaxxijiet għal kull abitazzjoni waħda ikunu
eżentati
(b) Garaxxijiet li huma parti minn żvilupp kummerċjali u
residenzjali imħallat -
għal kull garaxx ................................................................. 30.00
ħlief li żewġ garaxxijiet għal kull abitazzjoni waħda ikunu
eżentati
(ċ) Garaxxijiet li huma parti minn żvilulpp kummerċjali -
għal kull garaxx ................................................................. 30.00
(d) Żvilupp użat biss għall-parkeġġ pubbliku għal kull 50m2
area ta’ paviment jew parti minnha ....................................... 20.00
(e) Garaxxijiet oħra -
għal kull 50m2 area ta’ paviment jew parti minnha ............. 60.00
(5) Applikazzjonijiet Oħra
(a) Xogħlijiet ta’ inġinerija -
- għal kull 0.1 ta’ ettaru (1000m2) area tas-sit ................ 70.00
- soġġett għal massimu ta’............................................. 5000.00
(b) Bdil fl-użu -
- għal użu residenzjali, għal kull abitazzjoni li tinħoloq . 70.00
- għal użu mhux residenzjali għal kull 50m2 area ta’
paviment jew parti minnha ......................................... 55.00
- suġġett, fejn il-bdil ta’ użu jinvolvi biss l-użu ta’ art,
għal massimu ta’ ........................................................ 5000.00
(ċ) Twaqqiegħ ta’ bini jew strutturi ........................................... 50.00
(d) Reklami -
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 7
- għal kull reklam mhux illuminat, kull metru kwadru
minnu ......................................................................... 10.00
- għal kull reklam illuminat, kull metru kwadru minnu .. 20.00
- soġġett għal ħlas minimu ta’ Lm10 għal kull reklam li
għalih tkun saret applikazzjoni.
(e) Dixxijiet tas-satellita jew antenni tat-telekomunikazzjoni -
għal kull dixx jew antenna .......................................... 12.00
(f) Applikazzjonijiet għal tiġdid ta’ permess ............................. 15.00
(g) Applikazzjonijiet għal emendi .............................................. 50.00
(h) Approvazzjoni ta’ kondizzjonijiet barra minn dawk imposti
f’permess parzjali ta’ żvilupp ............................................... 25.00
(i) Bini jew użu speċjali ............................................................ 40.00
ħlief meta l-applikazzjoni tkun teħtieġ valutazzjoni ta’
impatt ambjentali
(j) Vending machines -
għal kull magna proposta fl-applikazzjoni ................... 15.00
(k) Kull użu temporanju ta’ art .................................................. 75.00
(l) Applikazzjonijiet biex jiġi stabbilit ikunx meħtieġ permess
ta’ żvilupp ........................................................................... Xejn
(m) Reklamar ta’ art għall-agrikoltura -
- għal kull 0.1 ta’ ettaru (1000m2) ta’ area tas-sit jew
parti minnha ............................................................... 10.00
- soġġett għal massimu ta’............................................. 2500.00
(n) Boathouse għal sajjied reġistrat -
- sa 50m2 area ta’ paviment ........................................... 10.00
- ’il fuq minn 50m2, għal kull 50m2 jew parti minnha .... 20.00
(o) Impjant u makkinarju -
- għal kull 0.1 ta’ ettaru (1000m2) ta’ area tas-sit jew
parti minnha ............................................................... 50.00
- soġġett għal massimu ta’............................................. 2500.00
(p) Applikazzjonijiet għal emendi fi skemi u allinjamenti .......... 75.00
(q) Applikazzjonijiet għal approvazzjoni sanitarja ..................... 10.00
(r) Notifiki skond l-Ordni dwar Żvilupp Ġenerali ...................... 5.00
(s) Notifiki skond l-Ordni dwar Żvilupp Ġenerali fejn l-
Awtorità  tista’ twieġeb fi żmien 30 ġurnata biex tinforma
lill-applikant li jkun meħtieġ permess għal żvilupp ............... 15.00
(t) Approvazzjoni għal liċenza għar-reċiklaġġ ta’ skart inert fil-
barrieri ................................................................................ 100.00
(u) Żjarat fuq sit biex jiġu mfassla l-allinjament jew livelli, wara
t-tfassil interim u finali, għal kull żjara ................................ 20.00
(v) Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emendi żgħar għal
permessi ta’ żvilupp ............................................................. 15.00
8 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
(6) Dwar 5(k) ta’ hawn aktar qabel tintlaqa’ applikazzjoni waħda biss għal użu
temporanju ta’ art mill-istess applikant dwar l-istess sit f’kull sena kalendarja
waħda, bil-ħlas imsemmi, kemm il-darba l-applikant jiddikjara li dan ikun każ ta’
hekk.
