IKEL TA’ L-ANNIMALI ġ L.S.36.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.09
REGOLAMENTI DWAR L-IKEL 
TA’ L-ANNIMALI
18 ta’ Settembru, 1945
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 448 ta’ l-1945.
Titolu.
Ikel ta’ l-Annimali.
Tifsir.
"bhejjem" tfisser baqar, ngħaġ, mogħoż, bhejjem oħra li jgerrmu
u qżieqes;
"fdal" tfisser kull bċejjeċ jew rimi ta’ ikel, magħdudin il-fdalijiet
tal-mejda jew tal-kċina, qtugħ jew rimi, li jkun fihom xi laħam,
għadam, trufijiet jew biċċiet minnhom jew kull biċċa oħra mill-
karkassa ta’ bhima;
"għadam" tfisser ukoll għadam mitħun, b’nofs imsajjar jew nej;
"jitgħalla" tfisser esposta b’xi proċess għal temperatura ta’ mhux
anqas minn 212º  F.
Fdal ta’ l-ikel 
għandu jitgħalla 
qabel ma jingħata 
lill-annimali.
3. Ebda persuna ma għandha titma’ jew iġġiegħel lil min
jitma’ jew iġġib jew iġġiegħel li jinġieb f’kuntatt ma’ bhejjem,
ebda fdal ta’ l-ikel jekk u sakemm ma jkunx itgħalla għal perijodu
ta’ sagħtejn.
Togħlija u 
sterilizzazzjoni ta’ 
drapp, tqartis, eċċ.
4. Ebda drapp, tqartis, xkejjer, jew materjal ieħor li jkun
jintuża biex jitqartas laħam, prodotti tal-laħam, trufijiet, jew xi
biċċa oħra ta’ karkassa mportata mill-Amerika ta’ Isfel jew minn
kull pajjiż ieħor fejn il-Ministru responsabbli għas-Saħħa jiddikjara
li hemm il-marda tal-lsien u d-dwiefer, ma għandhomx li jkollhom
kuntatt ma’ ebda bhima f’dawn il-Gżejjer jekk u sakemm dak il-
materjal ma jitgħalliex jew ma jiġix sterilizzat sewwa wara li jkun
hekk użat.
Kaxex, eċċ.
jintuża għall-ġarr ta’ laħam, prodotti tal-laħam, trufijiet jew biċċiet
oħra ta’ karkassa (li ma jkunux laħmijiet imsajjrin jew ippreservati
jew essenzi tal-laħam) importati mill-Amerika ta’ Isfel jew minn
kull pajjiż ieħor fejn il-Ministru responsabbli għas-saħħa jiddikara
li hemm il-marda tal-lsien u d-dwiefer, ma għandhom jinġiebu
f’kuntatt ma’ ebda bhima f’dawn il-Gżejjer.
