SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.12
REGOLAMENTI TAS-SAĦĦA GĦALL-
PORTIJIET
18 ta’ Diċembru, 1946
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 622 ta’ l-1946, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 8 ta’ l-1953 u bl-Avviżi Legali 69 ta’ l-1961 u 68
ta’ l-1989.
Titolu.
għall-Portijiet.
Taqsima I
Dħul
Tifsir.
Emendat:
A.L. 69 ta’ l-1961.
Kap. 36.
2. (1) Il-kelmiet f’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba t-
tifsiriet mogħtijin f’dan ir-regolament jew inkella r-rabta tas-sens
ma jitolbux xort’oħra, għandhom ikollhom it-tifsira bħal ma hemm
fl-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard.
(2) L-istazzjon tal-kwarantina msemmija f’dawn ir-
Regolamenti jkun l-Lazzarett fil-Port ta’ Marsamxett, jew kull
imkien ieħor magħżul għal dak l-iskop mit-Tabib Prinċipali tal-
Gvern u Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, u avżat fil-Gazzetta tal-
Gvern.
(3) F’dawn ir-Regolamenti -
"Awtorità  Sanitarja" tfisser it-Tabib Prinċipali tal-Gvern, l-
uffiċjal mediku tas-saħħa, l-uffiċjal mediku tal-port, l-ispetturi
sanitarji tal-port u kull uffiċjal mediku ieħor imqabbad mit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern jew li għandu s-setgħa li jaħdem f’isem l-
Awtorità  Sanitarja, jew li jgħinha;
"bastiment" ifisser vapur tal-baħar, dgħajsa u kull biċċa qoxra
oħra ta’ fuq wiċċ l-ilma;
"deratting certificate" tfisser ċertifikat maħruġ skond l-artikolu
52(4)(a) tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa;
"deratting exemption certificate" tfisser ċertifikat maħruġ skond
l-artikolu 52(4)(b) tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa;
"ekwipaġġ" tfisser in-nies kollha li jkunu abbord u li jkunu b’xi
mod jaħdmu fuq il-bastiment jew man-nies li jkunu abbord jew li
jkollhom x’jaqsmu mat-tagħbija;
"far" tfisser kull gerriem u bhima oħra magħrufin li jxerrdu l-
pesta;
"sorveljanza" ifisser illi nies ma jkunux iżolati u li jmorru fejn
iridu, imma li dwarhom l-Awtorità  Sanitarja għandha tkun
imgħarrfa fejn ikunu sejrin u fejn sejrin jaslu. Fl-imkien fejn jaslu
huma jistgħu jkollhom joqogħdu għall-vista tat-tabib u jwieġbu l-
mistoqsijiet sabiex ikun magħruf fiex jinsabu fl-indafa. Huma
jistgħu wkoll ikunu mġiegħla jirrapportaw lill-uffiċjal tas-saħħa
fejn ser imorru malli jaslu, u, mbagħad, sakemm idumu sorveljati,
2 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
għal dak iż-żmien li jiġi indikat;
"area" tfisser kull qasam art, bħal ma hija provinċja, distrett,
dipartiment, commune, gżira, belt, raħal, port;
"area infettata" (minbarra bastiment) ifisser kull imkien fejn ikun
hemm jew jaħsbu li jkun hemm pesta (tal-bnedmin jew tal-firien),
kolera, deni isfar, tifu, ġidri jew kull marda oħra perikoluża li
tittieħed: iżda ebda lok ma jitqies infettat billi fih ikun hemm
każijiet ta’ mard li jkunu ġew minn barra;
"kaptan" tfisser kull uffiċjal jew bniedem ieħor li jieħu ħsieb, jew
jikkmanda l-bastiment;
"kuntatt dirett" tfisser meta bniedem jew ittra jew ħwejjeġ ta’
kull xorta jkunu abbord, ikun kemm ikun qasir iż-żmien;
"mard li jniġġeż" ifisser marda li tittieħed u li hemm imxija
tagħha, li tkun qawwija, imma ma jinkludix mard venerju;
"ordnijiet meħtieġa", għal dak li hu bastiment, ifissru dawk fost
l-ordnijiet msemmijin fit-Taqsima II ta’ dawn ir-Regolamenti li
jkunu jgħoddu għall-każ;
"osservazzjon" tfisser l-iżolament ta’ nies, sew jekk abbord ta’
bastiment jew f’xi stazzjon tas-saħħa, qabel ma tingħatalhom il-
pratka;
"Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa" tfisser ir-Regola-
menti Internazzjonali dwar is-Saħħa adottati mir-Raba’ Assemblea
dwar is-Saħħa tad-Dinja fil-25 ta’ Mejju, 1951, kif emendati
b’regolamenti adottati b’xi Assemblea ta’ wara dwar is-Saħħa tad-
Dinja;
fil-kelma "stegomyia" jitqies li jidħlu stegomyia calopus, aedes
aegypti u kull nemusa li tista’ iġġorr id-deni isfar;
"uffiċjal spettur" jfisssru l-uffiċjal tad-dwana li jmur abbord, l-
ispetturi sanitarji tal-port u kull bniedem ieħor maħtur mill-
Ministru responsabbli għas-Saħħa b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-
Gvern;
"validu" dwar deratting certificate jew deratting exemption
certificate maħruġ għal bastiment, tfisser dak id-dokument li jkun
ħareġ mhux iżjed minn sitt xhur qabel il-produzzjoni taċ-ċertifikat
lill-uffiċjal mediku tal-port, jew jekk, fil-fehma ta’ l-uffiċjal
mediku tal-port, il-bastiment ikun sejjer għal port fejn id-deratting
jew l-ispezzjon, skond il-każ, ikun ser jiġi faċilitat, mhux iżjed
minn seba’ xhur qabel din l-produzzjoni.
Area mhux 
meqjusa iżjed 
bħala infettata.
3. Area ma tibqax titqies li hija infettata meta t-Tabib
Prinċipali tal-Gvern jidhirlu li jkun sar kull ma kien meħtieġ biex
ma jixteredx it-tniġġiż u li l-periklu ta’ tniġġiż minn dik l-area
waqaf.
Tagħrifa lill-
pubbliku.
4. Għandu jingħata avviż lin-nies meta area titqies li hija
infettata jew li m’għadiex infettata.
Tifsir ta’ "infettat". 5. "Infettat", dwar bastiment li jasal f’dawn il-Gżejjer, tfisser
bastiment -
(a) li fuqu jkollu xi ħadd marid bil-pesta, kolera, jew deni
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 3
isfar; jew
(b) li fuqu l-pesta dehret fuq bniedem iżjed minn sitt ijiem
wara li tela’ abbord, u li minn dak iż-żmien ma
ttieħdux il-miżuri preskritti; jew
(ċ) li fuqu jinsabu firien infettati bil-pesta; jew
(d) li fuqu kellu xi ħadd marid bil-kolera matul l-ħamest
ijiem ta’ qabel ma wasal, u li minn dak iż-żmien ma
ttieħdux il-miżuri preskritti; jew
(e) li fuqu kellu xi ħadd marid bid-deni isfar waqt it-tluq
mill-port, jew illi kellu fuqu xi ħadd hekk marid matul
is-safra, u illi minn mindu kien hemm l-aħħar każ ma
ttieħdux għal dak il-bastiment il-miżuri preskritti.
Tifsir ta’ 
"suspettat".
6. "Suspettat", dwar bastiment li jasal f’dawn il-Gżejjer,
iffiser bastiment -
(a) li fuqu l-pesta dehret fuq bniedem f’xi żmien tul is-sitt
ijiem wara li jkun tela’ abbord u li minn dak iż-żmien
ma ttieħdux il-miżuri preskritti; jew
(b) li fuqu kien hemm inkwiet aktar mis-soltu fost il-
firien, u ma jkunx magħruf għala ġara dan; jew
(ċ) li fuqu kellu xi ħadd marid bil-kolera waqt it-tluq minn
port jew matul is-safra, imma li fuqu ħadd iżjed ma
kellu l-kolera, matul il-ħamest ijiem ta’ qabel ma
wasal, u li minn mindu kien hemm l-aħħar każ ma
ttieħdux il-miżuri preskritti; jew
(d) li, minn xi area infettata bid-deni isfar jew minn xi
mkien li għandu x’jaqsam sew ma’ fejn id-deni isfar
jinsab dejjem u minn fejn jixtered, jasal wara safra ta’
inqas minn sitt ijiem jew wara safra itwal jekk hemm
għaliex wieħed jaħseb illi l-bastiment jista’ jkollu fuqu
xi nemus li jista’ iġorr id-deni isfar, ġej minn dak l-
imkien.
