NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.07
ORDNI DWAR IN-NOTIFIKAZZJONI
DWAR ŻVILUPP
1 ta’ Ġunju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 126 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 120 u 343
ta’ l-2002, u 101 ta’ l-2003.
Titolu.
dwar Żvilupp.
Tifsiriet.
Emendat:
A.L. 343 ta’ l-
2002.
2. (1) F’din l-Ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra -
"abitazzjoni" tfisser post ta’ abitazzjoni għal familja waħda
inkluż, iżda mhux limitat għal mezzanin, villa, bungalow, flat,
penthouse, maisonette jew sotterran li jitħalla jintuża għal skopijiet
residenzjali skond ma hemm fil-Policy ta’ Kontroll ta’ Żvilupp u
Gwida fid-Disinn, 2000;
"Area ta’ Konservazzjoni Urbana" tfisser area storika (il-qalba
tar-raħal) kif imsemmija fi Skema ta’ Provvedimenti Temporanji
jew xi area oħra msemmija jew skedata skond il-Pjan ta’ Struttura u
l-artikolu 46 ta’ l-Att, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa AKU;
Kap. 356.
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-
Ippjanar;
Kap. 435.
"dikjarazzjoni ta’ l-ippjanar ambjentali" tfisser dikjarazzjoni ta’
l-ippjanar ambjentali magħmula skond l-Att jew skond l-Att biex
ihares l-Ambjent jew skond il-Pjan ta’ Struttura;
"impronta" tfisser l-ispazju li jinsab fuq ġewwa tal-ħitan esterni
ta’ bini f’livell terran, inklużi btieħi interni, xaftijiet, terrazzini jew
btieħi għalkollox magħluqin jew ċirkondati mill-bini,iżda esklużi
terrazzini, btieħi fuq wara, btieħi u pool decks li ma jkunux
għalkollox magħluqin jew ċirkondati mill-bini;
"inkroċju fuq diversi livelli" tfisser salib it-toroq fejn żewġ
direzzjonijiet jew aktar ta’ traffiku jaqsmu f’aktar minn livell
wieħed;
"konfini ta’ toroq" tfisser art li tikkonsisti fi triq, misraħ,
pjazzetta, sqaq, trejqa, pont jew passaġġ eżistenti;
"din l-Ordni" tinkludi l-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordni;
"proprjetà  skedata" tfisser kull area, bini, struttura, fdalijiet,
siġra individwali jew grupp ta’ siġar jew masġar li jkunu skedati
skond l-artikoli 46 u 47 ta’ l-Att;
"quċċata" tfisser ix-xifer ta’ għolja, il-linja fejn jiltaqgħu żewġ
telgħat, u t-tarf jew il-lok fejn telgħa jew biċċa art relattivament
ċatta ma jibqgħux sejrin fid-direzzjoni oriġinali u jsiru niżla mal-
ġenb ta’ xi wied jew għolja;
"siti jew arei msemmija" tfisser kull Area ta’ Konservazzjoni
2 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
Urbana, u siti u arei oħra li huma identifikati mill-policies tal-Pjan
ta’ Struttura biex jiġu mħarsa, kkonservati jew preservati, inklużi
arei ta’ importanza arkeoloġika, ekoloġika, ġeoloġika,
paleontoloġika, arkitetturali, storika, artistika jew ta’ antikità , jew
ta’ ġmiel naturali, jew ta’ interess xjentifiku, flimkien ma’ xi arei u
siti speċifiċi msemmija taħt l-Att jew dikjarati taħt is-Sitt u s-Seba’
Partijiet ta’ l-Att biex iħares l-Ambjent;
"Skema għat-Titjib tal-Gallariji" tfisser l-iskema hekk
imsemmija, jew kull skema oħra bħalha li tiġi warajha, biex
tingħata għajnuna finanzjarja għat-tiswija u sostituzzjoni ta’
gallariji ta’ l-injam f’lokalitajiet imsemmija speċifiċi;
"skema għat-tmexxija tat-traffiku" tfisser skema li tinkludi kull
xogħol jew ħidma bil-għan li tiġi kontrollata, affettwata jew
mibdula, d-direzzjoni, kemm jgħaddi, u l-mezzi ta’ moviment ta’
traffiku ta’ vetturi jew ta’ nies fit-toroq, u jinkludi għalkemm mhux
biss limitat għall-alterazzjoni ta’ inkroċji stradali jew linji ta’
bankini, l-ipparkjar ta’ vetturi, restrizzjonijiet fuq l-ipparkjar, it-
tgħabbija u l-ħatt, il-mixi tan-nies fit-toroq, u l-istallazzjoni ta’
dwal tat-traffiku u passaġġi mnejn jaqsmu n-nies;
Kap. 322.
"Skemi ta’ Provvedimenti Temporanji" tfisser skema ta’ ppjanar
magħmula u approvata bi qbil ma’ l-Att dwar Permessi ta’ Bini
(Provvedimenti Temporanji);
Kap. 435.
"studju dwar l-impatt ambjentali" tfisser studju ta’ l-impatt
ambjentali magħmul skond l-Att jew skond l-Att biex ihares l-
Ambjent;
"Żona ta’ Żvilupp Estern", hawn aktar ’il quddiem imsejħa ŻŻE,
tfisser żvilupp li jsir ’l barra mill-konfini ta’ skema ta’
provvedimenti temporanji jew ’l barra mill-konfini għall-iżvilupp
f’xi pjan lokali.
(2) F’din l-Ordni, kliem u frażijiet imfissra fl-Att għandu
jkollhom l-istess tifsir bħalma għandhom fl-Att.
(3) (i) F’din l-Ordni, kull fejn jissemma perjodu ta’ tletin
jum, dak il-perjodu għandu jitqies li jeskludi l-perjodu
ta’ għeluq ta’ l-uffiċċji ta’ l-Awtorità  ta’ Malta dwar l-
Ambjent u l-Ippjanar.
L.S.356.21
(ii) Għall-finijiet ta’ din l-Ordni, il-perjodu ta’ għeluq ta’
l-uffiċċji ta’ l-Awtorità  għandu jkollu l-istess tifsir
bħal dak mogħti fl-Ordni dwar il-Perjodu ta’ Għeluq
ta’ l-Uffiċċji ta’ l-Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u
l-Ippjanar (Eżenzjoni mill-Perjodu msemmi fl-Artikolu
36).
Żvilupp permess.
Emendat:
A.L. 120 ta’ l-
2002.
3. (1) Bla hsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din l-Ordni,
qiegħed b’dan jingħata permess għal żvilupp għall-klassijiet ta’
żvilupp li huma mfissra bħala żvilupp permess fl-Iskeda.
(2) Kull permess mogħti bis-subartikolu (1) hu bla ħsara għal
kull eċċezzjoni, limitazzjoni, restrizzjoni jew kondizzjoni rilevanti
speċifikati fl-imsemmija Skeda.
Iżda:
(i) kulfejn jissemma fl-Iskeda li s-sit ikun jinsab
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 3
f’distanza ta’ 30 metru minn proprjetà  skedata,
l-eċċezzjonijiet, il-limitazzjonijiet, ir-
restrizzjonijiet jew il-kondizzjonijiet li jkun
hemm minħabba f’dik id-distanza għandhom
biss japplikaw fejn 1-istess proprjetà  skedata
milquta ma jkollhiex diġà  inkorporata fiha żona
protettiva ta’ lqugħ. Fejn tali żona protettiva ta’
lqugħ tkun inkorporata, din għandha tieħu
preċedenza fuq id-distanza msemmija ta’ 30
metru, kemm fejn dik iż-żona ta’ lqugħ tkun
aktar minn 30 metru kemm fejn ikun inqas. Iktar
minn hekk, għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu,
arei skedati bħala Arei ta’ Sbuħija Naturali
għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jinkorporaw
żona ta’ lqugħ u d-distanza msemmija ta’ 30
metru m’għandhiex tkun tapplika; u
(ii) f’każ ta’ proprjetà  li mhix f’ŻŻE u li hi skedata
jew imsemmija biss abbażi tal-fattizzi li jinsabu
taħt l-art, kull restrizzjoni fuq żvilupp permess li
tkun involuta minħabba f’dak l-iskedar jew
tismija m’għandhiex tapplika f’każ ta’ żvilupp
fuq bini li jkun diġà  jeżisti jekk l-iżvilupp ġdid
ikun jinsab kollu kemm hu ’l fuq minn wiċċ l-
art.
Iżda l-iżviluppatur għandu hawn jimxi mal-proċedura tan-
notifikazzjoni imsemmija fl-artikolu 6(1) u l-iżvilupp isir żvilupp
permess jekk l-Awtorità  ma tinnotifikax, fi żmien tletin ġurnata
minn dik in-notifika, bil-miktub lill-iżviluppatur li l-iżvilupp ikun
jeħtieġ permess għall-iżvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att .
F’dan il-każ, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(3) ma għandhomx
ikunu japplikaw.
(3) Ebda haġa f’din l-Ordni ma għandha tippermetti li jsir xi
żvilupp li jmur kontra xi kondizzjoni jew limitazzjoni imposta
minn xi permess għal żvilupp mogħti wara li ssir applikazzjoni
skond it-Taqsima IV ta’ l-Att.
(4) Il-permess mogħti bis-subartikolu (1) ma jawtorizza ebda
żvilupp li -
(i) barra minn dak li għandu x’jaqsam ma’ żvilupp
permess bil-paragrafu 1(i) u (ii) u l-paragrafu
2(i) tal-Klassi 3, ikun jenħtieġ jew jinvolvi l-
formazzjoni, tfassil jew twessigħ materjali ta’
mezz ta’ aċċess għal triq eżistenti; jew
(ii) joħloq ostakolu għall-viżwali ta’ persuni, jew
ikun ta’ distrazzjoni għal persuni li jkunu
qegħdin fi triq li tintuża minn traffiku ta’ vetturi,
b’tali mod li x’aktarx ikun ta’ periklu għal tali
persuni; jew
(iii) fil-każ ta’ żvilupp permess bil-Klassijiet 3 sa 18,
fejn l-iżvilupp ikun jeħtieġ studju dwar l-impatt
ambjentali jew dikjarazzjoni ta’ l-ippjanar
ambjentali, jew li jkun se jsir ġewwa sit jew area
msemmija jew sa distanza ta’ 30 metru minn
4 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
proprjetà  skedata, ħlief fejn hemm provdut fl-
Iskeda;
(iv) ikun imur kontra kull policy u pjan approvati
skond l-Att, li jkunu japplikaw fil-waqt tan-
notifikazzjoni;
(v) ikun jinvolvi d-demolizzjoni ta’ xi ħajt mibni
bil-ġebel tas-sejjiegħ jew bil-ġebel tal-laqx;
sakemm l-iżviluppatur ikun ħares il-proċedura
ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u
minflok dak il-ħajt jittella’ ħajt li jiġi mibni
b’materjal u fl-istess stil kemm jista’ jkun
malajr.
(5) L-eżenzjoni taħt is-subartikolu (1) ma teħles lil ħadd mill-
ħtieġa ta’ xi permess ieħor, inkluża kull liċenza mill-awtoritajiet
sanitarji jew minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern, kif
tenħtieġ il-liġi.
