PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR) ġ L.S.356.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.17
REGOLAMENTI DWAR
L-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR)
1 ta’ Frar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-2002.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Obbligazzjonijiet dwar l-Ippjanar).
Tifsir.
titlobx xort’oħra:
Kap. 356.
"l-Awtorità " għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att.
"obbligazzjoni dwar l-ippjanar" f’dawn ir-regolamenti għandha
l-istess tifsira mogħtija fl-artikolu 40 ta’ l-Att limitata għal dawk li
jsiru b’kuntratt pubbliku;
"perijodu rilevanti" għall-għanijiet tar-regolament 5(2) tfisser:
(a) dawk il-perijodi li jistgħu jiġu speċifikati skond ir-
regolament 3(1)(b), jew
(b) jekk ebda tali perijodu ma jiġi preskritt, il-perijodu ta’
ħames snin li jibda jgħodd mid-data meta l-
obbligazzjoni ssir b’permezz ta’ kuntratt pubbliku;
"permess għal żvilupp" tfisser permess biex isir żvilupp mogħti
mill-Awtorità  fuq talba għaldaqshekk.
(2) F’dawn ir-regolamenti kliem imfissra fl-Att għandhom l-
istess tifsir bħal dak mogħti fl-Att.
Tipi ta’ 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
3. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar tista’:
(a) tkun mingħajr ebda kondizzjonijiet jew suġġetta għal
kondizzjonijiet imposti mill-Awtorità ;
(b) tkun għal perjodu jew perijodi speċifiċi jew tkun għal
perijodu ta’ żmien indefinit fir-rigward ta’ xi
restrizzjoni jew ħtieġa imsemmija fl-artikolu 40(2)(a),
(b) jew (ċ) ta’ l-Att;
(ċ) jekk tkun tirrikjedi li titħallas somma jew somom ta’
flus bis-saħħa ta’ l-artikolu 40(2)(d) ta’ l-Att, tirrikjedi
li tali somma tkun speċifikata fil-kuntratt pubbliku li
bih l-applikant jintrabat ma’ l-Awtorità ;
(d) jekk tirrikjedi li somma jew somom jitħallsu
perjodikament skond l-artikolu 40(2)(d), tali somma
tista’ tiġi rikjesta li titħallas għal perijodu ta’ żmien
speċifikat jew għal żmien indefinit.
(2) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar li tkun saret b’kuntratt
pubbliku għandha:
2 L.S.356.17 ħ
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR)
(a) tinkludi dikjarazzjoni li l-obbligazzjoni hi
obbligazzjoni dwar l-ippjanar għall-għan ta’ l-artikolu
40 ta’ l-Att;
(b) tidentifika sew is-sit li dwarha tirrelata l-kondizzjoni
jew l-obbligazzjoni, u
(ċ) tidentifika bl-eżatt il-persuna li tidħol f’obbligazzjoni
dwar l-ippjanar u l-interess ta’ tali persuna fuq is-sit
hekk identifikat.
Infurzar ta’ 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
4. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar għandha tkun infurzata
mill-Awtorità  kontra l-persuna li fuqu tiġi imposta tali
obbligazzjoni jew kontra l-persuna li takkwista b’kull mezz il-
proprjetà  jew id-drittijiet li fuqhom hemm tali permess għall-
iżvilupp kopert bl-obbligazzjoni dwar l-ippjanar.
(2) Jekk l-Awtorità  jidhrilha li xi restrizzjoni, jew ħtieġa
imposta b’obbligazzjoni dwar l-ippjanar kif imsemmi hawn aktar
qabel ma gietx obduta, l-Awtorità  għandha tinnotifika b’avviż lil
kwalunkwe persuna msemmija fis-subregolament (1), li jeħtieġ li
jittieħdu dawk il-passi li jistgħu jkunu speċifikati fl-avviż biex
jikkonformaw ma’ kull tali restrizzjoni jew ħtieġa, f’dak iż-żmien li
jista’ jiġi wkoll speċifikat fl-avviż, inkluż it-twaqqif ta’ kull ħaġa li
tkun qed issir jew titwettaq.
(3) L-Awtorità  ma għandhiex tagħti inqas minn ħmistax-il
ġurnata preavviż meta tkun qed tinnotifika avviż kif speċifikat fis-
subregolament (2). Madankollu, ordni ta’ twaqqif ta’ kull ħaġa li
tkun qed issir jew tiġi magħmula għandha tiġi mħarsa minnufih.
(4) L-Awtorità  tista’ wkoll fl-avviż imsemmi fis-
subregolament (2) tirrevoka jew timmodifika l-permess għall-
iżvilupp li jkun kopert b’dik l-obbligazzjoni dwar l-ippjanar,
sakemm tiġi esegwita l-obbligazzjoni dwar l-ippjanar jew titħallas
is-somma stipulata, skond il-każ.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet fis-subregolamenti (1) sa
(4), għandhom japplikaw għal avviż maħruġ taħt dan l-artikolu, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55A ta’ l-Att.
