PROJBIZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI TA’ FIENU, 
TIBEN U ŻERRIEGĦA TAL-QOTON ġ L.S.36.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.06
REGOLAMENTI GĦALL-PROJBIZZJONI TA’ 
L-IMPORTAZZJONI TA’ FIENU, TIBEN U 
ŻERRIEGĦA TAL-QOTON
7 ta’ Diċembru, 1936
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 414 ta’ l-1936.
Titolu.
Projbizzjoni ta’ l-Importazzjoni ta’ Fienu, Tiben, u Żerriegħa tal-
qoton.
Projbizzjoni ta’ l-
importazzjoni ta’ 
fienu, eċċ.
2. (1) L-importazzjoni ta’ fienu, tiben, u żerriegħa tal-qoton
minn postijiet ta’ barra ddikjarati bħala artijiet imniġġsin bil-pesta
hija pprojbita.
(2) L-importazzjoni ta’ fienu, tiben, u żerriegħa tal-qoton minn
postijiet oħra ta’ barra tista’ biss issir kemm-il-darba kull partita
minn din il-merkanzija jkollha magħha ċertifikat maħruġ mill-
awtorità  sanitarja tal-pajjiż li jesporta fejn jingħad illi ma hemm
ebda tniġġis ta’ pesta, jew ma kien hemm ebda tniġġis ta’ pesta fiż-
żmien tax-xahar ta’ qabel, fost in-nies jew fost il-ġrieden jew
annimali oħra gerriema fid-distrett ta’ l-oriġini tal-merkanzija u
fid-distrett minn fejn titgħabba il-merkanzija.
