KUMMISSJONI GĦALL-KONTROLL TA’ 
L-IŻVILUPP (TIPI TA’ APPLIKAZZJONIJIET) ġ L.S.356.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.19
REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI GĦALL-
KONTROLL TA’ L-IŻVILUPP
(TIPI TA’ APPLIKAZZJONIJIET)
18 ta’ April, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 86 ta’ l-2002.
Titolu.
Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp (Tipi ta’
Applikazzjonijiet).
Tipi ta’ 
applikazzjonijiet li 
għandhom jiġu 
trattati mill-
Fergħat tal-
Kummissjoni 
għall-Kontroll ta’ 
l-Iżvilupp.
2. (1) Il-Fergħat A, B u Ċ tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’
l-Iżvilupp għandhom jittrattaw applikazzjonijiet għall-permess ta’
żvilupp differenti kif speċifikat fis-subregolamenti (2) sa (4).
(2) Il-Fergħa A tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp
għandha tittratta s-segwenti tipi ta’ applikazzjonijiet għall-permess
ta’ żvilupp:
(a) lukandi, inklużi estensjonijiet u żidiet;
(b) proġetti sportivi u proġetti ta’ divertiment b’kapaċità
ta’ postijiet bil-qegħda għal aktar minn 200 persuna;
(ċ) proġetti kummerċjali b’minimu ta’ area ta’ sit ta’
750m2; u b’area ta’ paviment totali ta’ mhux anqas
minn 3000m2;
(d) kull użu industrijali jew magazzinaġġ industrijali
b’minimu ta’ area ta’ sit ta’ 1000m2 u b’area ta’
paviment totali ta’ mhux anqas minn 4,000m2;
(e) sptarijiet;
(f) skejjel, inkluż estensjonijiet u żidiet ma’ tali skejjel;
(g) impjanti għar-rimi ta’ skart, impjanti għat-trattament
ta’ drenaġġ u mpjanti ta’ riċiklaġġ;
(h) proġetti residenzjali li jifformaw parti minn kumpless
wieħed li jkollu mhux anqas minn 30 unit residenzjali
u proġetti għad-djar għal għanijiet soċjali jew
pubbliċi;
(i) proġetti li jaqgħu f’area ta’ brief dwar l-iżvilupp jew
f’area identifikata fi pjan lokali għall-preparazzjoni ta’
brief dwar l-iżvilupp;
(j) proġetti dwar l-avjazzjoni u proġetti marittimi;
(k) xogħlijiet ta’ portijiet;
(l) proġetti ta’ infrastruttura u servizzi utilitarji;
(m) faċilitajiet għat-trasport pubbliku u skemi ta’
maniġjjar tat-traffiku;
(n) proġetti dwar saħħa pubblika;
(o) tisbiħ ta’ arei pubbliċi;
(p) ċentri għall-komunità ;
2 L.S.356.19 ħ
KUMMISSJONI GĦALL-KONTROLL TA’ 
L-IŻVILUPP (TIPI TA’ APPLIKAZZJONIJIET)
(q) faċilitajiet għall-edukazzjoni pubblika;
(r) djar għall-anzjani u istituzzjonijiet ta’ kura;
(s) postijiet ta’ qima pubblika;
(t) ċentri ta’ distribuzzjoni fuq skala kbira;
(u) mużewijiet pubbliċi;
(v) faċilitajiet ta’ telekomunikazzjoni;
(w) żvilupp li jkun propost li jsir ’l barra miż-żoni ta’ l-
iżvilupp;
(x) żvilupp li jkun propost li jsir f’white area li,
għalkemm f’żona ta’ żvilupp, ma jkollha l-ebda
indikazzjoni għal żvilupp speċifiku;
(y) żvilupp li jkun propost li jsir f’area rregolata minn
kondizzjonijiet u zoning għall-vilel; u
(z) żvilupp li jkun propost li jsir f’area rregolata minn
kondizzjonijiet u zoning għall-bungolaws.
(3) Minbarra fir-rigward ta’ żvilupp propost ġewwa l-konfini
ta’ area ta’ konservazzjoni urbana jew ġewwa l-konfini tal-qalba
tar-raħal, jew elenkat f’xi wieħed mill-iżviluppi kif imfissra fis-
subregolament (2), il-Fergħa B tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’
Żvilupp għandha tittratta s-segwenti tipi ta’ applikazzjonijiet għall-
permess ta’ żvilupp:
(a) żvilupp propost li jsir f’area mibnija jew li jeffettwa
bini eżistenti sitwat fil-konfini ta’ żona ta’ żvilupp;
(b) żvilupp propost li jsir ġewwa żona għal terraced
houses;
(ċ) żvilupp fi skemi tal-gvern biex iħajjar persuni jsiru sid
darhom.
(4) Minbarra fir-rigward ta’ żviluppi elenkati fis-
subregolament (2), il-Fergħa Ċ tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta’
l-Iżvilupp għandha tittratta s-segwenti tipi ta’ applikazzjonijiet
għall-permess ta’ żvilupp:
(a) żvilupp propost ġewwa l-konfini ta’ area ta’
konservazzjoni urbana, jew ġewwa l-konfini tal-qalba
tar-raħal; u
(b) applikazzjonijiet għall-permess ta’ żvilupp oħra li ma
humiex indikati f’xi waħda mill-iżviluppi elenkati fis-
subregolamenti (2) u (3).