Setgħa li jitrażżan 
żvilupp permess.
4. Jekk l-Awtorità  tkun tal-fehma li l-iżvilupp deskritt fl-
Iskeda m’għandux isir sakemm ma jingħatax il-permess għalih
wara applikazzjoni, l-Awtorità  tista’ b’avviż fil-Gazzetta tordna li
l-permess mogħti bl-artikolu 3 ma jkunx jgħodd għal -
(a) kull jew xi żvilupp ta’ xi klassi jew ta’ klassijiet
speċifikati fl-avviż f ‘rea jew arei hekk speċifikati; jew
(b) xi żvilupp partikolari, li jaqa’ taħt klassi speċifikata fl-
avviż;
u b’konsegwenza l-artikolu 3 għandu jtemm milli jibqa’ japplika
għal dak l-iżvilupp.
Skemi għat-
tmexxija tat-
traffiku.
5. Meta żvilupp ikun jikkonsisti fi, jew jinkludi, xi skema
għat-tmexxija tat-traffiku, l-iżviluppatur għandu jgħarraf lill-
Awtorità  u jagħti deskrizzjoni bil-miktub ta’ l-iskema flimkien ma’
pjanta li tkun turi t-tfassil propost ta’ l-iskema, u dawk id-dettalji l-
oħra kollha skond ma jkunu meħtieġa biex jipprovdu lill-Awtorità
b’deskrizzjoni sħiħa u eżatta ta’ l-iskema, u l-iżvilupp isir żvilupp
permess sakemm l-Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn
meta tkun irċeviet id-deskrizzjoni, il-pjanta u dettalji oħra hawn
qabel imsemmija u filwaqt li jitqies il-Pjan ta’ Struttura jew xi Pjan
Lokali li jkun fis-seħħ f’dak il-waqt u t-tifsira jew l-impatt
probabbli ta’ l-iskema, lill-iżviluppatur avviż bil-miktub li l-
iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond ma hemm fit-
Taqsima IV ta’ l-Att, flimkien ma’ kull raġuni dettaljata li tkun
tiġġustifika tali deċiżjoni.
Proċedura ta’ 
notifikazzjoni.
6. (1) Meta jkun hekk provdut fl-Iskeda, għandha ssir
notifikazzjoni ta’ żvilupp lill-Awtorità , qabel ma jinbdew ix-
xogħlijiet, fuq il-formola provduta mill-Awtorità , li għandha
tinkludi dikjarazzjoni dwar it-titolu ta’ l-applikant dwar dik il-
proprjetà . Ma’ fin il-formola għandhom jintehmżu żewġ kopji ta’
kull pjanta u elevazzjoni fejn meħtieġ sabiex jiġu identifikati sew
il-perit u inġinier ċivili inkarigat, l-iżviluppatur, is-sit u x-xorta u l-
kobor tax-xogħlijiet, u l-klassi li tkun qed tippermetti dak l-
iżvilupp. Notifikazzjoni tista’ tkun tkopri xogħlijiet li jkunu
jinkwadraw f’iktar minn klassi waħda jew paragrafu wieħed f’xi
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 5
klassi, meta dawn għandhom isiru fl-istess sit.
(2) Meta jkun hekk provdut fl-Iskeda, l-Awtorità  għandha
tirrispondi bil-miktub għan-notifikazzjoni u għandha tirritorna
kopja waħda tal-pjanti kollha mogħtijin lilha, endorsjati b’mod li
jiġi dikjarat fuqhom jekk ix-xogħlijiet ikunux żvilupp permess jew
le. Jekk ix-xogħlijiet ma jkunux żvilupp permess, l-Awtorità
għandha tagħti raġunijiet dettaljati għal dik id-deċiżjoni.
(3) Meta jkun sar xi żvilupp mingħajr in-notifikazzjoni
meħtieġa skond is-subartikolu (1), u dak l-iżvilupp ikun konformi
ma’ kull eċċezzjoni, limitazzjoni jew kondizzjoni rilevanti
speċifikati fil-Klassi adatta fl-Iskeda, in-notifikazzjoni ta’ dak l-
iżvilupp għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet xi notifikazzjoni li
tkun saret qabel skond ma hemm fis-subartikolu (1).
(4) Meta jkun sar xi żvilupp mingħajr in-notifikazzjoni
meħtieġa skond is-subartikolu (1), jew meta tkun saret
notifikazzjoni u l-Awtorità  ma tkunx irrispondiet għal dik in-
notifikazzjoni, sew jekk tkun meħtieġa li tagħmel hekk skond l-
Iskeda sew jekk le, u dak l-iżvilupp ikun imur kontra kull policy u
pjan approvati skond l-Att, l-Awtorità  xorta tibqgħalha s-setgħa li
twaqqaf ix-xogħlijiet jew li tieħu azzjoni ta’ infurzar, skond l-Att.
6 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
KLASSI 1
Alterazzjonijiet f’bini eżistenti u żvilupp fil-konfini ta’ abitazzjonijiet
1. Dan 1-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi mingħajr il-
ħtieġa ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1):
(i) kull alterazzjoni interna, minbarra s-sostituzzjoni jew ir-
rikostruzzjoni ta’, soqfa, u alterazzjonijiet fi proprjetà  skedata, li ma
jżidux l-għadd ta’ postijiet ta’ abitazzjoni, u ma jibdlux l-użu tal-bini
jew ta’ xi partijiet minnu:
Iżda f’siti u arei msemmija l-iżviluppatur għandu jkun ħares il-
proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità
ma tagħtix, fi żmien 30 jum minn dik in-notifikazzjoni, lill-
iżviluppatur avviż bil-miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal
żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att;
(ii) l-istallazzjoni ta’ tankijiet ta’ l-ilma, apparat relatat u l-paraventar
neċessarju fuq il-bejt, jew fuq il-kamra tal-ħasil jew il-bejt tat-tromba
tat-taraġ, ta’ abitazzjoni, inkluża penthouse, sakemm -
(a) it-tank ta’ l-ilma u l-apparat relatat ma jkunux jeċċedu għoli ta’
iktar minn 1.4 metri (5 filati) kif imkejlin fuq barra ’l fuq mil-
livell tas-saqaf fejn ikun jinsab it-tank;
(b) it-tank ta’ l-ilma jintafa’ lura mill-inqas 4.5 metri mill-faċċata ta’
quddiem;
(ċ) paraventu magħmul minn ħajt tal-ġebel tal-franka ta’ mhux aktar
minn 5 filati jittella’ madwar it-tank ta’ l-ilma u l-apparat relatat;
u
(d) meta t-tank ta’ l-ilma u l-apparat relatat ikun jinsab fuq il-bejt ta’
bosta abitazzjonijiet u penthouses, l-area fejn ikun jinsab u jkun
paraventat it-tank ta’ l-ilma u l-apparat relatat m’għandux jeċċedi
ż-2 metri kwadri kif imkejlin fuq barra għal kull abitazzjoni,
b’dan illi jekk it-tank ikun jinsab fuq il-bejt ta’ abitazzjoni li ma tkunx
penthouse, kamra tal-ħasil jew tromba tat-taraġ, u t-tank ma jkunx
ogħla mill-ħajt tal-parapett, ma jkunx meħtieg li t-tank jiġi paraventat;
(iii) l-istallazzjoni ta’ pannelli għat-tisħin bix-xemx u apparat relatat,
sakemm -
(a) l-għoli ta’ l-istallazzjoni ma jkunx jeċċedi 1.9 metri ’l fuq mil-
livell tal-bejt;
(b) l-istallazzjoni ma tkunx iktar minn 2.5 metri wiesgħa;
(ċ) l-istallazzjoni tintafa’ lura mill-anqas 4.5 metri mill-faċċata ta’
quddiem; u
(d) l-istallazzjoni ma tkunx tinsab fuq il-bejt ta’ kamra tal-ħasil jew
ta’ xi struttura oħra fuq il-bejt;
(iv) il-kostruzzjoni jew l-istallazzjoni ta’ xi ċisterna ta’ l-ilma jew ġiebja,
sakemm ma tkunx teċċedi -
(a) għoli ta’ 1.7 metri (6 filati) kif imkejlin fuq barra ’l fuq mil-livell
Emendata:
A.L.. 120 ta’ l-2002;
A.L. 101 ta’ l-2003.
SKEDA
(Artikolu 3)
Klassijiet ta’ Żvilupp Permess
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 7
ta’ l-art; jew
(b) 100 metru kwadru netti area ta’ l-art.
2. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi, ħlief fi jew fuq
proprjetà  skedata jew f’ŻŻE kemni-il darba ma jiġix dikjarat xort’oħra, sakemm l-
iżviluppatur ikun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u
sakemm ma jiġix speċifikat xort’oħra, fejn is-sit tkun tinsab f’sit jew area msemmija,
inkluża AKU, jew f’distanza ta’ 30 metru minn proprjetà  skedata l-Awtorità  ma
tagħtix, fi żmien 30 jum minn dik in-notifikazzjoni, avviż bil-miktub lill-
iżviluppatur li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond ma hemm fit-
Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) il-bini ta’ struttura tal-bejt fuq il-bejt ta’ dar jew bini bil-bejt li jkun
fihom mhux iktar minn żewġ maisonettes, sakemm -
(a) l-għadd ta’ strutturi tal-bejt ikun limitat għal waħda għal kull
maisonette fejn din tkun imtella’ fuq il-bejt ta’ bini li jkollu mhux
iktar minn żewġ maisonettes u kull struttura tal-bejt tkun qegħda
għall-użu esklużiv ta’ maisonette waħda;
(b) l-istruttura tal-bejt ma tkunx teċċedi għoli ta’ 10 filati (2.8 metri)
’l fuq mil-livell tal-bejt kif imkejlin fuq ġewwa u għoli ta’ 12-il
filata (3.4 metri) ’l fuq mil-livell tal-bejt kif imkejlin fuq barra;
(ċ) l-istruttura tal-bejt tintafa’ lura mill-anqas 4.25 metru mill-faċċata
ta’ quddiem (jew mil-linja tal-bini meta l-bini jkun jinsab
f’kantuniera);
(d) l-istruttura jew strutturi tal-bejt, flimkien ma’ kull tromba tat-
taraġ, kamra, jew struttura oħra fuq il-bejt, ma tkunx teċċedi area
ta’ 36 metru kwadru kif imkejla fuq barra, ħlief li fejn il-bini ikun
fih żewġ maisonettes, l-area m’għandhiex kumulattivament
teċċedi 36 metru kwadru kif imkejla fuq barra għaż-żewġ
maisonettes meħudin flimkien;
(e) id-disinn ta’ l-istruttura tal-bejt ikun konformi ma’ dak tal-bini u,
f’Arei ta’ Konservazzjoni Urbana, din tinbena bil-ġebla naturali
jew b’finitura bħal tal-ġebla jew b’finitura lewn il-ġebla; u
(f) fejn id-dar jew il-bini bil-bejt li jkun fihom mhux iktar minn żewġ
maisonettes ikunu jinsabu fuq quċċata, l-istruttura tal-bejt tintafa’
lura mill-anqas 3 metri mill-faċċata ta’ wara tal-livell ta’ taħt
(ii) il-bini ta’ kamra tal-ħasil fuq il-bejt ta’ villa nofs maqtugħa jew
maqtugħa għalkollox, sakemm -
(a) il-kamra tal-ħasil ma tkunx teċċedi għoli ta’ 10 filati (2.8 metri) ’l
fuq mil-livell tal-bejt kif imkejla fuq ġewwa u għoli ta’ 12-il
filata (3.4 metri) ’l fuq mil-livell tal-bejt kif imkejla fuq barra;
(b) il-kamra tal-ħasil tintafa’ lura mill-anqas 4.25 metri mill-faċċata
ta’ quddiem (jew mil-linja tal-bini fejn il-bini jkun jinsab
f’kanturniera) u mill-anqas 1.8 metri mill-elevazzjonijiet tal-
ġnub;
(ċ) il-kamra tal-ħasil ma tkunx, flimkien mat-tromba tat-taraġ,
teċċedi area ta’ 36 metru kwadru kif imkejla fuq barra;
(d) id-disinn tal-kamra tal-ħasil ikun konformi ma’ dak tal-bini u, fl-
Arei ta’ Konservazzjoni Urbana, tkun mibnija bil-ġebla naturali
jew b’finitura bħal tal-ġebla jew b’finitura lewn il-ġebla; u
(e) fejn il-villa nofs maqtugħa jew maqtugħa għalkollox ikunu
jinsabu fuq quċċata, l-kamra tal-ħasil tintafa’ lura mill-anqas 3
8 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
metri mill-faċċata ta’ wara tal-livell ta’ taħt;
(iii) il-bini ta’ kamra tal-ħasil jew ta’ kmamar tal-ħasil fuq il-bejt ta’ bini li
jkun fih iktar minn flat wieħed jew iktar minn żewġ maisonettes,
sakemm -
(a) l-għadd ta’ dawk il-kmamar tal-ħasil ikun limitat għal wieħed
għal kull post ta’ abitazzjoni;
(b) il-kamra tal-ħasil ma tkunx teċċedi għoli ta’ 10 filati (2.8 metri) ’l
fuq mil-livell tal-bejt kif imkejlin fuq ġewwa u għoli ta’ 12-il
filata (3.4 metri) ’l fuq mil-livell tal-bejt kif imkejlin fuq barra;
(ċ) il-kamra tal-ħasil tintafa’ lura mill-anqas 4.25 metri mill-faċċata
ta’ quddiem (jew mil-linja tal-bini fejn il-bini jkun jinsab
f’kantuniera);
(d) il-kamra tal-ħasil, inkluża l-area tat-tromba tat-taraġ, ma tkunx
teċċedi area ta’ 14-il metru kwadru kif imkejla fuq barra;
(e) fejn tinbena iktar minn kamra tal-ħasil waħda, il-kmamar tal-ħasil
ma jkunux konnessi b’kurituri jew mogħdijiet mgħottija;
(f) id-disinn tal-kamra tal-ħasil ikun konformi ma’ dak tal-bini u,
f’Arei ta’ Konservazzjoni Urbana, din tkun mibnija bil-ġebla
naturali jew b’finitura bħal tal-ġebla jew b’finitura lewn il-ġebla;
u
(g) fejn il-bini jkun jinsab fuq quċċata, il-kamra tal-ħasil tintafa’ lura
b’mill-anqas 3 metri mill-faċċata ta’ wara tal-livell ta’ taħt;
(iv) il-bini ta’ trombi tal-liftijiet u kmamar għall-magni sakemm jekk
ikunu f’livell tal-bejt, dawn -
(a) ma jkunux jeċċedu għoli ta’ 1.4 metri kif imkejlin fuq barra ’l fuq
mil-livell tal-bejt komplut ta’ xi kamra tal-ħasil jew penthouse;
(b) jintefaw lura b’mill-anqas 4.25 metri mill-faċċata ta’ quddiem jew
mil-linja tal-bini fejn il-bini jkun jinsab f’kantuniera; u
(ċ) ma jkunux jeċċedu area ta’ 8 metri kwadri kif imkejla fuq barra,
u sakemm f’kull AKU, l-istrutturi għandhom ikunu jisporġu għal kull
struttura eżistenti;
(v) l-għemil ġdid ta’ livell wieħed ta’ sotterran għal abitazzjoni eżistenti
u limitat għall-impronta tagħha, u dan:
(i) ma jkunx jinvolvi l-għemil ġdid ta’ aċċess ġdid għal xi triq;
(ii) ikun se jintuża għal xi għan li jkun anċillari għall-użu ta’ l-
abitazzjoni; u
(iii) ma jkunx jeċċedi 10 filati għoli kif imkejlin fuq ġewwa;
(vi) il-provdiment, ’l ġewwa mil-limiti tal-bitħa fuq wara ta’ abitazzjoni,
ta’ xi bini jew struttura oħra meħtieġa għal xi għan inċidentali għat-
tgawdija ta’ l-abitazzjoni, jew il-manutenzjoni, titjib jew alterazzjoni
oħra ta’ dak il-bini:
Iżda kull żvilupp kif hawn aktar qabel imsemmi m’għandux jiġi
permess jekk:
(a) ikun jeċċedi 95 metri kwadri ta’ l-area tal-paviment kif imkejla
fuq barra jew ikun, flimkien ma’ xi bini eżistenti jew xi struttura
oħra fil-bitħa fuq wara ta’ l-abitazzjoni, jeċċedi 9.5 metri kwadri
ta’ l-area tal-paviment kif imkejla fuq barra; jew
(b) ikun jeċċedi 2.5 metri (disa’ filati) fil-għoli, kif imkejlin fuq
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 9
barra, ’l fuq mil-livell ta’ l-art eżistenti; jew
(ċ) se jkun hemm aċċess permanenti għas-saqaf ta’ dawk il-bini jew
struttura; jew
(d) ikun jinsab ’l ġewwa mil-limiti ta’ bitħa fuq wara l-inqas
permissibbli (kif imkejla mill-ħajt ta’ wara ta’ l-abitazzjoni) kif
hemm imfisser fil-paragrafu 4 ta’ din il-Klassi; jew
(e) ikun jinsab ’l ġewwa mil-limiti tal-bitħa fuq wara ta’ proprjetà  li
tkun tinsab f’ŻŻE jew ’l ġewwa mil-limiti ta’ bitħa li tkun tinsab
f’ŻŻE;
(vii) il-bini ta’ xi estensjoni jew estensjonijiet, sew jekk skond l-impronta
sew jekk le, għal post wieħed ta’ abitazzjoni f ‘i AKU, mitfugħa lura
mill-anqas 4.25 metri mill-faċċata, fejn l-area tal-paviment
akkumulata ta’ dawk l-estensjonijiet kif imkejla fuq barra ma teċċedix
total ta’ 22 metru kwadru, sakemm dawk l-estensjonijiet -
(a) ma jkunux jeċċedu għoli fuq barra ta’ 12-il filata (3.4 metri)
imkejlin mil-livell tal-bejt fuq barra jekk dawn ikunu jinsabu fil-
livell tal-bejt;
(b) ma jkunux jeċċedu il-limitazzjoni ta’ l-għoli għall-area;
(ċ) flimkien ma’ strutturi eżistenti ma jkunux jeċċedu 36 metru
kwadru kif imkejlin fuq barra kollha kemm huma jekk dawn
ikunu jinsabu fil-livell tal-bejt;
(d) ma jirriżultawx fl-għemil ġdid ta’ abitazzjoni separata; u
(e) ma jeċċedux il-kopertura tas-sit, ta’ l-ispazju tas-sular abitabbli u
tal-limitazzjonijiet fil-għoli applikabbli għas-sit;
(viii) il-bini ta’ estensjoni jew estensjonijiet għal bini li jkun fih iktar minn
post ta’ abitazzjoni wieħed u li jintuża unikament għal finijiet ta’
abitazzjoni, li ma jkunx jinsab f’xi AKU, sakemm l-estensjoni jew
kull estensjoni -
(a) tintafa’ lura mill-anqas 4.25 metri mill-faċċata;
(b) ma tkunx teċċedi 22 metru kwadru area tal-paviment kif imkejla
fuq barra għal kull post individwali, li jkollu x’jaqsam ma’ dik l-
abitazzjoni u m’għandux ikun kumulattiv;
(ċ) ma jkunx jeċċedi l-għoli ta’ l-aħħar sular abitabbli tal-bini;
(d) ma jkunx jirrriżulta fl-għemil ġdid ta’ xi abitazzjoni ġdida; u
(e) ma jeċċedux il-kopertura tas-sit, spazju tas-sular abitabbli u
limitazzjonijiet ta’ l-għoli applikabbli għas-sit:
Iżda l-estensjonijiet li jeċċedu 22 metru kwadru ta’ l-area tal-
paviment kif imkejla fuq barra b’kollox m’għandhomx ikunu permessi
għal xi post wieħed minħabba f’dak li jinsab f’dan is-subparagrafu.
3. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi, ħlief fi jew fuq
proprjetà  skedata, sakemm l-iżviluppatur ikun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni
speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30 jum minn dik in-
notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess
għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) il-bini ta’ estensjoni jew estensjonijiet għal post wieħed ta’
abitazzjoni, esklużi vilel u bungalows maqtugħin għalkollox u nofs
maqtugħin, li ma jkunux f’xi ŻŻE jew AKU, mitfugħin lura mill-
anqas 4.25 metri mill-faċċata u b’area ta’ paviment kumulattiv ta’
mhux aktar minn 36 metru kwadru kif imkejla fuq barra:
10 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
Iżda, meta tittella’ f’livell ta’ bejt,
(a) dawk 1-estensjonijiet ma jeċċedux għoli fuq barra ta’ 12 il-filata
(3.4 metri) kif imkejlin mil-livell tal-bejt fuq barra;
(b) dawk l-estensjonijiet ma jeċċċedux il-limitazzjoni ta’ l-għoli
għall-area ħlief li fejn ikunu mtella’ fuq il-bejt ta’ dar bil-bejt l-
estensjoni tista’ teċċedi l-limitazzjoni ta’ l-għoli għal dik l-area;
(ċ) l-area kumulattiva ta’ estensjonijiet u kull struttura ta’ bejt
eżistenti, inkluża kamra tal-ħasil eżistenti, m’għandhiex teċċedi
36 metru kwadru ta’ area tal-paviment kif imkejlin fuq barra fit-
total;
(d) ma jirriżultawx fl-għemil ġdid ta’ abitazzjoni separata;
(e) il-kopertura tas-sit u l-ispazju tas-sular abitabbli applikabbli għas-
sit ma jinqabżux; u
(f) fejn l-abitazzjoni tkun tinsab fuq quċċata, l-estensjoni tintafa’ lura
mill-anqas 3 metri mill-faċċata ta’ wara tas-sular ta’ taħt.
