PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (IKKLAMPJAR U TNEĦĦIJA 
TA’ OĠĠETTI UŻATI GĦAL ŻVILUPP ILLEGALI) ġ L.S.356.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.15
REGOLAMENTI DWAR L-IPPJANAR
TA’ L-IŻVILUPP (IKKLAMPJAR U TNEĦĦIJA TA’ 
OĠĠETTI UŻATI GĦAL ŻVILUPP ILLEGALI)
1 ta’ Frar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 26 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 342 ta’ l-
2002.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Ikklampjar u Tneħħija ta’ Oġġetti użati għal
Żvilupp Illegali).
Tifsir.
Emendat:
A.L. 342 ta’ l-
2002.
Kap. 356.
2. (1) F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’oħra:
"l-Att" ifisser l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp;
"l-Awtorità " għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att;
"oġġett" tfisser kull apparat, makkinarju, għodod, cranes,
bulldozers, gafef, vetturi jew oġġetti oħra kemm jekk mobbli kemm
jekk immobbli;
"sit" tfisser kull art, bini jew area tal-baħar fejn l-Awtorità  tista’
tesegwixxi azzjoni ta’ twettieq.
Tneħħija ta’ 
oġġetti mill-
Awtorità  jew minn 
kuntratturi tagħha.
3. L-Awtorità  jew kuntrattur debitament awtorizzat minnha
għal għanijiet speċifiċi ta’ dawn ir-regolamenti jista’ jneħħi, jaħżen
u jagħmel minn kull oġġett li jkun qed jiġi wżat minn xi persuna
biex iwettaq xi żvilupp illegali, jew xi oġġett li jkun fuq is-sit
suġġett għall-esekuzzjoni ta’ avviż ta’infurzar.
Twaħħil ta’ klampi 
ma’ apparat, 
makkinarju u 
vetturi użati fi 
żvilupp illegali.
4. L-Awtorità  jew kuntrattur debitament awtorizzat minnha
għal għanijiet speċifiċi ta’ dawn ir-regolamenti jista’:
(a) iwaħħal klampi ma’ kull oġġett li jintuża jew li l-
Awtorità  temmen li ġie wżat jew li ser jiġi wżat għal
żvilupp illegali f’xi sit; u
(b) twaħħal kull tagħmir li jkun biex tirrendi oġġett
inoperabbli jew biex tirrendih li ma jistax jintuża, jew
biex timmobilizza xi oġġett li jintuża jew li l-Awtorità
temmen li ġie wżat jew li jkun ser jiġi wżat għal
żvilupp illegali fuq xi sit.
Tneħħija ta’ 
klampi.
5. Il-klampi la jitneħħew mill-Awtorità  u lanqas ma l-oġġett
jiġi ritornat lis-sid tiegħu qabel ma jitħallas id-dritt dovut lill-
Awtorità  skond dawn ir-regolamenti:
Iżda jekk sid l-oġġett ikklampjat jonqos li jħallas tali dritt fi
żmien raġonevoli li ma jkunx jeċċedi l-erbgħa u għoxrin siegħa, l-
oġġett ikklampjat jiġi mneħħi mis-sit u d-drittijiet li jkunu
għaldaqshekk dovuti jkunu dawk speċifikati fir-regolament 9(b),
(ċ) u (d), skond il-każ.
2 L.S.356.15 ħ
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (IKKLAMPJAR U TNEĦĦIJA 
TA’ OĠĠETTI UŻATI GĦAL ŻVILUPP ILLEGALI)
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà .
6. L-Awtorità  tiġi eżentata minn kull responsabbiltà  għad-
danni mġarrba waqt it-twaħħil jew it-tneħħija ta’ klampi jew it-
tneħħija ta’ kull oġġett jew il-ħażna jew meta jsir minn kull oġġett
skond dawn ir-regolamenti:
Iżda persuna li taġixxi b’intenzjoni ħażina jew li tkun ħatja
ta’ negliġenza gravi fil-qadi ta’ dmirijietha waqt dak it-twaħħil jew
tneħħija ta’ klampi jew it-tneħħija ta’ kull oġġett jew il-ħażna ta’
oġġett jew filwaqt li jkun qed isir minnu, ma tkunx eżonerata mir-
responsabbiltà  għall-ħsarat li jiġru.
Avviż ta’ tneħħija.
Emendat:
A.L. 342 ta’ l-
2002.
7. (1) L-Awtorità  għandha tippubblika avviż ta’ tneħħija fil-
gazzetta u f’żewġ ġurnali lokali oħra, fejn tiddeskrivi l-oġġetti
mneħħija u tindika eżatt minn fejn l-istess oġġetti jkunu ġew
imneħħija.