Kolera.
daqqa t’għajn jidher li huwa kolera għandu jitqies li huwa tabilħaqq
kolera sakemm żewġ eżamijiet batterjoloġiċi, li bejniethom ikunu
għaddew mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa, ikunu t-tnejn
urew li m’hemmx kolera jew vibrios oħrajn suspetti.
Bastiment "nadif".
minn xi area infettata, jekk abbord ma kien hemm ħadd b’mard li
jittieħed, sew waqt it-tluq jew matul is-safra jew meta jasal, u jekk
ispezzjoni għall-firien ma tkunx uriet li abbord kien hemm imwiet
aktar mis-soltu; u, fil-każ ta’ bastiment li jasal minn xi area
infettata bid-deni isfar, jekk wara safra ta’ iżjed minn sitt ijiem ma
kellu lil ħadd abbord marid bid-deni isfar, u sew jekk m’hemmx
għalfejn wieħed jaħseb illi fuqu hemm stegomyia nemus adult jew
jekk ikun ippruvat għas-sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal mediku tal-port -
(a) illi l-bastiment, kemm dam fil-port tat-tluq, kien
irmiġġat mill-inqas erba’ mitt metru ’l bogħod mix-
xtajta abitata u daqshekk ’il bogħod mill-biċċiet tal-
baħar li jaħdmu fil-port illi x’aktarx ma kienx
4 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
daqshekk viċin li jistgħu jaslu fuqu n-nemus
(stegomyia); jew
(b) illi l-bastiment, f’ħin it-tluq, kien ġie mbaħħar kif
jeħtieġ għall-qirda tan-nemus.
Taqsima II
Bastimenti li jaslu
Stat tas-saħħa ta’ 
persuni abbord.
9. Il-kaptan ta’ bastiment li joqrob lejn dawn il-Gżejjer minn
barra għandu jiżgura ruħu mill-istat tas-saħħa ta’ kull min ikollu
abbord.
Avviż li għandu 
jintbagħat lill-
uffiċjal mediku tal-
port b’wireless.
10. Il-kaptan ta’ kull bastiment li jkun imgħammar b’wireless
li jxandar, jekk waqt li huwa u riesaq lejn Malta minn barra għandu
xi ħadd abbord li jidher li x’aktarx għandu xi marda li tittieħed u li
mhiex marda tas-sider, jew li jkun hemm xi ċirkostanzi li dwarhom
jixraq li tindaħal l-Awtorità  Sanitarja, għandu bil-wireless javża
b’dak kollu li hemm bżonn lill-uffiċjal mediku tal-port, jew lil
ħaddieħor għalih.
L-avviż tal-wireless għandu jasal għand l-uffiċjal mediku
tal-port mhux iżjed minn tnax u mhux inqas minn erbgħa siegħat
qabel il-ħin li fih il-bastiment hu mistenni li għandu jasal Malta.
Kull avviż mibgħut b’wireless code lill-uffiċjal mediku tal-
port għandu jkun imfassal fuq dak li jingħad fit-taqsima dwar l-
avviżi tal-kwarantina tas-soltu, li tinsab fl-International Code of
Signals tas-sena 1931.
Tagħrifa li 
tintbagħat lill-
uffiċjal mediku tal-
port.
11. Jekk, meta bastiment ma jkollux wireless ikun joqrob lejn
Malta minn barra, u xi ħadd abbord jidher li x’aktarx għandu xi
marda li tittieħed u li mhiex marda tas-sider, jew li jkun hemm xi
ċirkostanzi li dwarhom jixraq li tindaħal l-Awtorità  Sanitarja, il-
kaptan għandu, jekk ikun jista’, qabel ma jasal il-bastiment jew
inkella minnufih malli jasal, igħarraf lill-uffiċjal mediku tal-port
dwar l-istat tas-saħħa abbord.
Konformità  mas-
sinjali.
12. Il-kaptan ta’ bastiment li jiġi minn barra għandu joqgħod
għal dan li ġej dwar is-sinjali:
Sa ma tingħata l-pratka lill-bastiment, għandu jittella’ dak
is-sinjal li jkun igħodd fost dawn li ġejjin:
(a) bi nhar, matul il-ħin kollu bejn tlugħ u nżul ix-xemx,
fil-limiti tal-port -
(i) il-bandiera Q li tfisser "il-bastiment tiegħi hu
nadif u nitlob il-pratka";
(ii) iż-żewġ bnadar QQ li jfissru "il-bastiment tiegħi
huwa suspettat, jiġifieri, qabel l-aħħar ħamest
ijiem li għaddew kelli xi ħadd jew xi wħud
b’mard li jittieħed, jew li abbord hemm firien
mejta aktar mis-soltu"; jew
(iii) iż-żewġ bnadar QL li jfissru "il-bastiment tiegħi
huwa infettat, jiġifieri, matul l-aħħar ħamest
ijiem li għaddew kelli xi ħadd jew xi wħud
b’mard li jittieħed".
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 5
Is-sinjal ta’ bi nhar għandu jitqiegħed f’ras l-arblu jew
fejn l-aktar jista’ jidher.
(b) bil-lejl, matul il-ħin kollu bejn inżul u tlugħ ix-xemx,
imma biss meta l-bastiment ikun fil-limiti tal-port,
sinjal magħmul minn dawl aħmar ’il fuq u dawl abjad
taħtu, imbegħdin mhux iktar minn metru punt tmienja
minn xulxin, li jfisser "ma għandix pratka".
Is-sinjal ta’ bil-lejl għandu jintwera mit-tarf tal-pinnur
jew xi mkien ieħor li jagħti fil-għajn u fejn ikun jista’
l-aktar jidher.
Bastiment infettat 
għandu jibqa’ barra 
l-port.
13. Il-kaptan ta’ kull bastiment li jkun infettat jew suspettat,
meta jasal fuq Malta, għandu jibqa’ barra l-limiti tal-port, u, jekk
ikun laħaq daħal fil-port, għandu jtella’ is-sinjal imsemmi fir-
regolament ta’ qabel dan, u jgħarraf minnufih lill-uffiċjal mediku
tal-port.
L-uffiċjal mediku tal-port għandu fuq hekk jitla’ abbord
dak il-bastiment u jagħti dawk l-ordnijiet illi l-każ jitlob skond
dawn ir-Regolamenti.
Produzzjoni ta’ 
deratting 
exemption 
certificate.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
14. (1) Jekk il-kaptan ta’ bastiment li jasal Malta minn barra
ma jkunx jista’ jipproduċi lill-uffiċjal mediku tal-port deratting
certificate validu jew deratting exemption certificate validu dwar
il-bastiment, l-uffiċjal mediku tal-port għandu jordna li l-bastiment
jiġi spezzjonat biex jiżgura jekk ikunx miżmum f’dik il-
kundizzjoni illi n-numru ta’ gerriema abbord ikun negliġibbli.
(2) Jekk, wara li l-bastiment ikun ġie spezzjonat, l-uffiċjal
mediku tal-port ikun sodisfatt illi l-bastiment ikun ħieles minn
gerriema jew ikun miżmum f’dik il-kundizzjoni iilli n-numru ta’
gerriema abbord ikun negliġibbli, huwa għandu joħroġ deratting
exemption certificate.
(3) Jekk, wara li l-bastiment ikun ġie spezzjonat, l-uffiċjal
mediku tal-port ma jkunx hekk soddisfatt, huwa għandu jeħtieġ li l-
bastiment jiġi deratted b’dak il-mod li jiġi stabbilit minnu.
(4) ll-kaptan għandu minnufih jagħmel arranġamenti għal kull
deratting meħtieġ mill-uffiċjal mediku tal-port.
(5) Meta jkun tlesta d-deratting ghas-sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal
mediku tal-port, huwa għandu joħroġ deratting certificate.