4. Għall-fini ta’ l-iżvilupp permess hawn aktar qabel -
"bitha fuq wara l-inqas permissibbli" tfisser li l-bitħa, kemm-il darba ma jkunx
xort’oħra permess bil-liġi jew mill-awtoritajiet sanitarji, ma tkunx inqas mill-qisien
hawn iktar ’l isfel mogħtija kif jiddependi mill-għadd ta’ sulari abitabbli, jiġifieri -
10 piedi (3.05 metri) jekk ikun hemm biss pjan terran jew pjan terran u l-
ewwel sular
13-il pied (4.43 metri) jekk ikun hemm pjan terran u żewġ sulari
16-il pied (5.45 metri) jekk ikun hemm pjan terran u tliet sulari
19-il pied (6.475 metri) jekk ikun hemm pjan terran u erba’ sulari
22 pied (7.5 metri) jekk ikun hemm pjan terran u ħames sulari
25 pied (8.52 metri) jekk ikun hemm pjan terran u sitt sulari
28 pied (9.54 metri) jekk ikun hemm pjan terran u seba’ sulari
31 pied (10.565 metri) jekk ikun hemm pjan terran u tmien sulari;
"faċċata ta’ quddiem" tfisser il-faċċat jew faċċati ta’ abitazzjoni li tkun faċċata ta’
triq jew toroq;
"kamra tal-ħasil" tfisser struttura f’livell ta’ bejt konformi ma’ l-
ispeċifikazzjonijiet fil-Policy ta’ Kontroll ta’ Żvilupp u Gwida fid-Disinn, 2000;
"livell tal-bejt" tfisser il-livell ta’ l-iktar parti fil-baxx tal-bejt fejn l-istruttura tkun
se titqiegħed;
"għan inċidentali għat-tgawdija ta’ l-abitazzjoni" tinkludi ż-żamma ta’ pullam,
annimali domestiċi, tajr jew bhejjem oħra għall-ħtiġiet domestiċi jew għat-tgawdija
personali ta’ min ikun joqgħod fl-abitazzjoni;
"struttura tal-bejt" tinkludi kamra residenzjali f’livell tal-bejt li tkun konformi ma’
l-ispeċifikazzjonijiet fil-Policy ta’ Kontroll ta’ Żvilupp u Gwida fid-Disinn, 2000;
kamra tal-ħasil jew tromba tat-taraġ jew għata tat-taraġ.
KLASSI 2
Ħidmiet Żgħar
1. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi, ħlief fi
proprjetà  skedata jew fuqha, mingħajr il-ħtieġa ta’ notifikazzjoni kif speċifikata fl-
artikolu 6(1) -
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 11
(i) l-alterazzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ twieqi, bibien, gallariji ħlief għal
gallariji ta’ l-injam, xtiebi u partijiet simili f’kull bini, inklużi f’xi
AKU, fl-istess stil, disinn u materjal tradizzjonali bħal dak li jkun
hemm qabel;
(ii) il-bini ta’ ħitan f’dawn l-arei li ġejjin u taħt dawn il-kondizzjonijiet li
ġejjin:
(a) F’ŻŻE - ħitan ta’ madwar sakemm:
- il-hajt ma jkunx jeċċedi 1.2 metri ’l fuq mil-livell ta’ ħamrija
li jkun hemm mad-dawra tal-perimetru kollu iżda fejn ikun
hemm differenza bejn il-livell tal-ħamrija fuq kull naħa tal-
ħajt, l-għoli totali tal-ħajt m’għandux jeċċedi 2.4 metri mil-
livell tal-ħamrija l-iktar baxx u 1.2 metri mil-livell tal-
ħamrija l-iktar għoli, f’kull post li jkun mad-dawra tal-
perimetru; u
- il-ħajt jinbena bil-ġebel tas-sejjiegħ jew jiġi miksi bih, iżda
mhux imlibbes b’ġebel tas-sejjiegħ maqsum mit-tul jew
sezzjonat.
(b) F’AKU - ħitan ta’ madwar, ħlief għal dawk il-ħitan li jisporġu fuq
it-triq, u ħitan ta’ parapett li ma jkunux fuq il-faċċata ta’ xi bini
sakemm:
- il-hitan ma jkunux ogħla minn 2.8 metri, ’l fuq mill-ogħla
livell ta’ ħamrija, ħlief fejn ikunu jinsabu fuq quċċata, fejn il-
ħitan m’għandhomx ikunu ogħla minn 2.4 metri ’l fuq mil-
livell tal-ħamrija fuq barra; u
- il-ħitan ikunu mibnija fl-istess stil bħall-bini u bil-ġebla tal-
franka.
(ċ) F’kull area oħra -
(i) il-ħitan ta’ madwar, ħlief għal ħitan li jkunu jisporġu għal fuq
it-triq, u ħitan ta’ parapett, sakemm il-ħitan ma jkunux ogħla
minn 2.8 metri, ’l fuq mill-ogħla livell ta’ ħamrija, ħlief fejn
ikunu jinsabu fuq quċċata, fejn il-ħitan m’għandhomx ikunu
ogħla minn 2.4 metri ’l fuq mil-livell tal-ħamrija fuq barra,
(ii) il-ħitan ta’ madwar li jisporġu għalfuq it-triq u li jkunu
jdawwru art miftuħa u mhux żviluppata m’għandhomx ikunu
ogħla minn 1.4 metri u mibnijin b’ġebla tal-franka ħarxa u
skond il-linja tat-triq uffiċjali;
(iii) il-manutenzjoni ta’ xi bini jew strutturi oħra, ħlief meta l-
manutenzjoni tkun tiinvolvi s-sostituzzjoni ta’ elementi ta’
bini f’xi bini li jkun f’AKU jew ŻŻE b’elementi ta’ materjal
differenti jew ta’ stil differenti, u sakemm il-manutenzjoni
jew is-sostituzzjoni ta’ ħajt ta’ madwar ikun bl-istess
materjal, stil u għoli;
(iv) l-irfid ta’ bini jew struttura perikolużi, inklużi dawk l-oħrajn
milqutin bl-istat tal-wieħed jew l-oħra, sa meta jitneħħa l-
periklu.
2. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi, ħlief fi
proprjetà  skedata jew fuqha, mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni kif speċifikata fl-
artikolu 6(1), iżda fejn is-sit ikun jinsab f’sit jew area msemmija, inkluża AKU, jew
ŻŻE, jew fil-limitu ta’ 30 metru ta’ xi proprjetà  skedata, l-iżviluppatur għandu jkun
ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma
tagħtix, fi żmien 30 jum minn dik in-notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-
12 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) it-tiżbigħ fuq barra ta’ xi bini jew xogħol, ħlief meta -
(a) it-tiżbigħ ikollu bħala għan ir-reklamar, tħabbir jew għoti ta’
direzzjoni;
(b) it-tiżbigħ ikun jinvolvi bini sħiħ jew parti sostanzjali minnu, li
jkun jinsab f’AKU jew ŻŻE u jkun jinvolvi wkoll bdil fil-lewn
mil-lewn li l-bini jkun miżbugħ bih f’dak il-waqt, kemm-il darba
dan ma jkunx qiegħed jerga’ jiġi miżbugħ mill-ġdid f’lewn jew
ilwien-il ġebla; jew
(ċ) l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar tkun tat avviż bil-miktub lill-iżviluppatur
tal-bini jew xogħlijiet li, fil-qies ta’ fejn dawn ikunu jinsabu jew
ta’ kull konsiderazzjoni materjali oħra, il-permess ta’ l-Awtorità
mogħti wara applikazzjoni magħmula taħt it-Taqsima IV ta’ l-Att
tkun meħtieġa għat-tiżbigħ fuq barra;
(ii) ħlief f’Arei ta’ Konservazzjoni Urbana, bidliet fid-daqs, stil, forma u
materjal ta’ bibien, twieqi, u elementi simili oħra tal-faċċata, minbarra
gallariji ta’ l-injam, meta dawk il-bidliet ma jkunux jibdlu
materjalment il-karattru u/jew il-kuntest tal-bini u tal-madwar tiegħu;
(iii) is-sostituzzjoni ta’ gallariji ta’ l-injam fl-istess stil, disinn u materjal
tradizzjonali kif ikun hemm, kemm-il darba n-notifikazzjoni kif
speċifikata fl-artikolu 6(1) ma tkunx meħtieġa fejn is-sostituzzjoni
tal-gallarija tkun ġiet approvata skond l-Iskema għat-Titjib tal-
Gallariji;
(iv) il-bini jew il-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ ħitan ta’ ġonna fuq quddiem
sakemm -
(a) il-ħajt ma jkunx jeċċedi għoli ta’ 1.4 metri ’l fuq mil-livell tat-triq
mlesti; u
(b) il-ħajt ikun mibni bl-istess stil, disinn u materjal bħalma jkun il-
kumplament tal-bini;
(v) l-istallazzjoni ta’ apparat ta’ kondizzjonament ta’ l-arja fuq barra ta’
xi bini, kemm-il darba l-apparat ta’ kondizzjonament ta’ l-arja ma
jkunx jinsab fuq il-faċċata ta’ bini li jkun jiffaċċa triq jew toroq jew
inkella jkun jidher minn xi triq;
(vi) is-sostituzzjoni jew ir-rikostruzzjoni ta’ soqfa, sakemm jekk il-bini
jkun jinsab fil-limitu ta’ AKU, ir-rikostruzzjoni tkun tinvolvi biss is-
sostituzzjoni ta’ saqaf kompost li jkun magħmul minn:
(a) travi ta’ l-azzar u xorok; jew
(b) travi ta’ l-injam u xorok,
u li fil-każ ta’ (b), is-sostituzzjoni ssir bl-istess materjal.
3. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi, ħlief fuq jew fi
proprjetà  skedata jew ŻŻE, sakemm l-iżviluppatur ikun ħares il-proċedura ta’
notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30
ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-miktub li l-
iżviluppatur ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) l-għemil gdid ta’ swimming pool flimkien mal-ġiebja u l-kamra tal-
pompa, ħlief fuq il-bejt ta’ xi bini;
(ii) il-bini ta’ ħitan ta’ madwar li jisporġu għalfuq it-triq u li jdawwru art
miftuħa u mhux żviluppata fil-limiti tal-konfini ta’ żvilupp kif
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 13
imfissra fi pjanijiet lokali jew fi Skemi ta’ Provvedimenti Temporanji,
mhux ogħla minn 2.4 metri u mibnija bil-ġebla tal-franka.
4. Għall-fini ta’ l-iżvilupp permess taħt din il-Klassi -
"l-istess stil, disinn u materjal" tfisser l-istil u disinn, u t-tip, għamla u lewn ta’
kull materjal, użat fl-għamla jew fil-bini tax-xogħlijiet li għandhom jiġu sostitwiti u
"l-istess stil" jew "stil differenti" għandhom jiftiehmu skond hekk.