(7) Dwar 5(n) ta’ hawn iktar qabel, applikazzjoni għal boathouse għal sajjied
reġistrat, titħallas bir-rata msemmija biss jekk ma’ l-applikazzjoni tinġieb prova ta’
reġistrazzjoni.
(8) Id-dritt għal permess ta’ żvilupp kollu mħallas ma’ l-applikazzjoni huwa
suġġett, kemm-il darba ma jingħadx mod ieħor, għal massimu ta’ Lm300,000. Meta
ssir aktar minn applikazzjoni waħda li tkun tirreferi għall-fażi ta’ żvilupp separat
wara li jinħareġ permess parzjali ta’ żvilupp fuq l-istess sit, id-dritt għal permess ta’
żvilupp li għandu jitħallas dwar dawk l-applikazzjonijiet ma għandux ikun ta’ iktar
minn Lm300,000 fl-ammont kollu tiegħu.
(9) Għandu jitħallas dritt minimu ta’ Lm 10 bħala dritt għal permess ta’ żvilupp
ma’ kull applikazzjoni, kemm-il darba ma jingħadx mod ieħor.
(10) Meta t-taxxa dwar bini hija sostanzjalment korrettement kalkolata mill-
applikant jew mill-perit, u titħallas qabel jew mas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni,
l-ammont tad-dritt għal permess ta’ żvilupp dovut għandu jitnaqqas b’Lm5 jew 1%
tad-dritt għal permess ta’ żvilupp dovut, skond liema minnhom ikun l-ogħla, barra
minn meta d-dritt għal permess ta’ żvilupp dovut ikun anqas minn Lm60.
(11) Meta applikazzjoni tintbagħat lill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar biex l-Awtorità
(w) Notifiki biex jissanzjonaw żvilupp li jkun twettaq (u li
għalhekk ma jistax ikun notifikat skond l-Ordni dwar
Żvilupp Ġenerali) iżda li minflok kien ikun żvilupp
permissibbli skond ma hemm fl-Ordni dwar Żvilupp
Ġenerali (ħlief meta x-xogħlijiet ikunu jeħtieġu risposta
mill-Awtorità , f’liema każ tkun meħtieġa applikazzjoni għal
permess ta’ żvilupp) ............................................................. 20.00
(x) Emendi għal Pjan Lokali mibdija mis-settur privat
- għal kull 150m2 area tas-sit jew parti minnha .............. 100.00
(y) Il-ħruġ ta’ compliance certificate (wara dikjarazzjoni ta’
perit) ................................................................................... 5.00
(i) il-ħruġ ta’ compliance certificate (fil-każijiet l-oħra
kollha) 25.00
(ii) għal vera kopja awtentikata ta’ permess ..................... 5.00
(iii) għal vera kopja awtentikata ta’ pjanti approvati (għal
kull pjanta) ................................................................. 5.00
(iv) riċerka ta’ records ta’ qabel l-1993 ............................ 5.00
(v) kopja ta’ permess jew ta’ rifjut jew ta’ rapport dwar
applikazzjoni, miksub elettronikament mis-servizzi
online ta’ l-Awtorità  ................................................... 0.50
(vi) kopja ta’ permess jew ta’ rifjut jew ta’ rapport dwar
applikazzjoni, mhux kif imsemmi fis-subparagrafu (v)  2.00
(aa) Struttura temporanja
- sa 100m2 area ta’ paviment ......................................... 40.00
- aktar minn 100m2, għal kull 100m2 jew parti minnha .. 40.00
(bb) Film set - għal kull 100m2 area ta’ paviment ......................... 16.50
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 9
tikkalkola t-taxxa dwar bini, din trid tkun akkompanjata bid-dritt tal-permess għal
żvilupp minimu kif speċifikat fil-paragrafu 1(9) ta’ din l-Iskeda. Dan id-dritt għandu
jitnaqqas minnu dritt għal permess ta’ żvilupp li eventwalment ikun dovut li jitħallas
dwar dik l-applikazzjoni.
