PREVENZJONI TA’ L-INFESTAZZJONI TAL-FIRIEN ġ L.S.36.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.02
REGOLAMENTI GĦALL-PREVENZJONI 
TA’ L-INFESTAZZJONI TAL-FIRIEN
12 ta’ Diċembru, 1919
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 516 ta’ l-1919.
Titolu.
Prevenzjoni ta’ l-Infestazzjoni tal-Firien.
Projbizzjoni ta’ 
akkumukazzjoni 
ta’ ċraret, eċċ.
2. Is-sid , jew min ikun jokkupa, xi art, dar jew bini ieħor ma
għandux iżomm fihom jew jippermetti li tinżamm fihom
akkumulazzjoni ta’ ċraret, laned, kaxex, fliexken jew affarjiet oħra
li jistgħu jkunu ta’ kenn għall-firien, u għandu jieħu l-
prekawzjonijiet raġonevoli u meħtieġa biex ma jiġux infestati mill-
firien.
Dmir li ħitan, eċċ., 
jinżammu fi stat 
tajjeb ta’ 
manutenzjoni.
3. Is-sid ta’ kull bini għandu d-dmir li jżomm fi stat tajjeb ta’
manutenzjoni l-ħitan u l-qiegħa ta’ xi pjani taħt il-livell ta’ l-art, u
l-qiegħan ta’ btieħi u ta’ pjan terren, sabiex ma jħallix li firien u
ġrieden jbejtu u jħaffru toqob fil-bini.
Applikabbiltà  tar-
regolamenti.
Kap. 10.
4. Dawn ir-Regolamenti jistgħu jiġu applikati ukoll, fid-
diskrezzjoni tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, għal postijiet
liċenzjati skond l-artikolu 130 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
