KURA PREVENTIVA TAT-TIFOJDE ġ L.S.36.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.07
REGOLAMENTI DWAR IL-KURA PREVENTIVA 
TAT-TIFOJDE
19 ta’ Marzu, 1943
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 145 ta’ l-1943.
Titolu.
Kura Preventiva tat-Tifojde.
Kura tat-tilqim.
Gazzetta tal-Gvern u f’żewġ ġurnali, jordna li dawk kollha li
jgħammru f’belt jew raħal jew f’xi biċċa speċifikata ta’ belt jew
raħal jew f’xi biċċa speċifikata ta’ dawn il-Gżejjer għandha
ssirilhom il-kura tat-tilqim biex ikunu skansati mill-mard magħruf
bħala tifojde u deni paratifojde.
Żmien li fih it-
tilqim għandu jsir.
3. Kull min jkollu ’l fuq minn sentejn u jkun joqgħod fil-post
li għalih igħodd avviż ippubblikat kif jingħad fuq għandu, fi żmien
erbatax-il ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, imur f’dak
il-lok u f’dak il-ħin kif jista’ jkun imfisser f’dan l-avviż biex ikun
imlaqqam minn tabib maħtur għal hekk mit-Tabib Prinċipali tal-
Gvern, u huwa għandu minn dak in-nhar ’il quddiem jerġa’ jmur
fil-lok u l-ħin li jkunu mgħarrfin minn dan it-tabib għal xi tilqim
ieħor li jista’ jkun meħtieġ:
Iżda ħadd ma jista’ jkun imġiegħel jagħmel il-kura
preventiva li ssemmiet fuq jekk it-tabib ikun sodisfatt jew -
(i) li dan kien marad bit-tifojde, jew
(ii) li f’xi żmien f’dawn l-aħħar sentejn għamel it-
tilqim kollu kontra din il-marda, jew 
(iii) illi l-età  tiegħu jew il-kundizzjoni ta’ saħħtu hi
hekk li jkun aħjar li ma ssirlux din il-kura.
Dmir tal-missier.
tagħha tifel taħt it-tmintax-il sena, li għalih jgħodd ordni maħruġ
taħt ir-regolament 2 ta’ dawn ir-Regolamenti, huwa obbligat li
jieħu lil dan it-tifel għat-tilqim skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-Regolamenti.