2. Meta applikazzjoni hija għal żvilupp ġdid fuq sit li dwaru hemm fis-sehħ
permess ta’ żvilupp (barra minn permess parzjali ta’ żvilupp), u l-iżvilupp hekk
permess jew ma jkunx inbeda jew, jekk ikun inbeda, ma jkunx tlesta, id-dritt għal
permess ta’ żvilupp li għandu jitħallas għall-iżvilupp il-ġdid għandu jiġi ikkalkolat
billi jitnaqqas id-dritt għal permess ta’ żvilupp imħallas fuq il-permess ta’ żvilupp li
hemm fis-seħħ minn dak dovut fuq l-applikazzjoni l-ġdida (barra minn meta l-
permess ta’ żvilupp li hemm fis-seħħ huwa tiġdid ta’ permess ta’ qabel, u f’dak il-
każ id-dritt għal permess ta’ żvilupp li jrid jitnaqqas għandu jkun dak imħallas fil-
permess oriġinali).
2A. Fejn l-applikazzjoni hi għal żvilupp ġdid fuq sit li dwarha m’hemmx
permess għal żvilupp in vigore, imma kien hemm permess qabel, u l-applikazzjoni
għal żvilupp ġdid kienet tissodisfa d-definizzjoni ta’ applikazzjoni emendata kieku
il-permess għal żvilupp ta’ qabel kien għandu in vigore, id-dritt għal permess ta’
żvilupp ġdid għandu jiġi ikkalkolat skond ir-rata applikabbli għall-applikazzjonijiet
emendati.
2B. Meta l-appikazzjoni tkun għal żvilupp ta’ l-istess xorta u deskrizzjoni
ġenerali fuq sit li dwaru jkun hemm jew diġà  kien hemm permess ta’ żvilupp, sew
jekk dan ikun għadu fis-seħħ sew jekk le, id-dritt għal permess ta’ żvilupp li jitħallas
ma’ l-applikazzjoni l-ġdida għandu jiġi kalkolat billi jitnaqqas id-dritt għal permess
ta’ żvilupp imħallas fuq l-applikazzjoni oriġinali minn dak dovut fuq l-applikazzjoni
l-ġdida. Meta l-applikazzjoni oriġinali tkun ġiet ippreżentata qabel id-dħul fis-seħħ
tar-Regolamenti dwar Rati ta’ Taxxi dwar Bini, id-dritt għal permess ta’ żvilupp li
jkun meqjus bħala li tħallas ma’ dik l-applikazzjoni għandu jkun id-dritt għal
permess ta’ żvilupp dovut fuq dak l-iżvilupp kalkolat bir-rati kif stabbiliti f’dawn ir-
regolamenti.
3. Ma jitħallas ebda dritt għal permess ta’ żvilupp għar-rigward ta’ garaxx jew
spazju għall-ipparkjar meta dan ikun jagħmel parti minn mezzanin, villa, bungalow
jew maisonette weħidha.
4. Meta applikazzjoni tinvolvi jew tinkludi t-twaqqiegħ ta’ bini eżistenti, l-area
ta’ bini bħal dak ma għandhiex titqies fill-kalkolu tal-ħlas li jrid isir.
5. Meta applikazzjoni tinvolvi aktar minn użu jew tip wieħed ta’ żvilupp, id-
dritt għal permess ta’ żvilupp li għandu jitħallas għandu jiġi kalkolat billi jingħaddu
flimkien l-ammonti applikabbli għal kull tip ta’ żvilupp, b’dan li fejn l-applikazzjoni
tinkludi żvilupp kummerċjali, id-dritt għall-iżvilupp kummerċjali jiġi kalkolat
b’referenza għar-rata għall-area tal-paviment kummerċjali biss.
6. (a) Ir-rati kollha għandhom jitħallsu bir-rati kalkolati b’referenza għall-
iżvilupp propost fl-applikazzjoni, u ebda ħlasijiet li jsiru kif dovut ma
għandhom jingħataw lura kif speċifikat fis-subparagrafi (b), (ċ) u (d)
barra minn dawn il-każijiet:
(i) l-applikazzjoni tkun miċħuda, sakemm ma tkunx ġiet miċħuda
bis-saħħa ta’ l-artikolu 52(5) ta’ l-Att;
(ii) l-applikazzjoni tkun saret b’mod mhux validu;
(iii) l-aplikazzjoni tkun ġiet irtirata mill-app1ikant qabel ma tkun ġiet
deċiża.
(b) Meta applikazzjoni tiġi miċħuda mill-Awtorità , skond ma hemm
provdut fil-paragrafu 7(a)(i) ta’ din l-Iskeda, ikun rifondut nofs id-dritt
10 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
tal-permess ta’ żvilupp, barra minn fejn il-ħlas għal permess ta’ żvilupp
imħallas ikun ta’ Lm10 jew inqas u fil-każi li ġejjin:
(i) meta appell jew it-talba għal rikonsiderazzjoni jintlaqgħu mill-
Bord ta’ l-Appelli jew mill-Awtorità , id-dritt għal permess ta’
żvilupp ma jingħatax lura;
(ii) meta appell jew talba għal rikonsiderazzjoni ma jintlaqax mill-
Bord ta’ l-Appell jew mill-Awtorità , jingħata lura 25% tad-dritt
tal-permess ta’ żvilupp;
(iii) fejn l-iżvilupp nbeda.
