ŻVILUPP (TNEĦĦIJA TA’ PERIKLU) ġ L.S.356.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.20
ORDNI DWAR L-IŻVILUPP
(TNEĦĦIJA TA’ PERIKLU)
13 ta’ Settembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 258 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Periklu).
Xogħlijiet ta’ 
emerġenza.
2. L-Awtorità  tista’ tawtorizza xogħlijiet rimedjali ta’
emerġenza sabiex jitnaqqas jew jitneħħa periklu eżistenti, mingħajr
il-ħtieġa ta’ permess għal żvilupp, sakemm:
Kap. 390.
(a) dawk ix-xogħlijiet jiġu notifikati lill-Awtorità  minn
persuna li jkollha warrant biex teżerċita l-professjoni
ta’ arkitett u inġinier ċivili (perit) kif provdut fl-Att
dwar il-Periti, qabel il-bidu tax-xogħlijiet. Tali
notifikazzjoni għandu jkollha magħha mill-anqas żewġ
ritratti tal-kulur, ta’ kwalità  tajba tas-sit, u ta’ kull
dokumentazzjoni oħra rilevanti skond kif jista’ jkun
meħtieġ, sabiex id-dettalji ppreżentati lill-Awtorità
jkunu jidentifikaw b’mod ċar u korrett:
(i) l-arkitett u inġinier ċivili (perit) inkarigat;
(ii) l-applikant;
(iii) il-post preċiż u l-firxa kollha tas-sit ta’ l-
applikant, kif murija fuq mappa bażi pubblikata
mill-Awtorità ;
(iv) x’periklu jkun hemm;
(v) kull xorta, metodoloġija u daqs tax-xogħlijiet
proposti;
(vi) l-istrutturi jew elementi ta’ bini li ser jiġu
mneħħija jew mibdula;
(vii) l-aċċess għas-sit mill-iktar triq viċina, fuq il-
pjanta tas-sit, fejn is-sit ma jkunx jisporġi
direttament għal fuq xi triq li tkun aċċessibbli
għat-traffiku ta’ vetturi; u
sakemm ukoll tali komunikazzjoni tkun magħmula lill-
Awtorità  bil-miktub f’envelopp immarkat ċar bil-
kliem "STRUTTURA PERIKOLUŻA"; u
(b) l-Awtorità  tkun sodisfatta li:
(i) il-periklu jeżisti u jkun ta’ tali gravità  li
jirrikjedi xogħlijiet rimedjali immedjati;
(ii) ix-xogħlijiet kif proposti jkunu għalkollox
ġustifikati biex ineħħu dak il-periklu;
(iii) ix-xogħlijiet ikunu strettament limitati għat-
tneħħija ta’ tali periklu;
(iv) kull prekawzjoni adatta tkun ittieħdet biex
tnaqqas kull impatt avvers fuq ix-xogħlijiet
2 L.S.356.20 ħ ŻVILUPP (TNEĦĦIJA TA’ PERIKLU)
proposti;
L.S.356.07
(v) il-periklu ma jistax jitneħħa b’irfid temporanju
tal-bini jew ta’ l-istruttura perikoluża kif
provdut fl-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar
Żvilupp; u
(vi) ix-xogħlijiet rimedjali proposti ma jaffetwawx l-
integrità  ta’ xi bini storiku, imsemmi jew skedat.
Deċiżjoni ta’ l-
Awtorità .
3. (1) L-Awtorità  għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha,
biex tawtorizza jew tirrifjuta li tawtorizza dawk ix-xogħlijiet, fi
żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifikazzjoni,
sakemm ikunu tħarsu r-rekwiżiti kollha msemmija fl-artikolu 2.
(2) Fejn ir-rekwiżiti ta’ l-artikolu 2 ma jkunux ġew imħarsa
għalkollox, il-perjodu ta’ jumejn tax-xogħol jibda għaddej minn
meta dawk il-kondizzjonijiet kollha jiġu mħarsa u notifikati lill-
Awtorità .
Awtorizzazzjoni 
ta’ l-Awtorità .
4. Kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Awtorità  skond l-
artikolu 2 għandha:
(1) tkun limitata għall-inqas xogħlijiet ta’ emerġenza
meħtieġa biex jitneħħa l-periklu sakemm jinkiseb il-
permess meħtieġ għal interventi aktar fit-tul;
(2) tkun notifikat mill-Awtorità  bil-miktub, u jkollha biss
effett skond dawk il-pattijiet stipulati f’dik in-
notifikazzjoni;
(3) tkun maħruġa biss wara aċċess dettaljat fuq is-sit minn
arkitett u inġinier ċivili (perit) appuntat mill-Awtorità ;
(4) tkun mingħajr preġudizzju għal kull bżonn ta’ permess
għall-żvilupp jew għal kull awtorizzozzjoni oħra
meħtieġa mill-Awtorità , u ma jkunx jeżenta mill-
ħtieġa ta’ xi permess ieħor, inkluż permess għal tħaffir
ta’ trinek, kull permess meħtieġ mill-awtoritajiet
sanitarji, kull permess ieħor jew liċenza oħra minn xi
dipartiment jew aġenzija tal-Gvern, u kull kunsens ta’
terzi persuni, li jista’ jkun meħtieġ skond il-liġi;
(5) tkun mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni
eventwali meħuda dwar xi applikazzjoni,
notifikazzjoni jew talba ppreżentata għall-finijiet tas-
subregolament (4); u
(6) ma tkunx tipprekludi lill-Awtorità  jew xi entità  oħra
milli tieħu azzjoni ta’ twettiq jew xi azzjoni oħra
skond il-liġi, fir-rigward ta’ xi illegalità  li jkun hemm
fuq is-sit.
Nullità  ta’ l-
awtorizzazzjoni ta’ 
l-Awtorità .
5. Kull awtorizzazzjoni li tinħareġ mill-Awtorità  skond l-
artikolu 2 tkun nulla u bla effett jekk sussegwentement jinstab li:
(1) xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet biex
tikkwalifika għall-awtorizzazzjoni ma kienux jeżistu
fiż-żmien meta saret it-talba oriġinali lill-Awtorità ;
jew
(2) il-valutazzjoni ta’ l-Awtorità  fuq il-każ tkun ġiet
ŻVILUPP (TNEĦĦIJA TA’ PERIKLU) ġ L.S.356.20 3
influwenzata minn nuqqas ta’ informazzjoni jew minn
informazzjoni skorretta, jew minn nuqqas ta’ aċċess
mhux ġustifikat għas-sit jew għal partijiet minnu; jew
(3) ix-xogħlijiet ma jkunux qegħdin isiru eżattament
skond il-pattijiet ta’ l-awtorizzazzjoni.