KLASSI 3
L-għemil, tfassil, alterazzjoni jew titjib ta’ toroq 
minn Aġenziji tal-Gvern u Kunsilli Lokali
1. Bla ħsara għall-paragrafu 3 ta’ din il-Klassi, dan l-iżvilupp huwa żvilupp
permess taħt din il-Klassi, mingħajr ebda notifikazzjoni kif stipulat fl-artikolu 5:
(i) L-għemil jew tfassil ta’ toroq u bankini kif hemm indikat fl-Iskema ta’
Provvedimenti Temporanji sakemm ix-xogħlijiet kollha għal dan l-
iskop ikunu fil-limiti tal-konfini ta’ l-Iskema ta’ Provvedimenti
Temporanji; u
(ii) It-twessigħ, titjib jew manutenzjoni ta’ xi triq eżistenti fil-limiti tal-
konfini tat-triq, kemm-il darba dak it-twessigħ ma jirriżultax fl-
għemil ġdid ta’ xi lane ġdid jew lanes ġodda.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3 ta’ din il-Klassi, dan l-iżvilupp li ġej huwa
żvilupp permess taħt din il-Klassi, bla ħsara għall-iskema ta’ notifikazzjoni stipulata
fl-artikolu 5:
(i) It-titjib jew l-alterazzjoni ta’ inkroċji, kemm-il darba dak it-titjib jew
alterazzjoni ma jkunx jinvolvi t-titjib jew l-alterazzjoni ta’ inkroċju
fuq diversi livelli jew alterazzjoni sinifikanti fid-direzzjoni ta’ l-
imxija tat-traffiku;
(ii) L-abbelliment jew it-tkabbir ta’ roundabouts kemm-il darba dan ma
jkunx jinvolvi t-turija ta’ sinjal jew riklam;
(iii) L-alterazzjoni jew għemil ġdid ta’ bankini (minbarra kif hemm
provdut fil-paragrafi 1 u 3 ta’ din il-Klassi); u
(iv) L-istallazzjoni ta’ dwal tat-traffiku biex jikkontrollaw l-imxija ta’
persuni bil-mixi u imxija waħda biss ta’ traffiku, ħlief meta dawn
ikunu:
(a) f’limitu ta’ 25 metru minn xi inkroċju; jew
(b) f’limitu ta’ 100 metru minn triq arterjali (nazzjonali) jew
distributriċi.
3. Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ din
il-Klassi, kull żvilupp deskritt fihom m’għandux ikun żvilupp permess jekk:
(i) dan jinvolvi l-għemil, tfassil jew twessigħ ta’ xi triq, jew l-għemil,
tfassil, twessigħ, sostituzzjoni jew alterazzjoni oħra ta’ xi bankina,
jew it-titjib ta’ xi inkroċju fil-limiti ta’ xi AKU jew ŻŻE; jew
(ii) dan jinvolvi d-demolizzjoni ta’ xi bini jew ħajt tas-sejjiegħ, jiġifieri
ħajt mibni bis-sejjiegħ jew bil-laqx; kemm-il darba l-iżviluppatur ma
jkunx ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 5 u
dak il-ħajt jiġi sostitwit b’ħajt mibni bl-istess materjal u stil kemm
jista’ jkun malajr.
14 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
KLASSI 4
Żvilupp Minuri ta’ Infrastruttura
1. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi mingħajr il-
ħtieġa għal notifikazzjoni, kif speċifikat fl-artikolu 6(1), sakemm fejn is-sit ikun
jinsab f’sit jew area msemmija, inkluża xi AKU, jew ŻŻE, jew ġo jew fil-limitu ta’
30 metru ta’ proprjetà  skedata, jew f’distanza ta’ 50 metru minn xatt-il baħar, l-
iżviluppatur ikun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-
Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, lill-iżviluppatur
avviż bil-miktub li l-iżviluppatur ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-
Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) il-bini jew il-kostruzzjoni, u l-manutenzjoni, l-alterazzjoni jew titjib
ieħor, ta’ arbli tad-dawl, bankijiet pubbliċi, laned jew reċipjenti għat-
tfigħ tar-rifjut, bollards, barrieri u opri jew strutturi simili;
(ii) l-istallazzjoni ta’ kaxxi għat-tfigħ ta’ l-ittri jew ta’ makni self service;
u
(iii) il-bini ta’ kaxxi jew kabini tat-telefon, sakemm l-istruttura ma tkunx
teċċedi metru kwadru fl-area kif imkejla fuq barra u għoli ta’ 2.4 metri
kif imkejla fuq barra:
Iżda kull żvilupp deskritt f’din il-Klassi m’għandux ikun żvilupp permess
jekk dan ikun jagħti lok għal xi xkiel f’xi triq, inkluża bankina.
KLASSI 5
Tiswijiet ta’ Servizzi
Dan l-iżvilupp li ġej, inkluż fejn ikun jinsab is-sit f’AKU, huwa żvilupp
permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni kif hemm speċifikat
fl-artikolu 6(1) -
L-għemil ta’ kull xogħol għall-fini ta’ l-ispezzjon, il-manutenzjoni, it-
tiswija jew it-tiġdid ta’ xi drenaġġ, main, pajp, fil jew tagħmir ieħor,
inkluż it-tħaffir ta’ l-art għal dak l-iskop, sakemm dik l-art titreġġa’ lura
għall-kondizzjoni originali tagħha ġaladarba x-xogħol ikun ġie
mitmum.
KLASSI 6
Żvilupp għall-Provvista ta’ Servizzi ta’ l-Ilma
Dan l-iżvilupp li ġej, inkluż fejn ikun jinsab is-sit f’AKU, huwa żvilupp
permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni kif hemm speċifikat
fl-artikolu 6(1) -
(i) Żvilupp mhux ’il fuq il-livell ta’ l-art meħtieġ f’konnessjoni mal-
provvista ta’ ilma jew għall-konservazzjoni, tqassim mill-ġdid jew
tkattir ta’ riżorsi ta’ l-ilma, kemm-il darba dan -
(a) jinkludi l-kostruzzjoni ta’ xi ġiebja; jew
(b) jinvolvi xogħlijiet fuq jew taħt xi art ŻŻE jew fi jew taħt toroq ’l
barra minn Skema ta’ Provvedimenti Temporanji jew li ma
jkunux iffurmati fil-waqt li din l-Ordni tibda sseħħ; jew
(ċ) jinvolvi l-bini, kostruzzjoni, inġinerija jew ħidmiet oħra għal, jew
f’konnessjoni ma’, l-istallazzjoni ta’ distribuzzjoni mill-main
network, b’pajp ewlieni ta’ 30 ċm djametru jew iktar; jew
(d) jinvolvi l-provvista ta’ ilma f’art agrikola għall-finijiet ta’
irrigazzjoni.
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 15
(ii) L-istallazzjoni f’sistema ta’ l-ilma ta’ stazzjon booster, kompartiment
għall-valvoli, kompartiment għall-meter jew tagħmir ta’ swiċċijiet,
kemm-il darba dak l-iżvilupp ikun jinvolvi xi waħda mill-affarijiet li
jinsabu fis-subparagrafi (ċ) u (d) tal-paragrafu hawn qabel imsemmi
ta’ din il-Klassi.
KLASSI 7
Żvilupp ta’ sistema tad-drenaġġ u għar-rimi tiegħu
1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 ta’ din il-Klassi, l-iżvilupp li ġej inkluż fejn ikun
jinsab is-sit f’AKU, huwa permess żvilupp taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal
notifikazzjoni kif hemm speċifikat fl-artikolu 6(1):
(i) Kull żvilupp, inkluż it-tħaffir, mhux ’il fuq mil-livell ta’ l-art li jkun
meħtieġ f’konnessjoni mal-provdiment, titjib, manutenzjoni jew
tiswija ta’ sistema ta’ drenaġġ jew tagħmir relatat, u l-manutenzjoni
jew it-tiswija ta’ xi pajp ta’ żbokk;
(ii) Il-kostruzzjoni, provdiment jew titjib ta’ kompartimenti ta’ spezzjon
(spakxin) ’l fuq mil-livell ta’ l-art kemm-il darba dak il-kompartiment
ma jkunx jeċċedi -
(a) metru kwadru f’qies ta’ l-art kif imkejjel fuq barra; jew
(b) 1.5 metri (5 filati) għoli kif imkejlin fuq barra ’l fuq mil-livell ta’
l-art.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ din il-Klassi, kull żvilupp
hemm deskritt m’għandux ikun żvilupp permess jekk dan ikun jinvolvi:
(a) xogħlijiet fuq jew taħt art ŻŻE jew fi jew taħt toroq li jkunu ’l barra
minn Skema ta’ Provvedimenti Temporanji; jew
(b) il-bini, kostruzzjoni, inġinerija jew ħidma oħra għal, jew f’konnessjoni
ma’, l-istallazzjoni ta’ main network jew sistema ta’ drenaġġ b’pajp
ewlieni ta’ 30 ċm djametru jew iktar; jew
(ċ) il-bini, kostruzzjoni, inġinerija jew ħidma oħra għal, jew f’konnessjoni
ma’, l-kostruzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ trattament tad-drenaġġ ġodda, jew
ta’ żbokk ta’ drenaġġ.
KLASSI 8
Żvilupp għall-istallazzjoni ta’ servizzi elettriċi
1. Dan l-iżvilupp ħlief fejn is-sit ikun jinsab f’AKU kemm-il darba ma jiġix
xort’oħra speċifikat, huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal
notifikazzjoni kif hemm speċifikat fl-artikolu 6(1):
(i) It-tqegħid taħt l-art ta’ pajpijiet, fili jew kull tagħmir ieħor, inkluż kull
tħaffir li jsir għal dak l-iskop, kemm-il darba dawk ix-xogħlijiet ma
jkunux jinvolvu -
(a) il-bini, kostruzzjoni, inġinerija jew xi ħidma oħra għal, jew
f’konnessjoni ma’, l-istallazzjoni ta’ main network jew sistema
għad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku b’kapaċità  ta’ fil ta’ provvista
ta’ 33 KV jew iktar; jew
(b) xogħlijiet fuq jew taħt l-art ŻŻE jew fi jew taħt toroq ’l barra
minn Skema ta’ Provvedimenti Temporanji;
(ii) L-istallazzjoni ta’ linji ta’ servizz lil klijenti individwali minn linja ta’
l-elettriku, inkluż ġo xi AKU;
(iii) L-istallazzjoni ta’ plieri jew stazzjonijiet jew kompartimenti għat-
16 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
transformers jew swiċċijiet, li jagħtu provvista jew servizz.
2. Dan l-iżvilupp li ġej huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi sakemm l-
iżviluppatur ikun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni li hemm speċifikata fl-artikolu
6(1) u l-Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, lill-
iżviluppatur avviż bil-miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond
it-Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) It-tqegħid taħt l-art ta’ pajpijiet, fili jew xi tagħmir ieħor, inkluż it-
tħaffir li jsir għal dak l-għan, li jkun jinvolvi xogħlijiet fuq jew taħt
art ŻŻE jew fi jew taħt toroq ’l barra minn Skema ta’ Provvedimenti
Temporanji, jew f’Arei ta’ Konservazzjoni Urbana;
(ii) L-istallazzjoni ta’ plieri jew stazzjonijiet jew kompartimenti għat-
transformers jew swiċċijiet, li jagħtu provvista jew servizz, f’Arei ta’
Konservazzjoni Urbana.