(ċ) Meta applikazzjoni tiġi rtirata mill-applikant, il-perċentwali tad-dritt
għal permess ta’ żvilupp li għandu jingħata lura għandu jkun kif ġej:
(i) meta l-applikazzjoni tiġi rtirata fi żmien ġimgħa mill-validar
tagħħa, jingħata lura 100% tad-dritt għal permess ta’ żvilupp;
(ii) meta l-applikazzjoni tiġi rtirata wara l-validar tagħħa iżda qabel l-
endorsjar mill-uffiċċjal maħtur iddelegat tar-rapport dwar
applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp fuq l-applikazzjoni,
jingħata lura 75% tad-dritt għal permess ta’ żvilupp;
(iii) meta l-applikazzjoni tiġi rtirata wara li jkun ġie endorsjat ir-
rapport dwar applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp kif imfisser
fis-subinċiż (ii) hawn aktar qabel, iżda qabel ma tiġi deċiża l-
applikazzjoni, għandu jingħata lura 50% tad-dritt għal permess ta’
żvilupp;
soġġett għal massimu ta’ Lm2,500, bl-eċċezzjoni li d-dritt għal permess
ta’ żvilupp ma’ għandux jingħata lura meta -
(i) id-dritt għal permess ta’ żvilupp imħallas ikun ta’ Lm10 jew
anqas; jew
(ii) avviż maħruġ skond l-artikoli 50, 51, 52, 53 jew 58 ta’ l-Att ikun
ġie notifikat lill-applikant jew fuq is-sit li dwaru tkun l-
applikazzjoni; jew
(iii) kemm il-darba l-applikant ma jaqbilx li dan il-proporzjon tad-dritt
għal permess ta’ żvilupp jista’ jiġi trasferit lil applikant
sussegwenti dwar applikazzjoni fuq l-istess sit.
(d) Meta applikazzjoni tkun magħmula għal żvilupp ġdid fuq sit (deskritta
bħala l-applikazzjoni l-ġdida għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu) u l-
applikant jiddikjara bil-miktub li -
(i) applikazzjoni għal żvilupp ta’ l-istess tip kienet magħmula qabel
mill-applikant fuq sit ieħor (deskritt bħala s-sit oriġinali għall-
finijiet ta’ dan is-subparagrafu) fil-viċinanza tas-sit il-ġdid u
kienet ġiet approvata; u
(ii) l-applikant m’għandu ebda interess fl-iżvilupp tas-sit oriġinali u
mhux ser jutilizza l-permess;
il-permess fuq is-sit oriġinali għandu jiġi mħassar mill-Awtorità  u 25%
tad-dritt tal-permess għall-iżvilupp imħallas fuq l-applikazzjoni
oriġinali jew Lm60, skond liema minnhom ikun l-ogħla, jinżamm mill-
Awtorità  u l-bqija jiġi rifuż:
Iżda meta l-applikazzjoni l-ġdida tiġi rtirata mill-applikant qabel
ma din tkun ġiet deċiża, l-ammont tad-dritt tal-permess għall-iżvilupp li
jkun ġie rifuż fuq l-applikazzjoni oriġinali għandu jitnaqqas mid-dritt
tal-permess għall-iżvilupp li jkun ser jiġi rifuż fuq l-applikazzjoni l-
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 11
ġdida, jew, meta l-ammont li jkun ser jiġi rifuż fuq l-applikazzjoni l-
ġdida huwa anqas minn dak li jkun ġie rifuż fuq l-applikazzjoni
oriġinali, l-applikant għandu jħallas il-bilanċ biex b’hekk id-dritt tal-
permess għall-iżvilupp li jrid jitħallas fuq l-applikazzjoni oriġinali jiġi
mħallas kollu kemm hu:
Iżda wkoll, illi dan is-subparagrafu għandu japplika għal
applikazzjonijiet għall-permess ta’ l-iżvilupp, magħmula wara t-28 ta’
Ottubru, 1992, wara applikazzjoni bil-miktub mill-applikant li ssir lill-
Awtorità  fi żmien sitt xhur mid-data li fiha jiġu fis-seħħ dawn ir-
regolamenti.