(2) L-Awtorità  għandha wkoll tindika fl-istess avviż il-post
fejn l-oġġetti jkunu qed jiġu maħżuna w issejjaħ lis-sidien tagħhom
biex jirtiraw dawk l-oġġetti wara li jipproduċu provi suffiċjenti li
huma intitolati li jeħduhom, flimkien ma’ kull garanzija oħra li l-
Awtorità  jidhrilha suffiċjenti biex tagħmel tajjeb għaliha fi
kwalunkwe talba konnessa mar-restituzzjoni ta’ tali oġġetti lis-sid
leġittimu tagħhom flimkien ma’ kull ħlas dovut kif provdut f’dawn
ir-regolamenti:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
għandhomx japplikaw għal xi oġġett imneħħi mill-Awtorità , jew
minn xi kuntrattur awtorizzat minnha kif imiss għall-finijiet
speċifiċi ta’ dawn ir-regolamenti, f’każijiet fejn tali oġġetti kienu
jikkostitwixxu l-iżvilupp illegali soġġett għall-esekuzzjoni ta’
avviż ta’ infurzar:
Iżda wkoll id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
għandhom japplikaw għal ebda oġġett, jew oġġetti, jekk dawk l-
oġġetti jkunu kkaġunaw il-bdil fl-użu tas-sit soġġett għall-avviż ta’
infurzar inkwistjoni.
X’għandu jsir minn 
oġġetti.
8. (1) L-Awtorità  tista’ tordna l-bejgħ ta’ kull oġġett jekk dan
ma jkunx għadu ttieħed lura mis-sid leġittimu fi żmien tletin
ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ tneħħija kif provdut fir-
regolament 7.
(2) Kull bejgħ li jsir skond is-subregolament (1) għandu jsir
jew b’irkant pubbliku jew wara sejħa għall-offerti.
(3) L-Awtorità  tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tagħmel minn
dawk l-oġġetti li ma jkunux inbiegħu f’irkant pubbliku jew wara
sejħa għall-offerti, wara li tkun tat avviż ta’ mill-inqas xahar lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
Drittijiet li 
għandhom jinġabru 
mill-Awtorità .
9. (1) Għandhom jitħallsu lill-Awtorità  d-drittijiet li ġejjin:
(a) għat tneħħija ta’ klampi ......................... Lm 100
Iżda għat-tneħħija ta’ klampi marbuta
ma’ vettura, id-dritt hu .......................... Lm 40
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (IKKLAMPJAR U TNEĦĦIJA 
TA’ OĠĠETTI UŻATI GĦAL ŻVILUPP ILLEGALI) ġ L.S.356.15 3
Iżda meta jsiru spejjeż addizzjonali iktar minn kull dritt
partikolari msemmi fil-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d), l-Awtorità
jkollha wkoll id-dritt li tiġborhom u wara tnaqqashom mir-rikavat
ta’ kull bejgħ jew tneħħija ta’ l-oġġett jew li titlob il-ħlas tagħhom
qabel ma ċċedi oġġett lis-sid leġittimu tiegħu jew lix-xerrej f’każ
ta’ bejgħ.
(2) Meta l-Awtorità  ma tiġborx id-drittijiet hawn qabel
imsemmija kollha jew f’parti minnhom, tali drittijiet mhux miġbura
jistgħu jiġu rkuprati mis-sid leġittimu ta’ l-oġġetti bħala dejn ċivili.
Azzjonijiet 
kriminali, ċivili u 
amministrattivi 
jibqgħu mhux 
preġudikati.
10. Kull azzjoni meħuda mill-Avutorità  taħt dawn ir-
regolamenti tkun mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni kriminali
jew ċivili jew għal kull azzjoni ta’ twettieq li tittieħed skond l-Att.
Reati.
tneħħi klampi tar-roti mwaħħla ma’ xi oġġett jew tipprova tneħħi
jew tneħħi xi oġġett bir-roti kklampjati, jew tipprova tikser jew
tikser id-disposizzjonijiet tar-regolament 4, tkun ħatja ta’ reat
kontra dawn ir-regolamenti u jekk tinsab ħatja, teħel multa ta’
mhux anqas minn mitt lira u mhux aktar minn elf lira:
Iżda f’każ tat-tieni reat jew ta’ reat ieħor, il-ħati jista’ jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn ħames mitt lira u
mhux aktar minn ħamest elef lira u l-Qorti għandha tordna li dak l-
oġġett għandu jiġi kkonfiskat u mgħoddi lill-Awtorità  biex tagħmel
minnu skond ir-regolament 8.
(b) għar-rilaxxar, irmonk jew tneħħija ta’
oġġett u l-ħażna tiegħu matul l-ewwel
erbgħa u għoxrin siegħa jew parti
minnhom .............................................. Lm 45
(ċ) għall-ħażna ta’ l-oġġett wara l-ewwel
erbgħa u għoxrin siegħa jew parti
minnhom .............................................. Lm 50
(d) għall-bejgħ b’irkant jew kull mezz ieħor
ta’ tneħħija ta’ l-oġġett .......................... Lm 50