Applikazzjoni għal 
deratting 
exemption 
certificate.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
15. Meta jirċievi applikazzjoni bil-miktub mis-sid ta’
bastiment f’Malta, jew mill-kaptan li jaġixxi għal u f’isem is-sid,
għal deratting exemption certificate jew għal deratting certificate
dwar il-bastiment, l-uffiċjal mediku tal-port għandu jieħu kull passi
li jidhrulu meħtieġa biex jissodisfa lilu nnifsu illi l-bastiment ikun
miżmum f’dik il-kundizzjoni illi n-numru ta’ gerriema abbord ikun
negliġibbli, jew jaġħti direttivi għad-deratting tal-bastiment, kif il-
każ jeħtieġ, u, wara li jkun sodisfatt dwar il-kundizzjoni tal-
bastiment jew li d-deratting ikun ġie magħmul kif imiss, huwa
għandu joħroġ iċ-ċertifikat xieraq.
6 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
Forma ta’ deratting 
exemption 
certificate.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
16. (1) Kull deratting certificate u deratting exemption
certificate għandu jkun fil-formula speċifikata fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Kopja ta’ kull ċertifikat li jkun inħareġ għandha tinżamm
fl-Uffiċċju tas-Saħħa tal-Portijiet.
Dritt għal 
spezzjon.
Miżjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
17. It-Tabib Prinċipali tal-Gvern għandu jiġbor id-dritt
speċifikat fit-Tieni Kolonna tat-Tieni Skeda ta’ dawn ir-
Regolamenti għal kull ispezzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikati
imsemmija, skond it-tunnellaġġ tal-bastiment li għalih joħorġu ċ-
ċertifikati.
PESTA
Pesta. 18. Fil-każ ta’ pesta, għandhom joħorġu dawn l-ordnijiet:
A. Bastimenti infettati:
(i) Il-bastiment għandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord għandu jiġi nvistat mit-tabib.
(ii) Il-morda għandhom minnufih jiġu mniżżlin
minn abbord u iżolati fl-istazzjon tal-
kwarantina.
(iii) In-nies kollha li kienu ħdejn il-morda u dawk illi
l-uffiċjal mediku tal-port għandu għalfejn jaħseb
li huma suspetti għandhom jitniżżlu minn
abbord, jekk dan jista’ jkun. Huma għandhom
jitqiegħdu taħt osservazzjoni jew taħt
sorveljanza jew taħt osservazzjoni u mbagħad
taħt sorveljanza, kemm-il darba ż-żmien kollu
hekk meħtieġ ma jkunx aktar minn sitt ijiem
minn meta ikun wasal il-bastiment.
(iv) Matul iż-żmien kollu ta’ iżolament jew
sorveljanza, in-nies ta’ l-ekwipaġġ jistgħu ma
jitħallewx jinżlu minn abbord.
(v) Il-friex li jkun ġie wżat, il-ħwejjeġ ta’ taħt
maħmuġa, l-ilbies ta’ fuq u kull haġ’oħra li, fil-
fehma ta’ l-uffiċjal mediku tal-port, huma
infettati, għandhom jiġu diżinfettati.
(vi) In-naħiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
morda bil-pesta jew illi, fil-fehma ta’ l-uffiċjal
mediku tal-port, ikunu infettati, għandhom ikunu
diżinfettati.
(vii) L-uffiċjal mediku tal-port jista’ jordna li l-
bastiment jiġi mnaddaf mill-firien qabel ma
tinħatt it-tagħbija jekk, wara li jkun qies ix-xorta
tat-tagħbija u kif kienet maħżuna, jidhirlu li t-
tindif mill-firien jista’ jsir qabel ma jsir il-ħatt
tat-tagħbija. Jekk il-bastiment ma jkunx tnaddaf
mill-firien qabel ma nħattet it-tagħbija, jista’
jkun ordnat li l-bastiment ikun mnaddaf mill-
firien minnufih malli l-istivi jkunu mbattla. Jekk
ikun bis-saborra, il-bastiment jista’ jitnaddaf
mill-firien qabel ma tittieħed merkanzija abbord.
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 7
Jekk jitqies li ma jistax isir tindif għal kollox
mill-firien, għandhom jittieħdu, għas-
sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal mediku tal-port, il-
prekawzjonijiet kollha, anki bl-iżolament, sabiex
il-firien ma jkunux jistgħu jgħaddu mill-
bastiment għall art, sew matul il-ħatt jew f’xi
żmien ieħor.
Il-ħatt tat-tagħbija għandu jsir taħt is-
sorveljanza ta’ l-uffiċjal mediku tal-port, li
għandu jaħseb għal kull ma jkun meħtieġ sabiex
it-tniġġiż ma jinxteredx.
B. Bastimenti suspettati:
(i) Kull ma jinsab fil-paragrafi (i), (v), (vi) u (vii)
tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament, dwar
bastimenti infettati, ikun igħodd ukoll għal
bastimenti suspettati li għandhom fuqhom il-
pesta;
(ii) In-nies ta’ l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jistgħu
jinżammu taħt sorveljanza għal żmien mhux
itwal minn sitt ijiem mill-jum li fih il-bastiment
wasal;
(iii) In-nies ta’ l-ekwipaġġ jistgħu, matul l-istess
żmien, ma jitħallewx jinżlu mill-bastiment.
Ċ. Bastimenti ndaf:
Bla ħsara għal dak li jingħad fir-regolament 29, il-
bastimenti ndaf għandha tingħatalhom il-pratka, imma dawn l-
ordnijiet li ġejjin jistgħu jingħataw xorta waħda:
(i) ispezzjon minn tabib sabiex jara jekk il-
bastiment għandux jingħadd bħala bastiment
nadif.
(ii) biex jinqerdu l-firien abbord.
(iii) l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jistgħu jitqiegħdu taħt
sorveljanza għal żmien mhux itwal minn sitt
ijiem mill-jum li fih il-basstiment ikun telaq
mill-port infettat. Matul l-istess żmien l-
ekwipaġġ jista’ ma jitħalliex jinżel mill-
bastiment.
KOLERA
Kolera.
A. Bastimenti infettati:
(i) Il-bastiment għandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord għandu jkun nvistat mit-tabib.
(ii) Il-morda għandhom minnufih jitniżżlu minn
abbord u jkunu iżolati fl-istazzjon tal-
kwarantina.
(iii) In-nies ta’ l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jistgħu
jitniżżlu minn abbord u jew jitħallew taħt
osservazzjoni jew inkella jitqiegħdu taħt
8 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
sorveljanza għal żmien mhux itwal minn ħamest
ijiem sħaħ mill-jum li fih il-bastiment jasal.
Dawk in-nies li juru, għas-sodisfazzjon ta’ l-
uffiċjal mediku tal-port, illi huma kienu
mlaqqmin kontra l-kolera fi żmien is-sitt xhur
ta’ qabel, barra l-aħħar sitt ijiem, jistgħu jkunu
mqiegħdin taħt sorveljanza, iżda mhux taħt
osservazzjoni.
(iv) Il-friex li jkun ġie wżat, il-ħwejjeġ ta’ taħt
maħmuġa, l-ilbies ta’ fuq u kull haġ’oħra li, fil-
fehma ta’ l-uffiċjal mediku tal-port, kienu ftit
żmien qabel infettati, għandhom ikunu
diżinfettati.
(v) In-naħiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
infettati bil-kolera jew illi l-uffiċjal mediku tal-
port jidhirlu li huma infettati, għandhom ikunu
diżinfettati.
(vi) Il-ħatt għandu jsir taħt it-tmexxija ta’ l-uffiċjal
mediku tal-port, li għandu jaħseb għal kull ma
jkun meħtieġ sabiex l-infezzjoni ma tinxteredx.
(vii) Meta jkun hemm suspett fuq l-ilma tax-xorb
maħżun abbord, dak l-ilma għandu jitbattal wara
li jkun diżinfettat u, wara li t-tankijiet ikunu ġew
diżinfettati, jinbidel b’ilma ieħor għax-xorb li
ma jkunx infettat.
(viii) L-uffiċjal mediku tal-port jista’ ma jħallix illi l-
ilma tas-saborra jitbattal fil-port qabel ma jkun
diżinfettat, jekk dak l-ilma kien tqiegħed abbord
f’port infettat.
