PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (PROĊEDURA GĦAL 
MODIFIKI MINURI TA’ PJANIJIET SUSSIDJARJI) ġ L.S.356.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.16
REGOLAMENTI DWAR L-IPPJANAR
TA’ L-IŻVILUPP (PROĊEDURA GĦAL MODIFIKI 
MINURI TA’ PJANIJIET SUSSIDJARJI)
1 ta’ Frar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 27 ta’ l-2002.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Proċedura għal Modifiki Minuri ta’
Pjanijiet Sussidjarji).
Tifsir.
titlobx xort’oħra:
Kap. 356.
"l-Awtorità " għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att.
(2) F’dawn ir-regolamenti kull frażi mfissra fl-Att għandha l-
istess tifsira kif imfissra fl-Att.
Bidliet fl-
allinjament jew fiż-
zoning fl-Iskemi 
Temporanji 
Provviżorji jew fi 
Pjanijiet 
Sussidjarji.
3. Applikazzjonijiet għal tibdiliet fl-Iskemi Temporanji
Provviżorji jew Pjanijiet Sussidjarji li jinvolw tibdiliet lil:
(i) l-allinjament ta’ toroq u binjiet kif provdut fl-
artikolu 28(4)(a) ta’ l-Att; jew
(ii) iż-zoning kif provdut fl-artikolu 28(4)(b) ta’ l-
Att,
għandhom ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet stipulati fir-
regolamenti li gejjin.
Ħtiġiet għall-
applikazzjopnijiet 
kollha.
4. (1) Kull applikazzjoni għal tibdil fl-Iskemi Temporanji
Provviżorji jew għal tibdil fi pjan sussidjarju kif hawn qabel
imsemmi għandha ssir lill-Awtorità  fuq formola pprovduta mill-
Awtorità  u magħha għandu jkun hemm din l-informazzjoni li ġejja
u kull informazzjoni oħra li l-Awtorità  tista’ titlob:
(a) tliet kopji ta’ estratt A4 mis-survey sheet ta’ l-1988 fuq
skala ta’ 1:2500 li tiddelinea l-iskema jew il-Pjan
Sussidjarju, il-konfini tas-sit u t-tibdil propost;
(b) tliet ritratti tal-kulur li juru s-sit u l-madwar tiegħu; u
(ċ) prova legali tal-proprjetà  ta’ l-art li dwarha tirreferi l-
applikazzjoni, inkluż kuntratt ta’ provenjenza u l-
pjanta li għaliha jirreferi dak il-kuntratt:
Iżda meta l-applikant ma jkunx sid l-art jew ma jkunx l-
uniku sid, huwa għandu jiċċertifika lill-Awtorità  illi huwa jkun
għarraf lis-sid jew lil sidien oħra bl-intenzjoni tiegħu li japplika
permezz ta’ ittra registrata u kopja ta’ dik 1-ittra għandha tintehmeż
ma’ l-applikazzjoni tiegħu.
(2) L-Awtorità  għandha wkoll titlob lill-applikant biex
jipprovdi dan li gej wara li jippreżenta l-applikazzjoni:
2 L.S.356.16 ħ
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (PROĊEDURA GĦAL 
MODIFIKI MINURI TA’ PJANIJIET SUSSIDJARJI)
(a) kopja waħda ta’ pjanta uffiċjali ta’ survey ippreparata
mill-Awtorità  bi spejjeż ta’ l-applikant li tkun turi l-
allinjament kurrenti u ż-zoning skond l-Iskemi
Temporanji Provviżorji jew Pjanijiet Sussidjarji;
(b) kopja waħda ta’ pjanta uffiċjali ta’ survey li tkun turi t-
tibdiliet proposti.
(3) Fejn l-art li dwarha tirreferi l-applikazzjoni tinkludi art li
ma tappartjenix jew ma tappartjenix biss lill-applikant jew jekk it-
tibdil propost x’aktarx li jaffettwa lil terzi persuni, l-applikazzjoni
għandu jkollha magħha lista ta’ dawk it-terzi persuni flimkien ma’
dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata minn tali terzi persuni li ma
jkollhom ebda oġġezzjoni għat-tibdil propost:
Iżda meta l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar hekk jidhrilha spedjenti
hi tista’ titlob li tiġi ppreżentata prova legali tal-proprjetà  ta’ l-art li
tkun tappartjeni lil terzi persuni.
L.S.356.05
(4) Dik l-applikazzjoni għandu wkoll ikollha magħha d-dritt kif
preskritt fir-Regolamenti dwar Rati ta’ Taxxa dwar Bini.
Applikazzjonijiet 
għal tibdiliet fl-
allinjamenti ta’ 
toroq u binjiet fl-
Iskemi Temporanji 
Provviżorji jew 
Pjanijiet 
Sussidjarji.
