PREVENZJONI TAL-MARDA TAL-LSIEN ġ L.S.36.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.05
REGOLAMENTI GĦALL-PREVENZJONI 
TAL-MARDA TAL-LSIEN
1 ta’ April, 1932;
22 ta’ Ottubru, 1937;
24 ta’ Diċembru, 1937
IN-NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN 103 ta’ l-1932, u 457 u 554 ta’
l-1937, konsolidati.
Titolu.
Prevenzjoni tal-Marda tal-Lsien.
Tifsir.
awtorità " jfissru kull post approvat bil-miktub mit-Tabib
Veterenarju Prinċipali tal-Gvern fejn jistgħu jinżammu bhejjem.
Mogħoż li jkunu 
biex jitgħabbew 
għal Għawdex.
3. Dawk il-mogħoż li jkunu ser jitgħabbew għal Għawdex
għandhom jittieħdu il-biċcerija tal-gvern, nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis
wara nofs-in-nhar mis-sagħtejn sat-tlieta, u jinżammu hemmhekk,
spejjeż u ħsarat għal sidhom, sakemm jiġu eżaminati għad-deni
ondulanti.
Eżamijiet.
deni ma jkunux jistgħu jitgħabbew; għandhom jiġu maqtulin u
tagħhom jingħata xi ħlas skond ir-regolamenti. Dawk il-mogħoż li
skond l-eżami ma jinsabux infettati bid-deni, wara li fuq hekk
isirilhom ċertifikat, jitgħabbew għal Għawdex minn Jetties Wharf
fil-Port il-Kbir.
Bhejjem għal 
Għawdex 
għandhom ikunu 
spezzjonati.
5. Bhejjem li jkunu ser jitgħabbew għal Għawdex għandhom
jittieħdu fuq il-mol ta’ Jetties Wharf biex ikunu spezzjonati mit-
Tabib Veterinarju Prinċipali tal-Gvern jew mir-rappreżentant tiegħu
qabel ma jitgħabbew.
Tneħħija ta’ bhima 
li tinsab marida.
6. Jekk xi bhima tinsab marida bil-marda tal-lsien tista’
tittieħed fl-istazzjon tal-kwarantina u tinżamm hemmhekk taħt
osservazzjoni għal dak iż-żmien li s-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika jidhirlu meħtieġ, jew tinżamm taħt dawk il-
prekawzjonijiet sanitarji l-oħra illi dan l-uffiċjal jidhirlu xieraq li
jordna.
Bhejjem li jinġiebu 
minn barra.
7. Il-bhejjem li jinġiebu minn barra għandhom jitwasslu u
jkunu indukrati minn kull post tal-ħatt approvat mill-gvern għal
kull maqjel approvat mill-awtorità  jew għal-Lazzarett.
Maqjel approvat 
mill-awtorità.
8. Kull maqjel approvat mill-awtorità  għandu jinżamm
kwarantina spejjeż tas-sid u fih jistgħu jidħlu biss nies li jkollhom
permess bil-miktub mogħti mit-Tabib Veterinarju Prinċipali tal-
Gvern.
Permess bil-
miktub.
9. Ebda bhima, skart, għalf, mifrex tal-bhejjem jew demel ma
għandu jinġarr minn maqjel approvat mill-awtorità  mingħajr
permess bil-miktub tat-Tabib Veterinarju Prinċipali tal-Gvern li
jista’ jiċħad dan il-permess jew jagħti dan il-permess taħt dawk il-
kundizzjonijiet u restrizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
2 L.S.36.05 ħ PREVENZJONI TAL-MARDA TAL-LSIEN
Disinfezzjoni. 10. Kull persuna, bhima, vettura u affarijiet li jmissu mal-
bhejjem għandhom jiġu ddisinfettati, skond kif jordna t-Tabib
Veterinarju Prinċipali tal-Gvern.