(ix) It-tbattil jew rimi fl-ibħra tal-port ta’ ħmieġ tal-
bnedmin, kif ukoll ta’ l-ilma tar-rimi tal-
bastiment, jista’ jkun projbit, kemm-il darba
dawk ma jkunux ġew diżinfettati għas-
sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal mediku tal-port.
B. Bastimenti suspettati:
(i) Kull ma jinsab fil-paragrafi (i), (iv), (v), (vii),
(viii) u (ix) tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament,
dwar bastimenti infettati, igħodd ukoll għal
bastimenti suspettati li għandhom fuqhom il-
kolera.
(ii) In-nies ta’ l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jistgħu
jinżammu taħt sorveljanza għal żmien mhux
itwal minn sitt ijiem sħaħ mill-jum li fih il-
bastiment ikun wasal.
(iii) In-nies ta’ l-ekwipaġġ jistgħu, għall-istess tul ta’
żmien, ma jitħallewx jinżlu minn abbord.
Ċ. Bastimenti ndaf:
Bla ħsara għal dak li jingħad fir-regolament 29, il-
bastimenti ndaf għandha tingħatalhom il-pratka, iżda jistgħu
jingħatawlhom l-ordnijiet imsemmijin fil-paragrafi (i), (vii), (viii)
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 9
u (ix) tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament.
L-ekwipaġġ u l-passiġġieri jistgħu jitqiegħdu taħt
sorveljanza għal żmien mhux itwal minn ħamest ijiem mill-jum li
fih il-basstiment ikun wasal. L-ekwipaġġ jista’, matul l-istess
żmien, ma jitħalliex jinżel minn abbord.
DENI ISFAR
Deni isfar.
A. Bastimenti infettati:
(i) Il-bastiment għandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord għandu jkun nvistat mit-tabib.
(ii) Il-morda għandhom minnufih jitniżżlu minn
abbord, u dawk fosthom li jkunu jinsabu fl-
ewwel ħamest ijiem tal-marda għandhom jiġu
iżolati b’mod illi ma jistax ikun hemm tniġġiż
ta’ nemus.
(iii) In-nies l-oħra li jinżlu minn abbord għandhom
jitqiegħdu taħt osservazzjoni fejn m’hemmx
nemus kif japprova t-Tabib Prinċipali tal-Gvern
u/jew taħt dawk il-kondizzjonijiet li jkunu
speċifikati minn dak it-tabib, għal żmien sitt
ijiem mill-ħin li fih ikunu niżlu l-art:
Iżda bniedem nadif li jkollu ċertifikat siewi
ta’ tilqim kontra d-deni isfar ma jiġix imqiegħed
kwarantina għall-kontroll tad-deni isfar:
Iżda ukoll bniedem li jkollu ċertifikat ta’
urġenza jista’ jitħalla li jmur fejn irid u jitlaq
mingħajr xkiel, matul l-imsemmijin sitt ijiem
imma jista’ ikun imġiegħel li jgħaddi l-lejl f’xi
mkien fejn m’hemmx nemus, approvat mit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern.
(iv) Il-bastiment għandu jkun irmiġġat mill-inqas
erba’ mitt metru mix-xtajta u daqshekk il-
bogħod mill-biċċiet tal-baħar li jaħdmu fil-port
illi stegomyia x’aktarx ma jaslux fuqhom.
(v) Kull xorta ta’ nemus għandha tinqered abbord,
kemm jista’ jkun qabel il-ħatt tat-tagħbija. Jekk
il-ħatt isir qabel ma jinqered in-nemus, in-nies li
jkunu ħadmu fil-ħatt għandhom jitqiegħdu taħt
osservazzjoni jew sorveljanza għal żmien mhux
itwal minn sitt ijiem minn meta jkunu waqfu
mill-ħatt.
B. Bastimenti suspettati:
Kull ma jinsab fil-paragrafi (i), (iii), (iv), u (v) tat-taqsima
A ta’ dan ir-regolament, dwar bastimenti infettati, igħodd ukoll
għal bastimenti suspettati li għandhom fuqhom id-deni isfar.
Madankollu, jekk is-safra tkun damet inqas minn sitt ijiem
u jkun ippruvat għas-sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal mediku tal-port-
(a) illi l-bastiment, kemm dam fil-port tat-tluq, kien
10 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
irmiġġat f’bogħod ta’ mill-anqas erba’ mitt metru
minn xatt abitat u daqshekk ’il bogħod mill-biċċiet tal-
baħar li jaħdmu fil-port illi x’aktarx stegomyia ma
jaslux fuqhom;
(b) jew illi l-bastiment, fil-ħin tat-tluq, kien ġie mbaħħar
kif jinħtieġ għall qirda tan-nemus,
il-bastiment għandu biss jitqiegħed għall-ordnijiet imsemmijin fil-
paragrafi (i) u (iii) tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament.
Ċ. Bastimenti ndaf:
Bla ħsara għal dak li jingħad fir-regolament 29, il-
bastimenti ndaf għandha tingħatalhom il-pratka wara l-ispezzjon
tat-tabib.
Ċertifikat ta’ tilqim 
kontra d-deni isfar.
Emendat:
N.G. 8 ta’ l-1953.
21. Ċertifikat validu ta’ tilqim kontra d-deni isfar ifisser
ċertifikat li jgħid li min jurih ġie mlaqqam kontra d-deni isfar,
kemm-il darba jkunu għaddew -
(i) iżjed minn għaxart ijiem u inqas minn sitt snin
mill-jum tat-tilqim;
(ii) inqas minn sitt snin mill-jum ta’ tilqim mill-ġdid
li sar fi żmien sitt snin wara t-tilqim ta’ qablu;
(iii) iżjed minn għaxart ijiem u inqas minn sitt snin
mill-jum tat-tilqim mill-ġdid li sar wara li jkunu
għaddew iżjed minn sitt snin wara t-tilqim ta’
qablu:
Iżda ċertifikat li jgħid illi min jurih fieq
minn attakk ta’ deni isfar u illi huwa imsemmi
għad-deni isfar, kif ikun deher minn eżami li
jkun sar minn istitut li soltu jagħmel eżamijiet
bijoloġiċi għad-deni isfar, jiġi aċċettat minflok
ċertifikat validu ta’ tilqim kontra d-deni isfar.
Ċertifikat ta’ 
għaġla.
22. Ċertifikat ta’ urġenza jfisser ċertifikat iffirmat jew
kontroffirmat mill-Prim Ministru li jgħid illi huwa meħtieġ li min
ikun jitħalla jgħaddi mingħajr xkiel.
TIFU EXANTHEMATOUS
Tifu. 23. Fil-każ ta’ tifu, dwar bastimenti li matul is-safra jew, jekk
is-safra tkun damet iżjed minn sitt ġimgħat, fi żmien l-aħħar sitt
ġimgħat, kellhom, jew meta jaslu, ikollhom, każ ta’ tifu abbord,
jistgħu joħorġu dawn l-ordnijiet:
(i) Il-bastiment għandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord għandu jkun invistat mit-tabib.
(ii) Il-morda għandhom minnufih jitniżżlu minn
abbord, jitwarrbu u jitnaddfu mid-dud.
(iii) Kull bniedem ieħor li jkun hemm għalfejn
wieħed jaħseb li għandu fuqu d-dud, jew li kien
espost għat-tniġġiż, għandu wkoll ikun imnaddaf
mid-dud u jista’ jkun imqiegħed taħt sorveljanza
għal żmien mhux itwal minn tnax-il jum mill-
jum li fih huwa jkun ġie mnaddaf mid-dud.
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 11
(iv) Il-friex li jkun ġie wżat, il-ħwejjeġ ta’ taħt
maħmuġa, l-ilbies ta’ fuq u kull haġ’oħra li, fil-
fehma ta’ l-uffiċjal mediku tal-port, huma
infettati, għandhom ikunu diżinfettati u/jew
imnaddfin mid-dud.
(v) In-naħiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
morda bit-tifu jew illi l-uffiċjal mediku tal-port
jidhirlu li huma infettati, għandhom ikunu
diżinfettati u mnaddfin mid-dud.