KLASSI 9
Żvilupp relatat mat-trasport
Dan l-iżvilupp li ġej, inkluż fejn is-sit ikun jinsab f’AKU, huwa żvilupp
permess taħt din il-klassi mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni kif hemm speċifikat
fl-artikolu 6(1):
(i) L-istallazjoni ta’ fili u apparat tat-telefon, sinjali tal-waqfien, sinjali u
arbli oħra meħtieġa f’konnessjoni mat-tħaddim ta’ vetturi li jagħtu
servizz pubbliku, kemm-il darba dak l-iżvilupp ma jkunx jinvolvi l-
bini jew it-turija ta’ xi sinjal li jkun akbar minn metru kwadru id-daqs
jew inkella s-sinjal ikun imdawwal; u
(ii) Il-bini jew il-kostruzzjoni, u l-manutenzjoni, titjib jew alterazzjoni
oħra ta’ xelters għall-passiġġieri jew barrieri biex jikkontrollaw nies li
jkunu qegħdin jistennew biex jidħlu f’vetturi ta’ servizz pubbliku,
ħlief meta l-iżvilupp ikun jinvolvi l-bini, kostruzzjoni jew provdiment
ta’ bus stop ġdida:
Iżda wkoll kull żvilupp deskritt f’dan il-paragrafu m’għandux ikun żvilupp
permess jekk dan ikun jinvolvi jew jikkonsisti fi żvilupp tat-tip imsemmi fl-artikolu
5 ta’ din l-Ordni.
KLASSI 10
Żvilupp relatat ma’ telekomunikazzjonijiet
1. L-istallazzjoni, alterazzjoni jew sostituzzjoni ta’ xi tagħmir ta’
telekomunikazzjonijiet huwa żvilupp permess taħt din il-klassi mingħajr il-ħtieġa
għal notifikazzjoni kif speċifikat fl-artikolu 6(1), kemm il-darba dan ikun jinvolvi -
(a) il-bini jew l-alterazzjoni ta’ kull bini; jew
(b) l-istallazzjoni, alterazzjoni jew sostituzzjoni ta’ xi arblu li jkun għoli
iktar minn 10 metri; jew
(ċ) l-istallazzjoni, alterazzjoni jew sostituzzjoni ta’ antenna microwave,
tagħmir ta’ televiżjoni bis-satellita jew tagħmir bħal dak.
2. Il-provvediment ta’ antenna dixx tas-satellita, kemm jekk fi skema jew
f’ŻŻE jew f’AKU jew fi proprjetà  skedata hu żvilupp permess taħt din il-Klassi
mingħajr il-ħtieġa ta’ notifikazzjoni kif speċifikat fl-artikolu 6(1), f’dawn il-postijiet
li ġejjin:
(a) fuq il-bjut ta’ bini li għandu opramorta eżistenti, jew fuq il-bejt ta’
kamra tal-ħasil jew ta’ tromba tat-taraġ jew ta’ xi struttura oħra fuq il-
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 17
bejt, jew fuq il-bejt ta’ penthouse, jew
(b) f’livell ta’ l-art ġewwa l-limiti ta’ bitħa fuq wara, jew f’livell ta’ l-art
fil-limiti tal-madwar ta’ bini mhux residenzjali,
Kemm-il darba:
(a) bini hu f’ŻŻE u jkun:
(i) maħsub għal użu agrikolu jew ikun kamra jew maħżen
agrikolu jew xi struttura simili bħal dik, ukoll jekk mhux għal
xi użu agrikolu, jew
(ii) kamra max-xatt, kjosk, fabbrika tan-nar jew struttura simili,
jew
(iii) għall-użu tal-parkeġġ ta’ vetturi jew makkinarju jew xi
strutturi simili; jew
(b) il-bini nnifsu jkun il-proprjetà  skedata:
Iżda antenna dixx ta’ satellita m’għandhiex teċċedi:
(a) dijametru ta’ 1.2 metru u għoli ta’ 1.5 metru ’l fuq mill-livell
tal-bejt, meta mqiegħda fuq il-bejt; jew
(b) dijametru ta’ 1.2 metru u għoli ta’ 1.5 metru mill-bejt ta’
kamra tal-ħasil, tromba tat-taraġ jew penthouse, meta
mqiegħda fuq il-bejt ta’ kamra tal-ħasil, tromba tat-taraġ jew
penthouse; jew
(ċ) dijametru ta’ 2.2 metru u għoli ta’ 2.5 metru mill-livell ta’ l-
art, meta mqiegħda f’livell ta’ l-art ġewwa l-limiti ta’ bitħa
fuq wara f’każ ta’ bini residenzjali jew meta mqiegħda
f’livell ta’ l-art fil-limiti tal-madwar ta’ xi bini mhux
residenzjali; u
Iżda:
(a) f’kull każ l-antenna dixx ta’ satellita għandha tintefa’ lura
mill-anqas 3 metri mill-faċċata, ħlief fejn l-antenna dixx ta’
satellita hi mqiegħda wara opramorta ta’ bejt eżistenti u l-
għoli kollu tagħha jkun inqas mill-għoli ta’ l-opramorta
eżistenti;
(b) fejn hi mqiegħda fuq il-bejt ta’ kamra tal-ħasil, ta’ tromba tat-
taraġ jew ta’ penthouse, l-antenna dixx ta’ satellita għandha
tkun miksija b’ħajt ta’ ġebel tal-franka ta’ mhux aktar minn
1.4 metru (5 filati);
(ċ) fejn is-sit hu f’ŻŻE jew fejn il-faċċata ta’ wara tal-bini tkun
tagħti għal fuq xi rdum, l-antenna dixx ta’ satellita għandha
wkoll tintefa’ lura mill-anqas 3 metri mill-faċċata ta’ wara,
ħlief fejn l-antenna dixx ta’ satellita tkun imqiegħda wara
ċint eżistenti u l-għoli kollu tagħha ma jeċċedix l-għoli taċ-
ċint eżistenti; u
(d) fejn tkun imqiegħda fi proprjetà  skedata, l-iżviluppatur
għandu jħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-
artikolu 6(1) u l-iżvilupp isir żvilupp permess jekk l-Awtorità
ma tinnotifikax, fi żmien tletin ġurnata minn dik in-notifika,
lill-iżviluppatur bil-miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess
għall-iżvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att.
Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu:
(i) "fil-limiti tal-madwar" tfisser il-limiti ta’ madwar ta’ bini
mhux residenzjali li jkun magħluq b’ħajt b’tali mod li l-
18 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
antenna dixx tas-satellita ma tkunx tidher minn barra dawk il-
limiti; u
(ii) "faċċata" tfisser il-faċċata tal-bini lijkunu faċċata ta’ triq jew
toroq.
KLASSI 11
Żvilupp relatat ma’ l-agrikoltura
1. Dan l-iżvilupp huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa
għal notifikazzjoni kif hemm speċifikat fl-artikolu 6(1):
(i) L-għemil ta’ ħidmiet ta’ inġinerija raġonevolment meħtieġa għall-fini
ta’ l-agrikoltura, inklużi xogħlijiet għall-irrigazzjoni ta’ l-art, kemm-il
darba x-xogħlijiet jew il-ħidmiet ma jkunux jinvolvu:
(a) il-bini ta’ xi kostruzzjoni, jew ikunu relatati mal-kostruzzjoni ta’
xi bini jew mat-trobbija intensiva ta’ l-annimali jew it-tkabbir
intensiv ta’ prodotti tar-raba’; jew
(b) il-kostruzzjoni ta’ xi ġiebja ġdida li tkun għalkollox ’il fuq mill-
art; jew
(ċ) l-għemil ġdid ta’ xi għadira; jew
(d) id-depożitu ta’ skart fuq l-art sew bil-għan ta’ l-għemil ġdid jew
ta’ titjib ta’ art agrikola jew xort’oħra.
(ii) Il-livellar u l-manutenzjoni ta’ mogħdijiet fir-raba’ li jsiru minn jew
f’isem id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
2. Dan l-iżvilupp huwa żvilupp permess taħt din il-Klassi, sakemm l-
iżviluppatur ikun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-
Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, lill-iżviluppatur
avviż bil-miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV
ta’ l-Att:
(i) Id-depożitu mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ta’ skart fuq l-art għall-
fini ta’ l-afforestazzjoni ta’ l-art.
(ii) Il-kostruzzjoni ta’ kmamar fejn jitqegħdu l-pompi biex jiffunzjonaw
fir-rigward ta’ spieri li jkunu reġistrati mal-Korporazzjoni għas-
Servizzi ta’ l-Ilma jew ġwiebi li jeżistu u li jkunu qegħdin jintużaw,
kemm-il darba l-kamra tal-pompa -
(a) ma tkunx tinsab iktar minn metru ’l bogħod mill-ġiebja jew mill-
ispiera; jew
(b) tkun teċċedi 1.1 metru (4 filati) fil-għoli kif imkejlin fuq barra;
jew
(ċ) tkun teċċedi 4 metri kwadri fl-area ta’ l-art kif imkejlin fuq barra.
(iii) Id-depożitu ta’ ħamrija fuq art agrikola għall-fini ta’ titjib ta’ l-art
sakemm -
(a) l-area ta’ l-art ma tkunx teċċedi 1,000 metru kwadru;
(b) il-livell ta’ ħamrija li jkun hemm ma jiġix imtella’ b’iktar minn
0.5 metru;
(ċ) ma jkunx jinvolvi jew jeħtieġ żjieda fl-għoli tal-ħitan ta’ madwar
għal iktar minn 1.2 metri ’l fuq mil-livell ġdid tal-ħamrija mad-
dawra tal-perimetru kollu iżda fejn ikun hemm differenza bejn il-
livel1 ta’ l-art fuq kull naħa tal-ħajt, l-għoli totali tal-ħajt
m’għandux jeċċedi 2.4 metri mil-livell l-iktar baxx tal-ħamrija u
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 19
1.2 metri mil-livell l-iktar għoli tal-ħamrija, f’kull post madwar
il-perimetru tiegħu u l-ħajt ikun mibni bil-ġebel tas-sejjiegħ jew
jiġi miksi bih, iżda mhux imlibbes b’ġebel tas-sejjiegħ maqsum
mit-tul jew sezzjonat; u
(d) jitħarsu għalkollox id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Konservazzjoni ta’ Ħamrija Għammiela, għas-sodisfazzjon tad-
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
(iv) Il-bini ta’ ġwiebi f’parti minnhom jew għalkollox ’l isfel mil-livell ta’
l-art, kemm-il darba l-ġiebja -
(a) ma tkunx teċċedi għoli ta’ 1.7 metri (6 filati) ’l fuq mil-livell ta’ l-
art f’kull post; jew
(b) ma tkunx teċċedi 36 metru kwadru fl-area ta’ l-art kif imkejla fuq
barra fejn din tkun f’parti minnha taħt il-livell ta’ l-art; jew
(ċ) din tkun se tintasab fuq art li ma tkunx fil-limitu ta’ xi qasam
agrikolu eżistenti;
(d) fejn din tkun għalkollox taħt l-art, tkun teċċedi 100 metru kwadru
ta’ area ta’ l-art kif imkejla fuq barra.
3. Għall-fini ta’ l-iżvilupp permess taħt din il-Klassi -
"qasam agrikolu eżistenti" tfisser art korrentement użata għall-koltivazzjoni fil-
waqt li l-ġiebja tiġi mibnija;
"skart" tinkludi rimi, rifjuti, terrapien u kull ħamrija importata għalfuq l-art.