1. Ħlief kif provdut mod ieħor, il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura
bir-rati speċifikati f’din l-Iskeda għandha titħallas dwar applikazzjonijiet għal
permess ta’ żvilupp, bħala kontribuzzjoni għall-ispiża tas-servizzi hawn iktar ’il
quddiem indikati:
IT-TlENI SKEDA Emendata:A.L. 138 ta’ l-1997;
A.L. 186 ta’ l-1998;
A.L. 115 ta’ l-1999;
A.L. 131 ta’ l-1999;
A.L. 224 ta’ l-2002;
A.L. 42 ta’ l-2003.
(Regolament 4)
Kontribuzzjoni gbal Servizzi ta’ Infrastruttura
Lm
(1) Żvilupp tal-main tad-drenaġġ bir-rata ta’ -
A. Żvilupp mhux kummerċjali
Ħlas għal kull unit li jkun jikkonsisti fi:
Maisonettes ................................................................ 110.00
Flat ............................................................................ 110.00
Semi-detached unit b’żewġ units ta’ abitazzjoni, għal
kull unit ta’ abitazzjoni ............................................... 225.00
Fully  detached  unit b’żewġ units ta’ abitazzjoni
sovrastanti separati, għal kull unit ta’ abitazzjoni ........ 250.00
Mezzanin ................................................................... 225.00
Penthouse ................................................................... 275.00
Villa semi-detached .................................................... 400.00
Villa detached ............................................................ 450.00
Bungalow ................................................................... 600.00
Razzett-dar (farmhouse) ............................................. 450.00
B. Żvilupp kummerċjali
Estensjonijiet, għal kull 50m2 area ta’ paviment jew parti
minnha ................................................................................ 20.00
Żvilupp ġdid, għal kull 50m2 area ta’ paviment jew parti
minnha ................................................................................ 40.00
Ċ. Garaxxijiet u spazji għall-ipparkjar
12 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
2. Meta l-applikazzjoni tkun għal żvilupp ġdid fuq sit li dwaru hemm fis-seħħ
jew kien hemm permess għal żvilupp, kemm jekk għadux in vigore jew le, il-
kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura mħallsa għaż-żvilupp ġdid, għandu jiġi
ikkalkolat billi titnaqqas il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura mħallsa
għal kull permess għal żvilupp ta’ qabel minn dak dovut għall-applikazzjoni l-ġdida.
2A. Meta l-applikazzjoni tkun għal żvilupp ta’ l-istess xorta u deskrizzjoni
ġenerali fuq sit li dwaru jkun hemm jew diġà  kien hemm permess ta’ żvilupp, sew
jekk dan ikun għadu fis-seħħ sew jekk le, il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’
infrastruttura li titħallas ma’ l-applikazzjoni l-ġdida għandha tiġi kalkolata billi
Ħlas għal kull 50m2 spazju ta’ paviment jew parti minnu ...... 40.00
barra meta garaxxijiet jiffurmaw parti minn mezzanin,
maisonettes weħidhom, bungalows u vilel li huma eżenti
D. Bini agrikolu
Ħlas għal kull 50m2 area ta’ paviment jew parti minnha ....... 25.00
Iżda l-kontribuzzjoni għall-main tad-drenaġġ ma tkun f’ebda
każ anqas minn Lm60.
(2) Kontribuzzjoni tat-triq bir-rata ta’ -
A. Żvilupp mhux kummerċjali
Ħlas għal kull unit li jkun jikkonsisti fi:
Flat ............................................................................ 60.00
Maisonettes ................................................................ 60.00
Semi-detached  unit b’żewġ units ta’ abitazzjoni, għal
kull unit ta’ abitazzjoni ............................................... 100.00
Mezzanin ................................................................... 105.00
Penthouse ................................................................... 150.00
Villa semi-detached .................................................... 150.00
Villa detached ............................................................ 200.00
Bungalow ................................................................... 250.00
Razzett-dar (farmhouse) ............................................. 200.00
B. Żvilupp kummerċjali
Estensjonijiet, għal kull 50m2 area ta’ paviment jew parti
minnha ................................................................................ 10.00
Żvilupp ġdid, għal kull 50m2 area ta’ paviment jew parti
minnha ................................................................................ 20.00
Ċ. Garaxxijiet u spazji għall-ipparkjar
Ħlas għal kull 50m2 spazju ta’ paviment jew parti minnu ...... 20.00
barra meta garaxxijiet jiffurmaw parti minn mezzanin,
maisonettes weħidhom, bungalows u vilel li huma eżenti
D. Bini agrikolu
Ħlas għal kull 50m2 area ta’ art jew parti minnha ................. 10.00
E. Barrieri
Ħlas għal kull 100m2 area tas-sit jew parti minnha ............... 10.00
Iżda l-kontribuzzjoni tat-triq ma għandha f’ebda każ tkun
anqas minn Lm30.
