PREVENZJONI TAD-DENI RQIQ ġ L.S.36.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.04
REGOLAMENTI GĦALL-PREVENZJONI 
TAD-DENI RQIQ
8 ta’ Frar, 1924
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 50 ta’ l-1924.
Titolu.
Prevenzjoni tad-Deni Rqiq.
Tifsir.
Kap. 36.
2. Il-kliem f’dawn ir-Regolamenti għandu jkollhom l-istess
tifsir bħal ma hemm fl-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard.
Avviż lid-
Dipartiment tas-
Saħħa.
3. Kull min jżomm xi baqra, mogħża jew ngħaġa, għandu
javża lid-Dipartiment tas-Saħħa b’formula speċjali li tinġabar mill-
Għassa tal-Pulizija, u jimliha kif imiss.
Immarkar ta’ 
baqar, eċċ.
4. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jkollu s-setgħa li
jordna li xi baqra, mogħoża jew ngħaġa tkun immarkata, jew
jintlibsilha kullar immarkat, jew misluta, jew ikolla xi marka oħra,
biex tkun tista’ tiġi identifikata. Meta dan jiġi ordnat isir b’xejn
mid-Dipartiment tas-Saħħa bil-mod indikat mis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
Kampjuni ta’ ħalib 
u demm.
5. Kull uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa jkollu s-setgħa li
jispezzjona u jeżamina f’kull ħin xi baqra, mogħoża jew ngħaġa, u
li jieħu minn dawk l-annimal kampjun wieħed, jew iżjed, tal-ħalib
jew tad-demm, jew tat-tnejn, sabiex ikun jista’ jitkixxef jekk dak l-
annimal jistax jikkomunika l-infezzjoni tad-deni rqiq.
Post fejn baqar 
eċċ., jinżammu.
6. Kull post fejn xi baqra, mogħoża jew ngħaġa tinżamm
għall-bejgħ ta’ ħalib jew preparati tiegħu għandu jkun mgħammar
bi spazju ta’ tieqa li ma jkunx inqas minn wieħed għal tnax ta’ l-
ispazju superfiċjali u b’mhux anqas minn żewġ fetħiet ta’
ventilaturi, mqiegħdin skond kif ordnat mill-Awtorità  Sanitarja, u
ta’ qies totali ta’ sitta punt ħamsa ċentimetri kwadri għal kull
erbgħa punt ħamsa metri kubi ta’ spazju. L-art ta’ kull spazju bħal
dan għandha tkun ta’ materjal li ma fih ebda mogħdija u tagħqid u
għandu jkollu kanali miftuħa li jagħtu għal sprall regolari.
Spezzjon ta’ 
postijiet.
7. Kull uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa jkollu s-setgħa li
jidħol f’xi postijiet sabiex jitkixxef jekk xi baqra, mogħoża jew
ngħaġa tkun qed tinżamm b’kontravvenzjoni ta’ dawn ir-
Regolamenti.