KLASSI 12
Strutturi Temporanji
1. It-tqegħid fuq L-art ta’ xi bini, struttura temporanja, xogħlijiet, impjant jew
makkinarju temporanjament meħtieġ f’konnessjoni ma’ u għal matul l-
operazzjonijiet ta’ żvilupp li jkunu, jew li se jiġu, mwettqin fuq, ġo, taħt jew fuq il-
medda ta’ dik l-art jew fuq art li tkun minnufih tmiss ma’ dik l-art f’konnessjoni ma’
jew għall-fini ta’ żvilupp li jkun mħolli jsir skond permess għal żvilupp jew b’din l-
Ordni, huma żvilupp permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni
kif hemm speċifikat fl-artikolu 6(1), bla ħsara għall-eċċezzjonijiet u l-
kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ din il-Klassi.
2. Il-ħidmiet deskritti fil-paragrafu t’hawn aktar qabel ta’ din il-Klassi
m’għandhomx ikunu żvilupp permess jekk:
(i) il-ħidmiet ikunu dawk li jinvolvu minjieri; jew
(ii) l-art tkun fi jew fuq proprjetà  skedata; jew
(iii) mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data meta xi ħaġa mqegħda kif
indikat fil-paragrafu 1 ta’ din il-Klassi jew id-data meta l-ħidmiet
f’konnessjoni li magħhom kienu hekk imqegħda kienu twettqu, skond
liema tkun id-data li tiġi l-ewwel:
(a) xogħlijiet ta’ bini, impjant jew makkinarju mqegħda kif hawn
aktar qabel imsemmi ma jkunux tneħħew; u
(b) xi art jew art li tkun tmiss magħha li fuqha jkun sar żvilupp
permess b’din il-Klassi ma tkunx inġiebet lura għall-kondizzjoni
li kienet tinsab fiha qabel dak l-iżvilupp:
Iżda meta l-ħidmiet ikunu se jseħħu fil-limitu ta’ xi AKU jew ikunu se
jostruwixxu xi triq jew bankina, l-iżviluppatur għandu jkun ħares il-proċedura ta’
notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30
20 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, 1ill-iżviluppatur avviż bil-miktub li l-iżvilupp
ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att.
KLASSI 13
Użu divers Temporanju
1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 ta’ din il-Klassi l-użu ta’ art għal xi raġuni li
tkun għal mhux iktar minn tmienja w għoxrin ġurnata f’xi sena kalendarja huwa
żvilupp permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni kif hemm
speċifikat fl-artikolu 6(1).
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ din il-Klassi l-użu ta’ art
mhux żvilupp permess jekk:
(i) l-użu ta’ l-art ikun għal sit ta’ karavan; jew
(ii) l-użu ta’ l-art ikun għall-kampeġġ; jew
(iii) l-art tkun qegħda fi jew fuq proprjetà  skedata; jew
(iv) l-użu ta’ l-art ikun għal off road rallies jew tlielaq ta’ vetturi, karrozzi
u muturi, inkluż kull taħriġ għal dawn l-avvenimenti u attivitajiet;
u, jekk l-użu ta’ l-art ikun biex isir xi suq jew bejgħ, dak l-użu jkun żvilupp permess
biss jekk ikun wieħed għal sebat ijiem f’xi sena kalendarja.
3. Għall-fini ta’ din il-Klassi "sena kalendarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar
li jibdew għaddejin mill-ġurnata meta l-ewwel jinbeda jsir l-użu.
KLASSI 14
Żvilupp relatat ma’ l-Avjazzjoni
1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 ta’ din il-Klassi, dan li ġej hu żvilupp permess
taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal notifikazzjoni kif hemm speċifikat fl-
artikolu 6(1):
(i) it-twettiq fuq art lesta għall-użu minn operatur ta’ ajruport, jew l-
aġent tiegħu, ta’ żvilupp (inkluż il-bini jew l-alterazzjoni ta’ xi bini
lest għall-użu) f’konnessjoni mal-provdiment ta’ servizzi u faċilitajiet
f’ajruport, kemm-il darba dak l-iżvilupp ikun jikkonsisti fi:
(a) il-kostruzzjoni jew l-estensjoni ta’ runway; jew
(b) il-kostruzzjoni ta’ terminal tal-passiġġieri; jew
(ċ) l-alterazzjoni jew l-estensjoni ta’ terminal tal-passiġġieri fejn l-
ispazju tal-paviment tal-bini kif jeżisti jinqabeż b’iktar minn 10
fil-mija; jew
(d) bini li ma jkunx bini lest għall-użu;
(ii) it-twettiq fuq art lesta għall-użu, fil-limiti tal-perimetru ta’ ajruport,
minn operatur ta’ ajruport, jew l-aġent tiegħu, ta’ żvilupp
f’konnessjoni ma’ xi wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a) il-provdiment ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru;
(b) in-navigazzjoni ta’ ajruplani li jużaw l-ajruport;
(ċ) is-sorveljar tal-moviment ta’ ajruplani li jużaw l-ajruport;
(iii) it-twettiq fuq art lesta għall-uzu, ’l barra minn izda fil-limiti ta’
kilometru wieħed mill-perimetru ta’ ajruport, minn operatur ta’
ajruport, jew l-aġent tiegħu, ta’ żvilupp f’konnessjoni ma’ xi waħda
mill-affarijiet stipulati fis-subparagrafu (ii) hawn aktar qabel, kemm-
il darba dak l-iżvilupp ma jkunx jikkonsisti fi jew jinkludi:
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 21
(a) il-kostruzzjoni ta’ xi bini għal użu jew skop li ma jkunx dak li fih
jitqiegħed tagħmir li jintuża f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi
waħda mill-affarijiet stipulati kif hawn aktar qabel imsemmi; jew
(b) xi bini li jkun jeċċedi l-4 metri għoli kif imkejjel fuq barra; jew
(ċ) l-istallazzjoni jew il-kostruzzjoni ta’ xi arblu, antenna jew apparat
ieħor tar-radar jew tar-radju li jkun jeċċedi 15-il metru għoli, jew
is-sostituzzjoni ta’ xi arblu, antenna jew apparat bħal dawk, jekk
is-sostituzzjoni tkun teċċedi dak l-għoli;
(iv) l-użu ta’ bini fil-perimetru ta’ ajruport għall-finijiet konnessi ma’
servizzi tat-trasport bl-ajru jew attivitajiet oħra li għandhom x’jaqsmu
mat-titjir f’dak l-ajruport.
2. Kull żvilupp deskritt fil-paragrafu 1 ta’ din il-Klassi, li ma jkunx dak
deskritt fis-subparagrafu (ii) tal-paragrafu 1, m’għandux ikun żvilupp permess
kemm-il darba l-operatur ta’ l-ajruport ma jkunx ipprovda lill-Awtorità  b’kull dettall
dwar l-iżvilupp propost mill-anqas 30 ġurnata qabel jinbeda xi żvilupp bħal dak
kemm-il darba dak l-iżvilupp:
(a) ikun fil-fehma tad-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili wieħed meħtieġ
b’urġenza għall-ġestjoni effiċjenti ta’ l-ajruport; u
(b) ikun jikkonsisti fil-ġestjoni ta’ xogħlijiet jew il-bini jew kostruzzjoni ta’
xi struttura jew ta’ xi bini anċillari, jew it-tqegħid fuq l-art ta’ xi
tagħmir, u x-xogħlijiet, l-istruttura, il-bini jew it-tagħmir ma jkunux
jeċċedu 4 metri għoli kif imkejlin fuq barra jew 100 metru kwadru
f’area tal-paviment kif imkejlin fuq barra.
3. Kull żvilupp li jeħtieġ lill-operatur ta’ l-ajruport jipprovdi dettalji ta’ l-
iżvilupp propost lill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar m’għandux jingħata permess għal
żvilupp jekk l-Awtorità  fi żmien 30 ġurnata minn meta tirċievi dik l-informazzjoni
tagħti avviż bil-miktub lill-operatur ta’ l-ajruport li l-iżvilupp ikun jeħtieġ li tiġi
ppreżentata applikazzjoni għal permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att.
4. Għall-finijiet ta’ din il-Klassi -
"ajruplani" tinkludi kull tip ta’ ajruplan jew inġenji ta’ l-ajru;
"art lesta għall-użu" jew "bini lest għall-użu" ifissru art jew xi bini użati jew
meħtieġa f’konnessjoni mal-moviment jew manutenzjoni ta’ ajruplani, jew ma’ l-
imbark, żbark, tagħbija, skariġġ jew trasport ta’ passiġġieri, merkanzija jew bhejjem
f’xi ajruport, u jkunu art jew bini proprjetà  ta’, jew taħt il-kontroll ta’ l-operatur ta’
l-ajruport rilevanti.
KLASSI 15
Tidwil ta’ bini u strutturi
1. It-tidwil minn barra ta’ bini u strutturi huwa żvilupp permess, sakemm fejn
is-sit ikun jinsab f’AKU, ŻŻE jew fi jew biswit proprjetà  skedata, l-iżviluppatur ikun
ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma
tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-
miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att,
u kemm-il darba:
(a) ma jkunx jinvolvi it-tidwil ta’ xi sinjal jew reklam; jew
(b) l-għan ewlieni tat-tidwil ma jkunx wieħed ta’ reklamar, tħabbira jew
direzzjoni; jew
(ċ) ma jkunx jinvolvi t-tidwil ta’ xi area ikbar minn bini jew struttura.
22 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
KLASSI 16
Esplorazzjoni u Sondaġġ Minerali u Ġeoloġiku
1. Dan l-iżvilupp li ġej huwa permess taht din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal
notifikazzjoni kif speċifikata fl-artikolu 6(1):
Żvilupp fuq xi art għal perjodu li ma jeċċdix 30 ġurnata u li jikkonsisti fi:
(i) it-tħaffir ta’ spieri; jew
(ii) l-għemil ta’ sondaġġi sismii,
kemm-il darba din ma tkunx ħidma li għandha ssir f’distanza ta’ 50 metru minn xi
parti ta’ bini residenzjali jew xi bini mhux kummerċjali ieħor.
KLASSI 17
Xogħlijiet f’Bini Mhux-Residenzjali
1. Dan l-iżvilupp li ġej huwa permess taħt din il-Klassi mingħajr il-ħtieġa għal
notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1):
(i) kull alterazzjoni interna, ħlief dawk li jinvolvu jew jolqtu xaftijiet u
btieħi interni;
(ii) manutenzjoni;
(iii) il-bini ta’ trombi tal-liftijiet jew trombi tat-taraġ fuq il-bejt ta’ xi bini,
sakemm -
(a) it-tromba tal-lift jew it-tromba tat-taraġ tintafa’ lura mill-anqas
4.25 metri mill-faċċata tal-bini;
(b) l-għoli estern tat-tromba tal-lift jew tat-tromba tat-taraġ ma jkunx
jeċċedi 1.4 metri (5 filati) ’l fuq minn kull struttura tal-bejt u
mhux iktar minn 3.4 metri (12-il filata) ’l fuq mil-livell tal-bejt,
(iv) is-sostituzzjoni jew l-istallazzjoni ta’ impjant u makkinarju għall-fini
ta’ xi proċess industrijali ġo bini industrijali jew fuq l-art fil-limiti tal-
madwar ta’ bini industrijali:
Iżda l-impjant jew il-makkinarju l-ġdid ma jkunx jirriżulta f’xi
bidla fil-proċessi, ħidmiet jew attivitajiet awtorizzati għal dak is-sit:
Iżda wkoll, fejn is-sostituzzjoni jew l-istallazzjoni ta’ l-impjant
jew makkinarju ma jkunx fil-limitu ta’ bini industrijali -
(a) kull impjant jew makkinarju ma jkunx jeċċedi għoli ta’ 15-il
metru ’l fuq mil-livell ta’ l-art jew 1-għoli ta’ kull ħaġa sostitwita
skond liema jkun l-akbar;
(b) xi parti tkun fil-limitu ta’ 5 metri minn kull konfini tal-madwar
tal-fond:
Iżda s-sostituzzjoni jew l-istallazzjoni ta’ impjant u makkinarju fil-
limiti jew ’l barra minn xi bini industrijali m’għandhomx jitqiesu
bħala żvilupp permess jekk il-bini jew l-art industrijali jkunu jinsabu
’l barra minn art indikata għall-iżvilupp industrijali fl-Iskemi għal
Provvedimenti Temporanjijew fi Pjan Lokali; u
(v) il-kostruzzjoni jew l-istallazzjoni ta’ tankijiet ta’ l-ilma jew ta’ ġwiebi
sakemm ma jkunux jeċċedu -
(a) għoli ta’ 1.7 metri (6 filati) imkejlin fuq barra ’l fuq mil-livell ta’
l-art; jew
(b) 100 metru kwadru area ta’ l-art kif imkejlin fuq barra.