5. (1) Meta applikazzjoni tkun tinvolvi tibdil fl-allinjament
ta’ toroq u binjiet kif provdut fl-artikolu 28(4)(a) ta’ l-Att, l-
Awtorità  għandha ssegwi l-proċedura kkontemplata f’dan ir-
regolament.
(2) L-Awtorità  għandha tippubblika d-dettalji ta’ l-
applikazzjoni, inkluż l-isem ta’ l-applikant, permezz ta’ avviż fuq
is-sit u f’ġurnal wieħed lokali, biex tingħata l-opportunità  lill-
partijiet interessati li jressqu l-ilmenti tagħhom, bil-miktub lill-
Awtorità , fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-avviż:
Iżda l-Awtorità  tista’, meta jidhrilha li jkun hekk meħtieġ li
tagħmel, testendi l-perijodu ta’ żmien hawn aktar qabel imsemmi sa
tletin ġurnata u f’dak il-każ hija għandha tagħti avviż ta’ tali
estensjoni fl-istess pubblikazzjoni.
(3) L-Awtorità  għandha tinnotifika kopja ta’ l-applikazzjoni u
tal-pjanta tal-post lill-kunsill lokali li fil-lokalità  tiegħu jkun sitwat
il-post.
(4) L-Awtorità  għandha tiddeċiedi l-applikazzjoni mhux aktar
tard minn sittax-il ġimgħa minn meta tirċeviha, sakemm il-perjodu
ta’ żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tal-pjanti imsemmi fir-
regolament 4(2) ma jigix meqjus li jifforma parti minn dan il-
perjodu.
(5) Fid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-Awtorità  għandha
tikkunsidra l-Iskemi Temporanji Provviżorji jew Pjanijiet
Sussidjarji, l-ilmenti magħmula b’risposta għall-pubblikazzjoni ta’
l-applikazzjoni u kull konsiderazzjoni materjali oħra.
(6) L-Awtorità  għandu jkollha s-setgħa li tilqa’ jew tirrifjuta
applikazzjoni, u fil-ħruġ ta’ tali applikazzjoni, hija tista’ tapprova
l-proposta b’modifiki jew mingħajrhom kif jidhrilha xieraq, iżda l-
Awtorità  għandha tagħti ragunijiet għar-rifjut tagħha jew dwar kull
modifika li tista’ timponi:
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP (PROĊEDURA GĦAL 
MODIFIKI MINURI TA’ PJANIJIET SUSSIDJARJI) ġ L.S.356.16 3
Iżda meta l-Awtorità  tiddeċiedi li timmodifika l-proposta,
kull persuna li tkun għamlet oġġezzjonijiet bil-miktub għall-
proposta għandha tkun informata mill-Awtorità  u għandha tigi
mistiedna li tattendi għas-seduta ta’ l-Awtorità  meta tali
applikazzjoni tiġi diskussa.
(7) Fil-każijiet imsemmija fir-regolament 4(3), l-Awtorità
għandu jkollha s-setgħa li tiddeċiedi l-applikazzjoni minkejja li ma
tkunx giet akkumpanjata bid-dikjarazzjoni ffirmata mit-terzi
persuni skond l-imsemmi rego1ament 4, jekk, fl-opinjoni ta’ l-
Awtorità , ikun fl-interess pubbliku li jsiru tali tibdiliet kif mitlub
jew permezz ta’ emendi.
(8) L-Awtorità  għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-
applikant, u lil kull terza persuna li tkun għamlet ilmenti dwar l-
applikazzjoni skond is-subregolament (2), mhux aktar tard minn
gimgħatejn mid-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni.
Bidliet proposti 
mill-Awtorità  lill-
allinjament ta’ 
toroq u binjiet fl-
Iskemi Temporanji 
Provviżorji jew 
Pjanijiet 
Sussidjarji.
6. (1) L-Awtorità  tista’, fejn hi tikkunsidra li hekk tagħmel
fl-interess ta’ ppjanar siewi ta’ l-area u tenut kont ta’ l-Iskemi
Temporanji Provviżorji jew Pjanijiet Sussidjarji, il-Pjan ta’
Struttura u konsiderazzjonijiet materjali oħrajn, tagħmel bidliet lill-
allinjament ta’ toroq u binjiet fl-Iskemi Temporanji Provviżorji jew
Pjanijiet Sussidjarji.
(2) Fil-każ imsemmi fis-subregolament (1), l-Awtorità  għandha
ssegwi l-proċedura kkontemplata fir-regolament 5(2), (3) u (5) sa
(8).
Applikazzjonijiet 
għal tibdiliet liż-
zoning fl-Iskemi 
Temporanji 
Provviżorji jew 
Pjanijiet 
Sussidjarji.
7. Meta applikazzjoni tkun tinvolvi tibdila liż-zoning kif
provdut fl-artikolu 28(4)(b) ta’ l-Att, l-Awtorità  għandha ssegwi l-
proċedura kkontemplata fl-artikolu 28(6)(b) ta’ l-Att.
