PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (LIBRETT UFFIĊJALI) ġ L.S.356.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.14
REGOLAMENTI DWAR L-IPPJANAR
TA’ L-IŻVILUPP (LIBRETT UFFIĊJALI)
1 ta’ Frar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 24 ta’ l-2002.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Librett Uffiċjali).
Tifsir.
tfissirx xort’oħra:
Kap. 356.
"l-Awtorità " għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att;
"librett uffiċjali" ifisser il-librett uffiċjali msemmi fl-artikolu
5(2)(ċ) ta’ l-Att;
"pjan ta’ struttura" għandha t-tifsira mogħti lilha bl-artikoli 18 u
22 ta’ l-Att;
"pjanijiet sussidjarji" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Att;
"policy ta’ ppjanar" għandu jkollha l-istess tifsira mogħti lilha
bl-artikolu 2 ta’ l-Att.
(2) F’dawn ir-regolamenti kliem imfissra fl-Att għandhom l-
istess tifsir bħal dak mogħti fl-Att.
Ħwejjeġ li 
għandhom ikunu 
fil-librett uffiċjali.
3. Il-librett uffiċjali għandu jkun fih dan li ġej:
(a) l-Att flimkien ma’ l-emendi tiegħu kollha;
(b) il-liġijiet sussidjarji kollha magħmula bis-saħħa ta’ l-
Att flimkien ma’ l-emendi tagħhom kollha;
(ċ) il-pjan ta’ struttura u l-pjanijiet sussidjarji fis-seħħ fi
kwalunkwe żmien;
(d) il-policies ta’ ppjanar kollha hekk li jindikaw id-data
effettiva tal-bidu fis-seħħ;
(e) l-istrumenti ta’ delegazzjoni kollha magħmula bis-
saħħa ta’ l-artikolu 5(4) ta’ l-Att;
(f) is-setgħat ta’ kontroll kollha delegati lill-Awtorità  bis-
saħħa ta’ l-artikolu 5(5) ta’ l-Att;
(g) tibdiliet żgħar approvati u regolati bis-saħħa ta’ l-
artikolu 28(3), (4), (5), (6), (7) u (8) ta’ l-Att;
(h) kull proprjetà  skedata, ordni għal konservazzjoni,
ordni ta’ emerġenza għal konservazzjoni, siġra protetta
u ordni għall-preservazzjoni ta’ siġar magħmula bis-
saħħa ta’ l-artikoli 46, 47 u 48 ta’ l-Att;
(i) kull haġa oħra li l-Awtorità  tista’, minn żmien għal
żmien, tikkonsidra rilevanti għall-ippjanar u l-kontroll
2 L.S.356.14 ħ PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (LIBRETT UFFIĊJALI)
ta’ l-iżvilupp.