Bla ħsara għal dak li jingħad fir-regolament 29, il-
bastiment għandu mbagħad tingħatalu l-pratka.
In-nies li jinżlu minn abbord bastiment li ma kellu ħadd
marid bit-tifu abbord, imma li, fit-tnax-il jum ta’ qabel, ikunu telqu
minn xi area fejn kien hemm epidemija tat-tifu, jistgħu jkunu
imqiegħdin taħt sorveljanza għal żmien mhux itwal minn tnax-il
jum mill-jum li fih il-bastiment telaq mill-area infettata.
ĠIDRI
Ġidri.
is-safra tkun damet iżjed minn sitt ġimgħat, fl-aħħar sitt ġimgħat,
kellhom, jew meta jaslu, ikollhom, każ ta’ ġidri abbord, jistgħu
joħorġu dawn l-ordnijiet:
(i) Il-bastiment għandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord għandu jkun invistat mit-tabib.
(ii) Il-morda għandhom minnufih jitniżżlu minn
abbord u jiġu iżolati.
(iii) Kull bniedem ieħor li l-uffiċjal mediku tal-port
ikollu raġjonevolment jaħseb li kien espost għat-
tniġġiż waqt li kien abbord, u li, fil-fehma ta’ l-
uffiċjal mediku tal-port, ma jkunx imħares
biżżejjed b’tilqim li jkun sar riċentement, jew
billi kellu l-ġidri, qabel, jista’ jiġi mġiegħel li
jitlaqqam jew li jitqiegħed taħt osservazzjoni
jew sorveljanza jew jista’ jiġi mġiegħel li
jitlaqqam u mbagħad jitqiegħed taħt
osservazzjoni jew sorveljanza għal żmien ta’
mhux aktar minn erbatax-il jum mill-jum li fih
il-bastiment ikun wasal.
(iv) Il-friex li jkun ġie wżat, il-ħwejjeġ ta’ taħt
maħmuġa, l-ilbies ta’ fuq u kull haġ’oħra li l-
uffiċjal mediku tal-port jidhirlu li ġew infettati
ftit żmien qabel, għandhom ikunu diżinfettati.
(v) In-naħiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
morda bil-ġidri jew illi l-uffiċjal mediku tal-port
jidhirlu li huma infettati, għandhom ikunu
diżinfettati.
Bla ħsara għal dak li jingħad fir-regolament 29, wara li jsir
dan kollu, għandha tingħata l-pratka lill-bastiment.
In-nies li jinżlu minn abbord bastiment li ma kellu ħadd
marid bil-ġidri abbord, imma li, fl-erbatax-il jum ta’ qabel, ikunu
12 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
telqu minn xi area fejn kien hemm epidemija tal-ġidri, jistgħu jiġu
mġiegħla li jitlaqqmu u jitqiegħdu taħt sorveljanza għal żmien
mhux itwal minn erbatax-il jum mill-jum li fih il-bastiment telaq
mill-imkien infettati.
Għal dan ir-regolament "tilqim li sar riċentement" għandu
jiftiehem li jfisser prova ta’ tilqim li rnexxa u li sar mhux iżjed
minn tliet snin u mhux inqas minn erbatax-il jum qabel, jew prova
li l-imlaqqam ma jieħux il-ġidri li deher fi żmien tnejn u sebgħin
siegħa mill-ħin tat-tilqim.
MARD IEĦOR LI JNIĠĠEŻ
Mard ieħor li 
jittieħed.
25. Jekk abbord ta’ bastiment li jidħol jew jasal fil-port ikun
hemm xi ħadd b’mard li jittieħed li ma jkunx pesta, kolera, deni
isfar, tifu jew ġidri, jistgħu joħorġu dawn l-ordnijiet:
(i) żbark u iżolament tal-morda;
(ii) diżinfettar ta’ dawk in-naħiet tal-bastiment fejn
kien hemm il-morda;
(iii) diżinfettar tal-ħwejjeġ ta’ taħt maħmuġa, ta’ l-
ilbies ta’ fuq u ta’ kull ħaġa oħra illi l-uffiċjal
mediku tal-port jqis li huma infettati;
(iv) xi ordnijiet imsemmija fir-regolament 29.
Taqsima III
Bastimenti fil-port
Bastimenti fil-port. 26. Biex ma jiġarrx mard għal barra minn Malta, l-uffiċjal
mediku tal-port jista’ -
(a) jinvista kull persuna li tkun bi ħsieba li titlaq ma’
bastiment, li huwa jaħseb li hi marida bil-pesta, kolera,
deni isfar, tifu, ġidri jew xi marda oħra perikoluża u li
tittieħed, u jekk, wara l-vista, huwa jkun tal-fehma li l-
persuna turi li għandha fuqha xi marda minn dawn,
huwa jista’ ma jħallihiex titla’ abbord. Huwa jista’
ukoll ma jħallix titla’ abbord kull persuna illi kienet
tagħmilha ma’ xi ħadd li juri li għandu fuqu xi marda
minn dawn, illi jista’ jkun li dan iġorr fuqu l-
infezzjoni;
(b) jifli l-ilbies, friex u ħwejjeġ oħra li jintużaw mill-
kaptan jew xi wieħed minn ta’ l-ekwipaġġ jew xi
persuna li tkun bi ħsieba titla’ abbord jew li tkun
abbord ta’ xi bastiment u li, fil-fehma ta’ l-uffiċjal
mediku tal-port, setgħet kienet esposta għall-
infezzjoni, u jista’ jordna d-diżinfettar ta’ dawk l-
ilbies, friex, jew ħwejjeġ;
(ċ) jordna li xi naħiet ta’ bastiment illi, fil-fehma tiegħu,
jistgħu jkunu infettati, jiġu diżinfettatti għas-
sodisfazzjon tiegħu;
(d) ma jħallix li jittieħdu abbord xi ħwejjeġ ta’ taħt jew ta’
fuq jew friex jew kull ħaġ’oħra li, fil-fehma ta’ l-
uffiċjal mediku tal-port, jistgħu jġorru magħhom l-
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 13
infezzjoni, kemm-il darba dak l-uffiċjal ma jkunx
sodisfatt illi kienu ġew diżinfettati kif jixraq;
(e) fil-każ ta’ pesta -
(i) jieħu ħsieb sabiex jinqerdu l-firien f’kull
bastiment li huwa għandu għalfejn jaħseb illi
fuqu hemm il-firien;
(ii) jordna lill-kaptan tal-bastiment li jagħmel kull
ma jinħtieġ sabiex ma jħallix li l-firien jgħaddu
mill-art għal abbord;
(f) fil-każ ta’ kolera, jieħu ħsieb sabiex l-ilma għax-xorb
u l-ikel meħudin abbord ikunu tajbin għas-saħħa, u l-
ilma meħud bħala saborra jkun diżinfettat, jekk
jinħtieġ;
(g) fil-każ ta’ tifu, jordna li kull min ikollu l-ħsieb jitla’
abbord, jew ikun abbord, ta’ xi bastiment jiġi mnaddaf
mid-dud.
Ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha teffettwa jew
tnaqqas is-setgħa tal-kaptan tal-bastiment li jirrofta li jilqa’ nies
morda abbord.
Taqsima IV
Merkanzija u Bagalji
Merkanzija u 
bagalji.
27. Jistgħu joħorġu dawn l-ordnijiet li ġejjin dwar merkanzija
u l-bagalji:
(a) Fil-każ ta’ pesta, jista’ joħroġ l-ordni li l-ħwejjeġ ta’
taħt u ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit żmien qabel, u l-friex
li kien użat ftit żmien qabel, għandhom jitnaddfu mid-
dud u, jekk jinħtieġ, ikunu diżinfettati. Il-merkanzija li
titlaq minn xi area infettata bil-pesta u x’aktarx li fiha
l-firien jew dud moqżież li jġorru l-pesta, tista’ tinħatt
biss bil-patt illi għandu jsir kull ma huwa meħtieġ,
għas-sodisfazzjon tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern,
sabiex dawk il-firien u dud moqżież jinqerdu kollha.
(b) Fil-każ ta’ kolera, jista’ joħroġ ordni li l-ħwejjeġ ta’
taħt u ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit żmien qabel, u l-friex
li kien użat ftit żmien qabel, ikunu diżinfettati.
