TOGĦLIJA TAL-ĦALIB ġ L.S.36.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.03
REGOLAMENTI DWAR IT-TOGĦLIJA 
TAL-ĦALIB
23 ta’ Marzu, 1923
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 51 ta’ l-1923.
Titolu.
Togħlija tal-Ħalib.
Projbizzjoni li 
jinżamm ħalib 
mhux mgħolli.
2. (1) Ħadd ma jista’, mingħajr il-permess speċjali bil-miktub
tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, jżomm, ibiegħ jew
jipprovdi, jew jippermetti li jinżamm, jinbiegħ jew ikun provdut,
f’xi lukanda, ħanut tal-kafè  jew ħanut ieħor, ħalib li ma jkunx ġie
mgħolli minn qabel.
(2) F’kull każ fejn ħalib jinżamm b’kontravvenzjoni ta’ dan ir-
regolament, il-piż tal-prova li dak il-ħalib ma kienx intiż għall-
bejgħ jew għall-provvista jkun fuq l-akkużat.
Twaħħil tar-
regolamenti.
3. Is-sidien u persuni oħra li jkunu responsabbli biex
jitmexxu lukandi, ristoranti, ħwienet tal-kafè  u ħwienet oħra, fejn
il-ħalib jinżamm, jinbiegħ jew ikun provdut, għandhom iżommu
mwaħħal, f’post fejn jidher f’kull kamra, avviż li jinġabar b’xejn
mid-Dipartiment tas-Saħħa, li jirriproduċi dawn ir-Regolamenti.