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 13
titnaqqas il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura mħallsa fuq l-applikazzjoni
oriġinali minn dik dovuta fuq l-applikazzjoni l-ġdida. Meta l-applikazzjoni oriġinali
tkun ġiet ippreżentata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti dwar Rati ta’ Taxxi
dwar Bini, il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura li tkun meqjusa bħala li
tħallset ma’ dik l-applikazzjoni għandha tkun il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’
infrastruttura dovuta fuq dak l-iżvilupp kalkolata bir-rati stabbiliti f’dawn ir-
regolamenti, ħlief meta l-iżvilupp permess bl-applikazzjoni oriġinali jkun għadu ma
nbediex, meta l-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura li titħallas ma’ l-
applikazzjoni l-ġdida għandha tiġi kalkolata billi titnaqqas il-kontribuzzjoni għal
servizzi ta’ infrastruttura mħallsa ma’ l-applikazzjoni oriġinali minn dik dovuta ma’
l-applikazzjoni l-ġdida.
3. Meta jkunu tħallsu l-kontribuzzjonijiet xierqa kollha għar-rigward ta’
applikazzjoni oriġinali, ma titħallas ebda kontribuzzjoni oħra għar-rigward ta’
applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess mogħti fuq tali applikazzjoni, kemm jekk
permess bħal dak ikunx għalaq jew le, jew għar-rigward ta’ applikazzjoni emendata,
jekk l-iżvilupp propost fl-applikazzjoni ikun l-istess bħal dak mogħti fil-permess
oriġinali.
4. Ma titħallas ebda kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura b’relazzjoni
ma’ garaxx jew spazju għall-ipparkjar meta dan ikun jifforma parti minn mezzanin,
villa, bungalow jew maisonette weħidha.
5. Ma titħallas ebda kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura meta l-
applikazzjoni tkun għar-rigward biss ta’ -
(a) l-alterazzjoni jew l-estensjoni ta’ bini, sakemm l-estensjoni ma tkunx
aktar minn 50m2 f’area ta’ paviment;
(b) l-alterazzjoni jew l-estensjoni ta’ abitazzjoni, basta ma tkunx tinvolvi l-
holqien jew iż-żjieda ta’ unit ta’ abitazzjoni ieħor;
(ċ) il-wiri ta’ reklami;
(d) it-twaqqif ta’ dixxijiet tas-satellita jew antenni ta’ telekomunikazzjoni
oħra;
(e) it-tlugh ta’ ħajt tal-lqugħ, ċint jew xi mezz ieħor ta’ għeluq;
(f) l-approvazzjoni ta’ materji riservati b’kondizzjonijiet oħra li ma jkunux
dawk imposti f’permess parzjali ta’ żvilupp;
(g) it-twaqqiegh ta’ bini jew struttura eżistenti;
(h) it-twettieq ta’ xogħlijiet ta’ inġinerija;
(i) applikazzjoni għal permess parzjali ta’ żvilupp;
(j) it-tlugħ ta’ bini ta’ mhux aktar minn 50m2 area ta’ paviment, kemm-il
darba dan it-tlugħ ma jinvolvix jew ma joħloqx użu ġdid tas-sit li fuqu
se jittella l-bini;
(k) it-twaqqif ta’ serra;
(l) applikazzjoni minn Dipartiment tal-Gvern jew korp magħqud stabbilit
b’liġi, inkluża l-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta, fejn l-applikant
jintrabat b’mod li jiġi speċifikat mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar, ma’ l-
istess Awtorità  ta’ l-Ippjanar illi jiġu provduti s-servizzi ta’
infrastruttura meħtieġa, jew flimkien ma’ u bl-approvazzjoni tad-
dipartiment relevanti bi spejjeż ta’ l-applikant jew tad-dipartiment
rilevanti, u li ssir ukoll il-manutenzjoni meħtieġa ta’ dawk is-servizzi;
(m) applikazzjoni għal bdil ta’ użu ta’ kull art jew bini, ħlief meta l-bdil fl-
użu jinvolvi l-ħolqien ta’ abitazjoni abitabbli, f’liema każ il-
14 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura għandha tiġi kalkolata
skond it-tip ta’ abitazzjoni maħluqa;
(n) applikazzjoni għal ħruġ ta’ ċertifikat ta’ żvilupp;
(o) il-kostruzzjeni ta’ struttura temporanja;
(p) il-kostruzzjoni ta’ film set jew użu ta’ art bħala film set.