Minbarra dak li jintqal f’dan il-paragrafu, l-
importazzjoni tal-ħut frisk, frott tal-baħar, ħaxix, frott
u ħwejjeġ oħra ta’ l-ikel illi, fil-fehma ta’ l-Awtorità
Sanitarja, setgħu tniġġżu jew tħammġu, tista’ ma tiġix
permessa kemm-il darba ma jkunux għaddew minn xi
proċess maħsub sabiex jinqerdu l-vibrios tal-kolera.
(ċ) Fil-każ ta’ tifu, jista’ joħroġ ordni li ħwejjeġ ta’ taħt u
ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit żmien qabel, u l-friex li
kienu użati ftit żmien qabel, kif ukoll ċraret mhux
mgħobbijin bil-gzuz bħala merkanzija, għandhom
ikunu mnaddfin mid-dud.
(d) Fil-każ ta’ ġidri, jista’ joħroġ ordni li ħwejjeġ ta’ taħt
u ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit żmien qabel, u l-friex li
14 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
kien fl-użu ftit żmien qabel, kif ukoll ċraret mhux
mgħobbijin bil-gzuz bħala merkanzija, għandhom
ikunu diżinfettati.
L-importazzjoni ta’ ċraret mgħobbijin bil-gzuz
bħala merkanzija titħalla ssir jekk uffiċjalment jiġi
ppruvat lill-uffiċjal mediku tal-port illi dawk iċ-ċraret
kienu f’area minn jew li taħt it-tmexxija ta’ l-awtorità
sanitarja ta’ hemmhekk għaddew minn xi proċess
sabiex jitneħħa l-perikolu tat-tniġġiż.
Posta. 28. Xejn f’dawn ir-Regolamenti ma jawtorizza li tinżamm, tiġi
diżinfettata jew meqruda ebda ħaġa f’xi valiġġa tal-posta (minbarra
pakki postali) li taqa’ taħt l-amministrazzjoni postali ta’ xi gvern,
jew li jindaħal fit-tagħbija abbord u l-kunsinna lill-Uffiċċju tal-
Posta ta’ xi valiġġa bħal din (minbarra pakki postali).
Taqsima V
Ġenerali
Setgħat ta’ l-
uffiċjal mediku tal-
port.
29. (1) L-uffiċjal mediku tal-port jista’ jitla’ fuq kull
bastiment, ikun liema jkun il-port minn fejn ikun telaq, u jinvista
kull persuna li tkun abbord. Huwa jista’ jordna li jinġiebu
quddiemu l-kotba u d-dokumenti tal-bastiment, u juża kull mezz
skond il-liġi li lilu jidher li jixraq, sabiex jiżgura ruħu mill-istat tas-
saħħa tan-nies abbord u l-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastiment.
(2) L-uffiċjal mediku tal-port jista’, u, jekk hekk ordnat mit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern, ikollu -
(a) jinvista lil kull min ikollu mard li jittieħed li jkun
abbord ta’ bastiment;
(b) jinvista lil kull persuna li tkun abbord ta’ bastiment
meta jkun hemm għalfejn wieħed raġjonevolment
jaħseb illi abbord tal-bastiment jinsab jew jista’ jkun li
jinsab mard li jittieħed jew illi xi nies abbord tal-
bastiment setgħu ħadu xi marda li tittieħed matul is-
safra tal-bastiment jew matul it-tliet gimgħat minnufih
qabel ma l-bastiment ikun wasal;
(ċ) jinvista lil kull min ikun abbord ta’ bastiment li
wieħed raġjonevolment jaħseb li għandu d-dud;
(d) iżomm, biex tiġi invistata, sew abbord tal-bastiment
jew f’xi mkien fuq l-art, kull persuna li, bis-saħħa ta’
dan ir-regolament, huwa għandu s-setgħa jew l-ordni li
jinvista;
(e) iġiegħel li kull persuna u ħwejġu, jew kull ħaġa li tkun
tiegħu, jiġu mnaddfin u diżinfettati;
(f) ma jħallix illi tinżel mill-bastiment persuna ħlief
skond dawk il-kundizzjonijiet li lill-uffiċjal mediku
tal-port jidhru li huma tabilħaqq meħtiġa sabiex l-
infezzjoni ma tinxteredx;
(g) jordna lill-kaptan tal-bastiment li jagħmel jew jgħin
f’dak kollu li, fil-fehma ta’ l-uffiċjal mediku tal-port,
huwa tabilħaqq meħtieġ sabiex l-infezzjoni ma
tinxteredx minn xi persuna, għall-qirda tad-dud u
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 15
firien u biex titneħħa l-infezzjoni minn fuq il-
bastiment, kif ukoll dawk iċ-ċirkostanzi li jippermettu
li abbord tal-bastiment jkun hemm firien u dud.
Avviż mill-
Awtorità  Sanitarja.
30. (1) L-Awtorità  Sanitarja tista’ tavża bil-miktub lill-kaptan
ta’ bastiment sabiex iġġiegħlu -
(a) ma jorbotx l-bastiment tiegħu ma’ bankina jew pont
jew b’mod ieħor max-xatt;
(b) ma jorbotx l-bastiment tiegħu ma’ bankina jew pont
jew b’mod ieħor max-xatt ħlief jekk il-bastiment ikun
miżmum ’il bogħod ta’ mill-inqas metru punt tnejn;
(ċ) ma jorbotx l-bastiment tiegħu ma’ bankina jew pont
jew b’mod ieħor max-xatt ħlief jekk kollha kemm
huma l-gumni, ċimi, ħbula u rmiġġ ieħor tax-xatt ma
jkollhomx mezzi ta’ lqugħ mill-firien għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja, mqiegħdin mhux
inqas minn metru punt tnejn u lanqas iżjed minn metru
punt tmienja bogħod mill-ġenb tal-bastiment;
(d) li jżomm kull gumna, ċima, ħabel jew irmiġġ ieħor
max-xatt miksijin bil-qatran frisk għat-tul ta’ mhux
inqas minn metru bogħod mill-ġenb tal-bastiment u
għal dan il-għan iġedded il-kisi tal-qatran mill-anqas
kull ħamest ijiem;
(e) iżomm hekk ukoll miksi bil-qatran in-naħa ta’ barra
tal-luna jew għata ieħor ta’ rmiġġ max-xatt;
(f) ibajjad kull filgħaxija bejn il-ħamsa u s-sitta, kull
skalapiża li mill-bastiment tagħti għall-bankina, pont
jew xatt, għal tul ta’ mhux inqas minn metru punt
tmienja mill-ġenb tal-bastiment u għall-wisa’ tagħha
kollha, u li jħalli dawl jixhel fin-naħa ta’ l-iskalapiża li
tmiss mal-bastiment minn inżul sa tlugħ ix-xemx;
(g) iżomm il-port holes kollha tal-bastiment fuq il-ġenb li
jagħti għall-bankina, pont, jew xatt magħluqin jew
milqugħin sabiex il-firien ma jkunux jistgħu jgħaddu,
kemm-il darba l-bastiment ma jkunx miżmum ’il barra
mill-bankina, pont, jew xatt, bogħod mill-inqas metru
punt tmienja;
(2) In-nefqa għal dawn ix-xogħlijiet joħroġha l-kaptan tal-
bastiment.
(3) Jekk kaptan ta’ bastiment li jkun ingħata avviż bil-miktub
jonqos li joqgħod għal dak li jingħad fih, huwa jkun ħati ta’
kontravvenzjoni.
Bastiment 
mgħobbi żżejjed.
31. L-uffiċjal mediku tal-port jista’ ukoll joħroġ dawk l-
ordnijiet l-oħra li jidhirlu li jkunu meħtiġa, dwar bastiment li jkun
għabba nies żejda jew li l-kundizzjonijiet sanitarji li jkun hemm fih
ikunu hekk ħżiena li x’aktarx jgħinu fit-tixrid tal-mard li jittieħed.
Tagħrifa.
tal-port jew lill-uffiċjal spettur, liema fosthom jitla’ l-ewwel
abbord, b’kull każ ta’ mard li jittieħed li jkun hemm abbord tal-
16 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
bastiment u b’kull ċirkostanza abbord li x’aktarx tista’ ġġib l-
infezzjoni jew it-tixrid ta’ mard li jittieħed, kif ukoll iċ-ċirkostanza
li abbord instabu firien mejta jew mard fost il-firien fuq il-
bastiment.
