PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP 
(PROĊEDURA GĦAL RIKONSIDERAZZJONI) ġ L.S.356.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.11
REGOLAMENTI DWAR L-IPPJANAR
TA’ L-IŻVILUPP (PROĊEDURA GĦAL 
RIKONSIDERAZZJONI)
1 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 266 ta’ l-2001.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Proċedura għal Rikonsiderazzjoni).
Proċedura li 
għandha tiġi 
segwita 
f’konsiderazzjoni 
mill-ġdid.
2. (1) Fejn l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar (hawn iżjed ’il quddiem
imsejjħa "l-Awtorità ") jew il-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-
Iżvilupp (hawn iżjed ’il quddiem imsejjħa "il-Kummissjoni"),
skond il-każ, jiġu mitluba mill-applikant jew minn xi persuna oħra
għan-nom tiegħu biex jikkonsidraw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha,
id-Direttur għandu jlesti risposta għal tali rikjesta għal
rikonsiderazzjoni fi żmien tletin ġurnata minn meta tkun ġiet
riċevuta l-istess deċiżjoni:
Kap. 356.
Iżda fejn f’tali talba għal rikonsiderazzjoni jiġu ppreżentati
pjanti ġodda mill-applikant jew minn persuna oħra għan-nom
tiegħu, il-perijodu ta’ żmien rikjest mid-Direttur biex jipprepara
risposta kif hawn aktar qabel imsemmija ma għandhiex tkun
tinkludi f’dak iż-żmien xi perijodu ta’ żmien rikjest għal
konsultazzjoni ma’ dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern kif provdut
dwarhom fl-artikolu 36(3) ta’ l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp.
(2) L-Awtorità  ta’ l-Ippjanar jew il-Kummissjoni, skond il-każ,
għandhom jinformaw lil kull persuna li tkun għamlet
sottomissjonijiet bil-miktub skond l-artikolu 32(5), li tkun saret
talba għal rikonsiderazzjoni mill-applikant.
(3) Fit-talba tiegħu kif hawn qabel imsemmi l-applikant jew
kull persuna oħra għan-nom tiegħu jistgħu jirreferu għal policies
oħrajn fi pjan ta’ żvilupp jew f’policy dwar l-ippjanar li għaliha ma
tkunx saret referenza f’sottomissjonijiet preċedenti mill-applikant
jew minn tali persuna oħra.
(4) Kopja tar-risposta tad-Direttur għandha tintbagħat lill-
applikant u lil tali persuna oħra li tkun qed taġixxi f’ismu.
(5) L-applikant jew kull persuna oħra għan-nom tiegħu jistgħu
jwieġbu r-risposta tad-Direttur fi żmien tletin ġurnata minn meta
tkun ġiet riċevuta r-risposta tad-Direttur.
(6) F’każijiet fejn l-applikant jew tali persuna oħra għan-nom
tiegħu jonqsu milli jwieġbu, id-Direttur għandu jibgħat l-
inkartament ta’ l-applikazzjoni lill-Awtorità  jew lill-Kummissjoni,
skond il-każ, biex jiġi deċiż.
(7) F’każijiet fejn l-applikant jew tali persuna oħra għan-nom
tiegħu iwieġbu, id-Direttur għandu wkoll jibgħat kopja ta’ l-
imsemmija risposta lill-Awtorità  jew lill-Kummissjoni, skond kif
ikun il-każ.
(8) Talba għal rikonsiderazzjoni għandha titqiegħed fuq l-
2 L.S.356.11 ħ
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP 
(PROĊEDURA GĦAL RIKONSIDERAZZJONI)
aġenda ta’ l-Awtorità  jew tal-Kummissjoni, skond kif ikun il-każ,
biex tiġi deċiża, fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data li fiha tkun ġiet
riċevuta t-talba għal rikonsiderazzjoni ta’ l-applikant.