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 23
2. Dan l-iżvilupp li ġej huwa permess taħt din il-klassi sakemm l-iżviluppatur
jkun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni kif speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità
ma tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn tali notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-
miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess għal żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att:
(i) l-għemil ġdid ta’ livell wieħed ta’ sotterran, limitat għall-impronta tal-
bini, sakemm l-iżvilupp -
(a) ma jkunx jinvolvi l-għemil ġdid ta’ xi aċċess ġdid għal xi triq jew
xi entratura separata għas-sotterran; u
(b) ikun se jintuża għal xi skop anċillari għall-użu eżistenti tal-bini;
(ii) il-bini ta’ estensjoni,
Iżda -
(a) l-area ta’ l-art ta’ l-estensjoni kif imkejla fuq barra ma tkunx
teċċedi total ta’ 36 metru kwadru, fejn il-bini jkun bini
industrijali, u 16-il metru kwadru imkejlin fuq barra fejn il-bini
jkun xi bini ieħor mhux residenzjali;
(b) fejn l-estensjoni tkun tinsab fuq il-bejt ta’ xi bini, l-estensjoni
għandha tintefa’ lura mill-anqas 3 metri mill-faċċata u
m’għandhiex tkun ogħla minn 2.8 metri ’l fuq mil-livell tal-bejt
kif imkejjel minn barra; u
(ċ) għandha tkun permessa estensjoni waħda biss li ma tkunx teċċedi
l-area totali ta’ l-art permessa f’(a):
Iżda wkoll estensjoni għal bini industrijali m’għandux ikun
żvilupp permess jekk dak il-bini jkun jinsab ’l barra minn art indikata
għall-iżvilupp industrijali fl-Iskemi ta’ Provvedimenti Temporanji jew
fi Pjan Lokali.
3.  Iżda, kemm-il darba majiġix xort’oħra speċifikat, kull żvilupp deskritt f’din
il-Klassi ma jkunx żvilupp permess jekk:
(a) ikun jinvolvi jew jinkludi xi żvilupp f’xi AKU, jew fi proprjetà  skedata,
jew fil-limiti ta’ 30 metru minn proprjetà  skedata, jew ŻŻE; jew
(b) jirriżulta fl-għemil ġdid ta’ units addizzjonali, separati jew fi bdil fl-
użu; jew
(ċ) ikun jeħtieġ żjieda fil-provdiment ta’ parkeġġ.
4. Għall-finijiet ta’ din il-Klassi -
"bini mhux residenzjali" tfisser bini li jintuża għal xi għan li jaqa’ taħt il-Klassijiet
2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 11 u 12 ta’ l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar ta’ l-
Iżvilupp, u tinkludi wkoll lukanda.
KLASSI 18
Żvilupp relatat ma’ l-Ilma tax-Xita
Il-provdiment, kostruzzjoni u tiġdid ta’ xi kanal għall-ilma tax-xita taħt l-art
ta’ xi triq eżistenti jew fil-limiti tal-konfini ta’ xi triq prinċipali ta’ xi triq li tkun
indikata fi Skema ta’ Provvedimenti Temporanji huwa żvilupp permess taħt din il-
Klassi, sakemm fejn is-sit ikun jinsab f’xi AKU jew fil-limiti ta’ 30 metru ta’ xi
proprjetà  skedata l-iżviluppatur għandu jkun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni
speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn dik in-
notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-miktub li l-iżvilupp ikun jeħtieġ permess
ta’ żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att; sakemm ukoll it-triq jew l-art jitreġġgħu
lura għall-kondizzjoni tagħhom oriġinali u kull xogħol isir fil-limiti tal-konfini tat-
24 L.S.356.07 ħ NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP
triq prinċipali.
KLASSI 19
Tqegħid ta’ Mwejjed u Siġġijiet
1. It-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet, flimkien ma’ umbrelel, fuq xi spazju
miftuħ pubbliku sabiex jinqeda xi stabbiliment li jaqa’ taħt il-Klassi 6, Ikel u Xorb,
ta’ l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (jew kif dan jista’ jiġi
wara emendat) huwa permess taħt din il-Klassi sakemm l-iżviluppatur ikun ħares il-
proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma tagħtix, fi
żmien 30 ġurnata minn dik in-notifikazzjoni, lill-iżviluppatur avviż bil-miktub li l-
iżvilupp ikun jeħtieġ permess ta’ żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att; u iżda wkoll:
(i) fejn it-tqegħid ikun jinsab f’area mnejn jgħaddu persuni bil-mixi,
jitħalla miftuh u bla xkiel passaġġ ta’ mill-anqas 1.5 metri wisa’ għal
persuni bil-mixi bejn grupp ta’ mwejjed u siġġijiet li jappartjenu lil xi
stabbiliment wieħed u 
(a) xi grupp ieħor simili li jappartjeni lil xi stabbiliment ieħor;
(b) xi xkiel fiżiku jew xi bini;
(ii) fejn it-tqegħid ikun jinsab fuq xi bankina, jitħalla miftuħ u bla xkiel
passaġġ ta’ mill-anqas 1.5 metri wisa’ bejn grupp ta’ mwejjed u
siġġijiet li jappartjenu lil stabbilimenti differenti; u bejn l-imwejjed u
s-siġġijiet u l-faċċata ta’ xi bini jew xkiel fiżiku, jew bejn l-imwejjed
u s-siġġijiet u t-tarf tal-bankina;
(iii) l-imwejjed u s-siġġijiet ma jxekklux il-visibilità  f’xi inkroċju stradali
jew xort’oħra jkunu ta’ theddida għas-sigurtà  ta’ persuni bil-mixi jew
tat-traffiku tal-vetturi;
(iv) l-imwejjed u s-siġġijiet ma jitqegħdux fuq xi triq prinċipali li tintuża
minn traffiku ta’ vetturi;
(v) l-imwejjed u s-siġġijiet ma jkunux mifrudin mill-fond li jkunu jaqdu
għat-triq prinċipali li tintuża għat-traffiku ta’ vetturi, sakemm it-tliet
kondizzjonijit li ġejjin jiġu lkoll sodisfatti:
(i) il-volum tat-traffiku jkun anqas minn 60 vettura fis-siegħa fiż-
żewġ direzzjonijiet;
(ii) il-veloċità  tat-traffiku tkun ristretta għal massimu ta’ 20 kilometru
fis-siegħa w jigu implimentati miżuri adegwati għat-trażżin tat-
traffiku biex jiġi żgurat li veloċità  bħal dik ma tinqabiżx (kemm
il-limitazzjoni tal-velocità  kif ukoll il-miżuri għat-trażżin tat-
traffiku għandhom ikunu ġew minn qabel approvati mill-Awtorità
ta’ Malta dwar it-Trasport); u
(iii) matul it-tul kollu tat-triq, ma għandux ikun hemm parkeġġjar ta’
vetturi jew xi ostruzzjoni oħra ogħla minn 1.10 metru matul l-area
mnejn jaqsmu l-persuni bil-mixi u sa distanza ta’ 4 metri minn
kull tarf;
(vi) l-imwejjed u s-siġġijiet ma jkunux jostakolaw xi aċċess għal xi
proprjetà  ta’ biswit;
(vii) kull mezz fiżiku ta’ għeluq għalihom ta’ mwejjed u siġġijiet għandu
jkun disinjat u jingħata manutenzjoni kif dovut, u għandu jkun
konformi mas-subparagrafi ta’ hawn aktar qabel; u
(viii) kull umbrella għandha titqiegħed fil-limitu tal-grupp ta’ mwejjed u
siġġijiet u tkun konformi mas-subparagrafi ta’ hawn aktar qabel.
NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP ġ L.S.356.07 25
2. Ghall-finijiet ta’ din il-Klassi,
"area mnejn jgħaddu persuni bil-mixi" tfisser xi pjazza jew area oħra li tkun
tqegħdet biss għall-mixi ta’ persuni u fejn ma tkun tista’ tidħol ebda vettura, iżda ma
tinkludix bankina;
"spazju miftuħ pubbliku" tfisser bankina, pjazza, area li tkun tqegħdet biss għall-
mixi ta’ persuni jew xi area oħra li fuq kollox tintuża l-aktar minn persuni bil-mixi.
KLASSI 20
Strutturi bit-Tined
1. Il-kostruzzjoni ta’ strutturi bit-tined fuq l-art għal mhux iktar minn 6 xhur
għal kull sena kalendarja huwa permess taħt din il-Klassi sakemm l-iżviluppatur
ikun ħares il-proċedura ta’ notifikazzjoni speċifikata fl-artikolu 6(1) u l-Awtorità  ma
tagħtix, fi żmien 30 ġurnata minn notifikazzjoni bħal dik, avviż bil-miktub li l-
iżvilupp ikun jeħtieġ permess ta’ żvilupp skond it-Taqsima IV ta’ l-Att; u sakemm
ukoll -
(i) l-użu ta’ l-art mgħottija bl-istruttura bit-tinda tkun anċillari għall-użu
eżistenti ta’ l-art jew tal-bini fejn din tkun ser titqiegħed;
(ii) l-istruttura bit-tinda ma tkunx se xxekkel il-viżwali f’inkroċju stradali
jew xort’oħra tkun ta’ theddida għas-sigurtà  ta’ persuni bil-mixi jew
tat-traffiku tal-vetturi;
(iii) l-istruttura bit-tinda ma titqegħidx fuq xi triq prinċipali li tintuża minn
traffiku ta’ vetturi;
(iv) l-istruttura bit-tinda ma tkunx tostakola xi aċċess għal xi proprjetà  ta’
biswit.
2. Għall-fini ta’ din il-Klassi,
"sena kalendarja" tfisser perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda għaddej mill-ġurnata
meta l-ewwel jibda jsir l-użu;
"struttura bit-tinda" tfisser struttura magħmula minn tessut b’xi naħat miftuħin.