Bastiment jitqies 
infettat sakemm 
ma jkollux il-
pratka.
33. (1) Kull bastiment li jasal fil-limiti ta’ Malta jitqies li jkun
ġie minn xi area infettata sakemm ma jkollux il-pratka minn għand
l-uffiċjal mediku tal-port jew f’ismu minn uffiċjal spettur.
(2) L-uffiċjal mediku tal-port jew uffiċjal spettur għandhom
jagħtu l-pratka lil bastiment minnufih malli dawn il-kundizzjonijiet
li ġejjin ikunu ġew imħarsin:
(a) il-mistoqsijiet fil-forma preskritta għandhom
jintwieġbu bir-reqqa u f’kollox, bil-miktub, mill-
kaptan tal-bastiment, u kull mistoqsija oħra li l-uffiċjal
mediku tal-port jew l-uffiċjal spettur jidhirlu xieraq li
jagħmel lill-kaptan jew lil xi ħaddieħor abbord jew
dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastiment, is-saħħa
tal-passiġġieri u ta’ l-ekwipaġġ, jew ta’ xi bastiment li
miegħu kien hemm kuntatt dirett matul is-safra,
għandha tkun imwieġba bir-reqqa u għal kollox mill-
persuna li lilha jsiru l-mistoqsijiet;
(b) it-tweġibiet għandhom juru biċ-ċar li ebda marda li
tittieħed ma kien hemm abbord matul is-safra jew meta
l-bastiment jasal, u li l-bastiment ma daħal fl-ebda area
infettata u lanqas ma kellu ebda kuntatt dirett matul is-
safra ma’ ebda bastiment minn xi area infettata jew li
kellu abbord xi marda li tittieħed u jkollu juri, għas-
sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal mediku tal-port jew lill-
uffiċjal spettur, illi l-pratka meta tingħata ma ġġib
ebda periklu lis-saħħa pubblika.
Konformità . 34. Kull min japplikaw għalih dawn ir-Regolamenti għandu
joqgħod għall-ordnijiet, ħtiġiet jew kundizzjonijiet kollha mogħtija
mill-Awtorità  Sanitarja jew uffiċjal ieħor li għandu s-setgħa skond
dawn ir-Regolamenti, u jkollu jagħti dak it-tagħrif kollu li kif
jixraq huma jkunu talbu (kif ukoll it-tagħrif dwar l-isem ta’ min jiġi
mistoqsi, fejn ikun sejjer u fejn joqgħod).
Sottomissjoni għal 
vista.
35. Kull min jitqiegħed taħt osservazzjoni bis-saħħa ta’ dawn
ir-Regolamenti jkollu joqgħod għal kull vista li l-Awtorità  Sanitarja
jidhrilha meħtieġa.
Sorveljanza ma 
tistax tinbidel 
f’osservazzjoni.
36.  Kull meta dawn ir-Regolamenti jaħsbu għal sorveljanza,
din ma tistax tinbidel f’osservazzjoni ħlief -
(a) f’ċirkostanzi li fihom is-sorveljanza ma tkunx tista’
ssir bir-reqqa meħtieġa; jew
(b) jekk ikun hemm is-suspett li r-riskju tad-dħul ta’
infezzjoni f’dawn il-Gżejjer huwa eċċezzjonalment
serju; jew
(ċ) jekk il-bniedem li jkun ser jitqiegħed taħt sorveljanza
ma jistax jagħti garanziji sodisfaċenti dwar dak li hi
saħħa.
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 17
Rmiġġ ta’ 
kwarantina.
37. Il-bastimenti li jaslu minn arei infettati jistgħu jkunu
ordnati li jsorġu fi rmiġġ ta’ kwarantina. Il-bastimenti li jaslu minn
xi mkien ieħor jistgħu, meta l-Awtorità  Sanitarja jkollha għalfejn
tissuspetta, ikunu wkoll ordnati li jsorġu fl-imsemmi rmiġġ.
Bastiment ma 
jitqsiex li daħal 
f’port.
38. Bastiment ma jitqsiex li "daħal f’port" jekk, mingħajr ma
jkun resaq ma’ l-art, ikun biss niżżel passiġġieri u l-bagalji
tagħhom, u l-valiġġa, jew jekk ikun tella’ abbord biss valiġġa jew
passiġġieri, bil-bagalji tagħhom jew mingħajrhom, li ma kienux
resqu mal-port jew ma’ area infettata.
Bastiment jaqa’ 
taħt dawn ir-
Regolamenti.
39. Kull bastiment li fuqu, waqt is-safra (jew meta s-safra tkun
damet iktar minn sitt ġimgħat matul l-aħħar sitt ġimgħat), kien
hemm xi każ suspett, jew li beda juri, iżda mhux għal kollox, li hu
pesta, kolera, deni isfar, tifu, ġidri jew mard ieħor li jittieħed, jaqa’
taħt dawn ir-Regolamenti.
Teħid ta’ firien, 
ħajjin jew mejtin.
40. L-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa jkunu jistgħu jieħdu
minn kull bastiment li jasal fl-ibħra ta’ Malta, jew li jsorġi fihom,
firien, ħajjin jew mejtin, sabiex jeżaminawhom.
Sensja biex wieħed 
jitla’ jew jinżel 
minn bastiment.
41. Ħadd, ħlief persuna li tkun qiegħda taqdi xi funzjoni ta’
dawn ir-Regolamenti, ma għandha, mingħajr il-permess ta’ l-
uffiċjal mediku tal-port jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  Sanitarja,
jitla’ jew jinżel minn bastiment sakemm ma jkunx ħa l-pratka; u l-
kaptan tal-bastiment għandu jagħmel kull ma jinħtieġ sabiex din id-
disposizzjoni tkun imħarsa:
Iżda l-bdoti jkunu jistgħu jitilgħu abbord il-bastimenti
qabel ma dawn jieħdu l-pratka, sabiex idaħħluhom ġewwa l-port
jew joħorġuhom barra. Huma għandhom joqogħdu għal kull ma
jgħidilhom l-uffiċjal mediku tal-port.
Projbizzjoni ta’ 
komunikazzjoni 
ma’ bastiment li 
jkun fil-
kwarantina.
42. Ħadd ma jitħalla, mingħajr il-permess ta’ l-uffiċjal mediku
tal-port, li jikkomunika jew jersaq fejn, bastiment li jkun fil-
kwarantina.
Approvazzjoni 
mit-Tabib 
Prinċipali tal-
Gvern biex jieħu l-
faħam u jgħabbi 
provvisti.
43. Bastimenti infettati jew suspettati jitħallew, fil-kwarantina,
jieħdu l-faħam, u jgħabbu, u jieħdu provvisti ta’ ilma u ikel,
b’dawk il-prekawzjonijiet illi t-Tabib Prinċipali tal-Gvern ikun
ordna.
Negozju bejn il-
kaptani u l-aġenti 
tagħhom.
44. In-negozju bejn il-kaptani u l-aġenti tagħhom, jew nies
oħra, jista’ jsir b’dawk il-prekawzjonijiet li jordna minn żmien għal
ieħor l-uffiċjal mediku tal-port.
Dgħajjes tal-
bastiment.
45. Kemm iddum il-kwarantina, id-dgħajjes tal-bastiment
għandhom jinżammu abbord minn inżul sa tlugħ ix-xemx, u f’dawn
il-ħinijiet l-iskalapiżi u s-slielem tal-ħbula għandhom jintrefgħu.
Gwardjani.
abbord kull bastiment li jinżamm fil-kwarantina.
Ordnijiet dwar is-
saħħa.
47. Kull min jikkomunika ma’ nies fil-kwarantina jew li jmur
abbord ta’ bastiment fil-kwarantina, bil-permess jew mingħajr il-
permess ta’ l-uffiċjal mediku tal-port, ikollu joqgħod għall-
ordnijiet kollha dwar is-saħħa li l-uffiċjal mediku tal-port jordnalu.
Ismijiet u tagħrif 
ieħor.
