TRASPORT TA’ FNIEK TA’ L-INDJI 
BEJN MALTA U GĦAWDEX ġ L.S.36.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.10
REGOLAMENTI DWAR IT-TRASPORT TA’ 
FNIEK TA’ L-INDJI BEJN MALTA U 
GĦAWDEX
28 ta’ Settembru, 1945
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 465 ta’ l-1945.
Titolu.
Trasport ta’ Fniek ta’ l-Indji bejn Malta u Għawdex.
Projbizzjoni ta’ 
trasport ta’ fniek 
ta’ l-Indji bejn 
Malta u Għawdex.
2. Ħadd ma jista’ jieħu jew iġorr ebda fniek ta’ l-Indji minn
Għawdex għal Malta jew lura mingħajr liċenza mis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika.
Projbizzjoni ta’ 
żamma jew bejgħ 
ta’ fniek ta’ l-Indji.
3. Ħadd ma jista’ jżomm jew iħalli li jinżammu f’ebda post
jew ibigħ jew xort’oħra jfornixxi fniek ta’ l-Indji bla liċenza mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Setgħat tas-
Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
4. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandu jkollu s-
setgħa li jeqred u, jew, jiddisponi xort’oħra minn fniek ta’ l-Indji,
fniek jew bhejjem oħra li jgerrmu li, fil-fehma tiegħu, jistgħu jkunu
mimsusa minn mard li jittieħed, jew li aktarx jistgħu jkunu l-kawża
ta’ tixrid ta’ mard li jittieħed.