6. Ma titħallas ebda kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura dwar:
(a) ġibjuni
(b) swimming pools
(ċ) washrooms u lift shafts
li huma inklużi, jew jiffurmaw is-suġġett ta’ applikazzjoni.
7. Ma titħallas ebda kontribuzzjoni tal-main tad-drenaġġ fil-każ ta’
applikazzjonijiet dwar:
(i) barrieri;
(ii) it-tlugħ ta’ bini agrikolu għall-għanijiet ta’ ħażna, ta’ mhux iktar
minn 50m2 f’area ta’ paviment;
(iii) xogħlijiet fuq id-drenaġġ, pumping stations u strutturi jew
xogħlijiet oħra bħal dawk provduti mid-Dipartiment tad-Drenaġġ
tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jew minn xi korp ieħor li
sussegwentement jassumi r-responsabbiltajiet ta’ dak id-
dipartiment.
8. Il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura titnaqqas b’75%, meta:
(a) l-applikant jintrabat ma’ l-Awtorità , hekk kif jiġi speċifikat mill-
Awtorità  ta’ l-Ippjanar innifisha, illi hu stess jipprovdi s-servizzi ta’
infrastruttura meħtieġa, jew flimkien ma’ u bl-approvazzjoni tad-
dipartiment relevanti u bi spejjeż ta’ l-applikant, u li ssir ukoll il-
manutenzjoni meħtieġa ta’ dawn is-servizzi; jew
(b) l-applikazzjoni tkun dwar sit fejn is-servizzi ta’ infrastruttura meħtieġa
jkunu ġew provduti bi spejjeż ta’ xi individwu u jkun intrabat, b’mod li
jiġi hekk speċifikat mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar, li jagħmel
manutenzjoni ta’ dawk is-servizzi:
Iżda fil-każijiet kollha, għandu jitħallas il-minimu tal-kontribuzzjoni tat-triq
u l-kontribuzzjoni tad-drenaġġ.
9. Il-kontribuzzjonijiet għal servizzi ta’ infrastruttura kollha jitħallsu bir-rati
kalkolati b’referenza għall-iżvilupp propost fl-applikazzjoni u ma tingħata lura ebda
kontribuzzjoni ħlief fil-każi li ġejjin:
(i) il-permess li għalih tkun saret l-applikazzjoni ikun ġie miċħud,
kemm-il darba dan ma jkunx ġie miċħud bis-saħħa ta’ l-artikolu
52(5) ta’ l-Att;
(ii) l-applikazzjoni saret b’mod mhux validu;
(iii) l-aplikazzjoni tkun ġiet irtirata qabel ma tkun ġiet deċiża mill-
Awtorità  kemm-il darba l-applikant ma jkunx tal-fehma li l-
kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura tista’ tiġi trasferita
għal applikant sussegwenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’
applikazzjoni fuq l-istess sit:
Iżda fil-każijiet imsemmija fis-subparagrafi (i), (ii) u (iii)
hawn aktar qabel imsemmija, 10% tal-kontribuzzjonijiet għal
RATI TA’ TAXXA DWAR BINI ġ L.S.356.05 15
servizzi ta’ infrastruttura għandhom jinżammu dejjem biex ikopru
spejjeż amministrattivi u konsegwentement dawn ma jingħatawx
lura;
(iv) jekk tkun saret għar-rigward ta’ applikazzjoni għal kategorija ta’
żvilupp li għalih ma jkunx meħtieġ permess bħal dak minn jew
taħt xi disposiżżjoni ta’ l-Att jew ta’ xi regolamenti jew ordni
magħmula bis-saħħa taghhom, u l-applikazzjoni tintbagħat lura
lill-applikant mill-Awtorità ;
(v) jekk l-applikazzjoni tkun waħda li dwarha jirreferi l-paragrafu
8(a), u l-applikant sussegwentement jipprovdi s-servizzi xierqa bi
spejjeż tiegħu u d-dipartiment rilevanti jkun iċċertifika li x-
xogħlijiet ikunu saru għas-sodisfazzjon tiegħu, jingħata ħlas lura
ta’15% tal-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura, bil-
kondizzjoni li l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar iżżom il-ħlasijiet minimi;
(vi) jekk l-applikazzjoni hija waħda li dwarha jirreferi l-paragrafu
8(b) u d-dipartiment rilevanti jkun iċċertifika li x-xogħlijiet ikunu
saru għas-sodisfazzjoni tiegħu, jingħata ħlas lura ta’ 15% tal-
kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura, bil-kondizzjoni li l-
Awtorità  ta’ l-Ippjanar iżżomm il-ħlasijiet minimi.