Modifiki u tmiem 
ta’ 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
5. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar ma tistax tiġi modifikata
jew mitmuma ħlief:
(a) bi ftehim bejn l-Awtorità  u l-persuna li fuqha tista’ tiġi
infurzata l-obbligazzjoni; jew
(b) permezz tas-subartikoli li ġejjin.
(2) Persuna suġġetta għall-infurzar ta’ obbligazzjoni dwar l-
ippjanar tista’, wara li ttemm il-perijodu rilevanti, tapplika għand l-
Awtorità  biex l-obbligazzjoni:
(a) ikollha effett bla ħsara għal dawk il-modifikazzjonijiet
speċifikati fl-applikazzjoni; jew
(b) tiġi mitmuma.
(3) Applikazzjoni taħt is-subregolament (2)(a) ma tistax
tispeċifika modifika li tkun timponi kondizzjoni jew obbligazzjoni
fuq persuna oħra li hu wkoll tkun suġġetta għall-infurzar ta’ dik l-
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR) ġ L.S.356.17 3
obbligazzjoni.
(4) Applikazzjoni taħt is-subregolament (2) għandha ssir fuq
dik il-formola li l-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien
tispeċifika.
(5) Meta ssir tali applikazzjoni lill-Awtorità , l-Awtorità  tista’
tiddeċiedi:
(a) li tali obbligazzjoni għandha tkompli sseħħ mingħajr
modifiki, jew
(b) li tali obbligazzjoni għandha tiġi mitmuma minħabba li
ma jkunx fadlilha użu utli,jew
(ċ) li tali obbligazzjoni għandha tkompli sseħħ bla ħsara
għall-modifiki meħtieġa fl-applikazzjoni, jekk tali
obbligazzjoni tkompli daqstant isservi skop utli
b’dawk il-modifiki.
(6) Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-applikant fi żmien
tliet xhur mid-data li fiha l-Awtorità  tiġi notifikata b’tali
applikazzjoni.
(7) Meta l-Awtorità  tiddeċiedi li obbligazzjoni dwar l-ippjanar
tibqa’ fis-seħħ bla ħsara għall-modifiki msemmija fl-applikazzjoni,
tali obbligazzjoni kif modifikata tiġi fis-seħħ bħallikieku tkun saret
fid-data meta avviż tad-deċiżjoni jkun ingħata lill-applikant.
Appelli minn 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
6. (1) Hemm dritt ta’ appell minn deċiżjoni ta’ l-Awtorità
lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar skond ir-regolamenti 4(2) u
(4) minn kull persuna li tigi notifikata b’tali avviż, fi żmien
ħmistax-il jum minn meta jigi hekk notifikat l-avviż skond l-
artikolu 62 ta’ l-Att.
(2) F’każ ta’ appell imsemmi fis-subregolament (1), il-Bord ta’
l-Appell għandu jiddeċiedi biss jekk obbligazzjoni dwar l-ippjanar
tkunx ġiet miksura jew pagament ma jkunx sar u jekk tkun
sodisfatta li ebda tali ksur ma jkun sar jew li tali ħlas ikun sar
skond l-obbligazzjoni, dan għandu jilqa’ l-appell.
L.S.356.02
(3) F’każ ta’ appell bħal dak imsemmi fis-subregolament (1),
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u tar-Regolamenti dwar Drittijiet għal
Appelli ta’ l-Ippjanar, dwar il-proċedura u d-drittijiet għal appelli
minn avviżi ta’ infurzar għandhom japplikaw mutatis mutandis
għal dawk l-appelli.
(4) Meta l-Awtorità  -
(a) tiddeċiedi li obbligazzjoni dwar l-ippjanar għandha
tkompli fis-seħħ jew tkompli fis-seħħ mingħajr il-
modifiki rikjesti minn applikant skond ir-regolament
5(5), jew
(b) ma tagħtix l-avviż tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant
fiż-żmien stipulat skond ir-regolament 5(6),
l-applikant jista’ jappella lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar fi
żmien tletin ġurnata minn meta jiġi notifikat bid-deċiżjoni, jew fi
żmien tletin ġurnata minn meta jgħaddi il-perjodu stipulat hawn
qabel imsemmi fil-paragrafu (b), skond il-każ.
4 L.S.356.17 ħ
PPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR)
L.S.356.02
(5) F’każ ta’ appell bħal dak imsemmi fis-subregolament (4),
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u tar-Regolamenti dwar Drittijiet għal
Appelli ta’ l-Ippjanar, dwar proċeduri u drittijiet minn rifjuti ta’
permess għal żvilupp għandhom japplikaw mutatis mutandis għal
tali appell.
(6) Fil-każ tas-subregolament (4)(b), għall-għan ta’ l-appell,
għandu jiġi preżunt li l-Awtorità  tkun iddeċidiet li l-obbligazzjoni
għandha tkompli fis-seħħ mingħajr modifika.
(7) Terza persuna ll jkollha interess m’għandhiex dritt ta’
appell lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar taħt ir-regolamenti 3, 4
u 5.
