NOTIFIKAZZJONI DWAR ŻVILUPP (EŻENZJONIJIET) ġ L.S.356.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.08
ORDNI DWAR IN-NOTIFIKAZZJONI
DWAR ŻVILUPP (EŻENZJONIJIET)
1 ta’ Ġunju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-2001.
Titolu.
dwar Żvilupp (Eżenzjonijiet).
Eżenzjonijiet.
L.S.356.07
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ l-Ordni dwar in-
Notifikazzjoni dwar Żvilupp m’għandhomx ikunu japplikaw għal
żvilupp kif deskritt fl-Iskeda li tinsab ma’ l-istess Ordni dwar:
1. kull alterazzjoni interna f’xi AKU li ma żżidx l-għadd
ta’ abitazzjonijiet u ma tibdilx l-użu tal-bini kif hemm
provdut dwar dan fil-Klassi 1 paragrafu 1(i);
2. l-għemil ġdid ta’ swimming pool flimkien mal-ġiebja
anċillari u kamra tal-pompa tiegħu kif hemm provdut
dwar dan fil-Klassi 2 paragrafu 3(i);
3. il-bini ta’ kmamar tal-ħasil u strutturi tal-bejt kif
hemm provdut dwar dan fil-Klassi 1 paragrafu 2(i), (ii)
u (iii);
4. il-bini ta’ trombi tal-liftijiet kif hemm provdut dwar
dan fil-Klassi 1 paragrafu 2(iv);
5. il-bini ta’ estensjonijiet kif hemm provdut dwar dan
fil-Klassi 1 paragrafu 2(vii);
6. it-tiżbigħ fuq barra ta’ bini minbarra aperturi jew xi
xogħol kif hemm provdut dwar dan fi Klassi 2
paragrafu 2(i), ħlief fejn il-bini jew xogħol għandu
jkun miżbugħ minn lewn il-ġebla;
7. it-tqegħid taħt l-art ta’ pajpijiet, cables jew kull
tagħmir ieħor, inkluż kull tħaffir għal dak l-iskop kif
hemm provdut dwar dan fil-Klassi 8 paragrafu (2)(i);
8. l-istallazzjoni ta’ plieri li jagħtu provvista jew servizz
jew stazzjonijiet jew kompartimenti għat-transformers
jew swiċċijiet kif hemm provdut dwar dan fil-Klassi 8
paragrafu (2)(iii),
meta dak l-iżvilupp ikun propost li jsir fl-arei ta’ konservazzjoni
urbana (AKU) tal-Belt Valletta, Floriana, Mdina, Rabat, Cospicua,
Senglea u Vittoriosa f’Malta, u Rabat u ċ-Ċittadella f’Għawdex.