10. Meta l-Awtorità  jidhrilha li biex tlaħħaq mad-domandi straordinarji jew
eċċezzjonali li, fil-fehma ta’ l-Awtorità , ix-xorta, il-lok jew skala ta’ l-iżvilupp
propost x’aktarx li tixħet fuq is-servizzi ta’ infrastruttura u servizzi jew faċilitajiet
oħra, kif ukoll li biex tiżgura l-ippjanar xieraq ta’ l-area u tirregola l-użu ta’ art
skond il-policies u l-proposti tal-pjan ta’ struttura u ta’ kull pjan sussidjarju għalih,
il-kontribuzzjoni msemmija hawn aktar qabel f’din l-Iskeda ma tkunx biżżejjed, l-
Awtorità  għandha tistabilixxi xi tkun il-kontribuzzjoni li għandha titħallas biex
tkopri l-ispiża tas-servizzi u faċilitajiet li jitnisslu mill-permess li għalih tkun saret
applikazzjoni, u tista’ wkoll tidħol fi ftehim ma’ l-applikant biex tiżgura li jsir il-
ħlas tal-kontribuzzjoni li tkun hekk ġiet stabbilita u t-twettieq xieraq ta’ l-iżvilupp
skond il-permess ta’ l-Awtorità .
11. Fejn l-Awtorità  tkun adottat skema ta’ ħlas kommutata dwar l-ipparkjar ta’
karozzi, id-dritt li għandu jitħallas flok kull spazju għal karozza waħda li ma jkunx
jista’ jiġi provdut f’dak is-sit ta’ żvilupp, ikun ta’ Lm900, bl-eċċezzjoni tal-
commuted payment parking scheme għall-Mosta, fejn id-dritt għandu jkun ta’
Lm800, u għall-San Pawl il-Baħar, fejn id-dritt għandu jkun ta’ Lm500.
12. Meta tintgħamel applikazzjoni għal żvilupp ġdid fuq sit (deskritta bħala l-
applikazzjoni l-ġdida għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu) u l-applikant jiddikjara bil-
miktub li -
(i) applikazzjoni għal żvilupp ta’ l-istess tip tkun qabel ġiet
magħmula mill-applikant fuq sit ieħor (deskritt bħala s-sit
oriġinali għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu) fil-viċinanza tas-sit il-
ġdid u li kienet ġiet approvata; u
(ii) l-applikant m’għandu ebda interess fl-iżvilupp tas-sit oriġinali u
ma jkunx ser jutilizza l-permess; u
(iii) il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura, imħallsa fir-
rigward ta’ l-applikazzjoni fuq is-sit oriġinali għandha titqies
meta tkun qed tiġi kalkolata l-kontribuzzjoni għal servizzi ta’
infrastruttura dovuta għall-applikazzjoni għas-sit il-ġdid,
il-permess fuq is-sit oriġinali għandu jiġi kanċellat mill-Awtorità  u l-kontribuzzjoni
għal servizzi ta’ infrastruttura għandha tiġi meqjusa li ma tħallsitx fuq is-sit
oriġinali, skond l-artikolu 43 ta’ l-Att. Il-kontribuzzjoni għal servizzi ta’
16 L.S.356.05 ħ RATI TA’ TAXXA DWAR BINI
infrastruttura mħallsa fuq is-sit oriġinali għandha titqies meta tkun qed tiġi kalkolata
l-kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura li għandha titħallas fir-rigward ta’ l-
applikazzjoni l-ġdida, u għandu jitħallas ukoll ħlas addizjonali ta’ Lm 10 fir-rigward
ta’ l-ispejjeż amministrattivi li tkun għamlet l-Awtorità  fir-rigward ta’ l-
applikazzjoni:
Iżda dan il-paragrafu għandu japplika għal applikazzjonijiet għall-permess
ta’ żvilupp magħmula wara t-28 ta’ Ottubru, 1992, meta, wara applikazzjoni bil-
miktub mill-applikant li ssir lill-Awtorità  fi żmien sitt xhur mid-data li fiha jiġu fis-
seħħ dawn ir-regolamenti, u l-applikant jiġi rifuż bl-ammont tal-kontribuzzjoni għal
servizzi ta’ infrastruttura mħallsa fuq is-sit oriġinali, wara li jitnaqqas il-ħlas
amministrattiv kif provdut dwaru hawn aktar qabel.
