PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (ORDNI TA’ ŻVILUPP) 
(TISMIJA TA’ ŻVILUPP ĠDID) ġ L.S.356.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.10
REGOLAMENTI DWAR L-IPPJANAR
TA’ L-IŻVILUPP (ORDNI TA’ ŻVILUPP)
(TISMIJA TA’ ŻVILUPP ĠDID)
1 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 264 ta’ l-2001.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Ordni ta’ Żvilupp) (Tismija ta’ Żvilupp
Ġdid).
Tifsir.
ma titlobx xort’oħra:
Kap. 356.
"ordni ta’ żvilupp" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha
fl-artikolu 31 ta’ l-Att;
"żvilupp ġdid" tfisser żvilupp ġdid li jista’ jsir skond ordni ta’
żvilupp fuq sit fejn jeżisti żvilupp illegali u liema żvilupp ġdid hu
hekk imsemmi fir-regolament 3.
(2) F’dawn ir-regolamenti kliem imfissra fl-Att għandhom l-
istess tifsir bħal dak mogħti fl-Att.
Żvilupp ġdid 
permess skond 
ordni ta’ żvilupp 
fejn ikun jeżisti 
żvilupp illegali fuq 
l-istess sit.
L.S. 356.07
3. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 31(9) ta’ l-Att, l-iżvilupp
imsemmi fil-paragrafu 2(ix) ta’ Klassi 1 ta’ l-Ordni dwar in-
Notifikazzjoni dwar Żvilupp, għandu jitqies għall-finijiet u l-effetti
kollha tal-liġi li hu żvilupp ġdid li għandu jitħalla jsir skond ordni
ta’ żvilupp minkejja li jista’ jeżisti żvilupp illegali fuq l-istess sit.