48. Il-passiġġieri kollha, meta jinżlu fl-istazzjon tal-
18 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
kwarantina, ikollhom jagħtu isimhom u tagħrif ieħor lill-uffiċjal
inkarigat, li jniżżel isimhom fir-reġistru ta’ l-uffiċċju.
Kmamar lill-
passiġġieri.
49. L-uffiċjal inkarigat mill-istazzjon tal-kwarantina iqassam
il-kmamar lill-passiġġieri u kull passiġġier ikun ipprovdut bil-
kumditajiet meħtieġa, bla ħlas. Kumditajiet oħra barranin
jingħataw bi ħlas lill-passiġġieri, u jitħallsu b’rata maħruġa mit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern.
Passiġġieri ma 
jitħallewx jidħlu 
fil-kmamar tal-
passiġġieri l-oħra.
50. Il-passiġġieri ma jitħallewx jidħlu fil-kmamar tal-
passiġġieri l-oħra, jew joħorġu ’l hemm mil-limiti stabbiliti,
mingħajr il-permess tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern jew ta’ l-uffiċjal
mediku tal-port.
Passiġġieri 
jkollhom joqgħodu 
għall-
istruzzjonijiet.
51. Il-passiġġieri fl-istazzjon tal-kwarantina jkollhom
joqgħodu għal dak li jgħidilhom l-uffiċjal inkarigat, sew huwa
nnifsu kemm b’mezz ta’ ħaddieħor. Iżda jista’ jsir appell lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern.
Visti lil nies waqt li 
jkunu fl-istazzjon 
tal-kwarantina.
52. In-nies li jimirdu waqt li jkunu fl-istazzjon tal-kwarantina
jkunu nvistati mill-uffiċjal mediku tal-port imma jistgħu jkunu
nvistati wkoll minn tabib ieħor, li jikkomunika ma’ dawk il-morda
bil-prekawzjonijiet li jkunu ordnati mill-uffiċjal mediku tal-port u
approvati mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern. Dak it-tabib jista’
jitqiegħed taħt sorveljanza.
Bniedem taħt 
osservazzjoni.
53. Kull bniedem taħt osservazzjoni fl-istazzjon tal-kwarantina
għandu jkun dejjem spezzjonat mill-uffiċjal mediku tal-port qabel
ma tingħatalu l-pratka.
Impieg ta’ 
gwardjani tas-
saħħa.
54. Il-gwardjani tas-saħħa fl-istazzjon tal-kwarantina, jew
abbord tal-bastimenti, ikunu impjegati mit-Tabib Prinċipali tal-
Gvern.
Il-gwardjani tas-
saħħa huma biss 
għal għanijiet tas-
saħħa.
55. Il-gwardjani tas-saħħa huma biss għal għanijiet tas-saħħa.
Huma mhumiex marbutin li jaqdu dmirijiet oħra.
Drittijiet. 56. Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil dawk il-gwardjani
jinġabru mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern fuq mieta li tkun iffissata
mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa.
Kaptan li ma jkunx 
irid joqgħod għal 
dawn ir-
Regolamenti.
57. Il-kaptan ta’ bastiment fl-ibħra ta’ dawn il-Gżejjer, li ma
jkunx irid joqgħod għal dak li jitolbu dawn ir-Regolamenti jkun
jista’ jitlaq ’l barra mill-port, kemm-il darba huwa jgħarraf b’dan
lill-uffiċjal mediku tal-port. Il-bastiment ikun jista’ jniżżel il-
valiġġa jekk ikun iżolat.
Il-passiġġieri jistgħu wkoll, fuq talba tagħhom, jitħallew li
jinżlu minn abbord, bil-kundizzjoni illi joqgħodu għall-ordnijiet
kollha ta’ prekawzjoni li l-Awtorità  Sanitarja tagħmlilhom.
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 19
SKEDA
( Regolament 16)
L-EWWEL SKEDA
DERATTING CERTIFICATE (a) -  CERTIFICAT DE DERATISATION  (a)
DERATTING EXEMPTION CERTIFICATE (a) -  CERTIFICAT D’EXEMPTION DE LA 
DERATISATION  (a)
maħruġ skond l-artikolu 52 tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa -  délivré comformément à 
l’article 52 du Règlement Sanitaire International
(Ma għandux jittieħed mill-Awtoritajiet tal-Port) - ( Ce certificate ne doit pas être retiré par les 
authorités portuaires )
PORT TA’ PORT DE
Data ................................................... Date ...................................................
DAN IĊ-CERTIFIKAT juri l-ispezzjoni u Ġ d-deratting l-exemption Ħ (a)  f’dan il-port u fid-data fuqimsemmija
LE PRESENT CERTIFICAT atteste l’inspection
et Ġ
la 
d é ratisation 
l’exemption Ħ
(a)  en ce port et  à la date ci-dessus
tal-  Ġ bastiment 
intern Ħ
(a)  ta’  Ġ tunnellaġġ nett ta’ vapur li jsiefer
fl-intern 
Ħ (a) (f)
du navire
de Ġ tonage net dans le cas d’un navire dehaute mier Ħ (a) (f)tonnage ...... dans le cas d’un navire
de navigation int érieure
Fil-ħin ta’ Ġ l-ispezzjonid-deratting Ħ (a)  l-istivi kellhom tagħbija ta’ tunnellati ta’ merkanzija
Au moment de  Ġ l’inspection
la d ératisation
Ħ (a)  le cales  étaient chargées de   tonnes de cargaison
20 L.S.36.12 ħ SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET
KOMPARTI-
MENTI
(a)
TRAĊĊI 
TA’ 
FIRIEN
TRACES 
DE RATS 
(c)
LOK TAL_KENN TA’ 
FIRIEN
REGUGE A RATS
DERATTING -  DERATISATION
COMPAR
TMENTS  
(b)misjubatrouvés
(d)
trattati
supprimés
b’soffokazzjoni -  par 
fumigation
Fumiganti -  Gaz utilisé
Esposti (siegħat)-  Exposition 
(heures)
bil-qbid, nases jew 
velenu
par capture ou 
poison
Spazju 
(piedi 
kubi) 
Expaces 
(mètres 
cubes)
Kwantità  
wżata
Quantités 
employées 
(c)
Firien 
misju-
ba 
mejta
Rats 
trouvés 
morts
Nases jew 
veleni 
użati
Pièges ou 
poisons 
mis
Firien 
maqbuda 
jew 
maqtula
Rats pris 
ou tués
Stivi 1.
- 2.
- 3.
- 4.
- 5.
- 6.
- 7.
Cales  1.
- 2.
- 3.
- 4.
- 5.
- 6.
 - 7.
Spazju tax-
shelter deck ......
Entrepont
Spazju fejn 
jinżamm il-
faħam ...............
Soute à 
charbon
Kamra tal-
makni u shaft 
alley .................
Chauffer-
ies tunnel 
de l-arbre
Parti ta’ 
quddiem ta’ l-
istiva tal-pruwa 
u kamra tad-
depożt ..............
Peak 
avant et 
magasin
Parti ta’ wara 
ta’ l-istiva tal-
poppa u kamra 
tad-depożt ........
Peak 
arrière et 
magasin
Dgħajjes tas-
salvataġġ ..........
Canots de 
sauvetage
Kmamar tal-
Mapep u tal-
wireless ............
Chambre 
des 
cartes. 
T.S.F.
Kċina ............... Cuisines 
Pantry ............. Cambuses
Kmamar tad-
depożt tal-
proviżjonijiet ...
Soute a 
vivres
Kwartieri 
(ekwipaġġ) .......
Postes 
(equip-
age) 
Kwartieri 
(uffiċjali) .........
Chambres 
(officiers)
Kwartieri 
(passiġġieri tal-
Kabina) ............
Cabines 
(passag-
ers)
Kwartieri 
(passiġġieri tat-
Tielet Klassi) ...
Postes 
(emigra-
nts)
TOTAL  TOTAL
SAĦĦA GĦALL-PORTIJIET ġ L.S.36.12 21
(a)  Ħassar l-indikazzjonijiet mhux meħtieġa -
Rayer les mentions inutiles.
(d)  Xejn, ftit, numru moderat, jew ħafna. -  Néant,
peu, passablement ou beaucoup.
(b)  F’każ li xi wieħed mill-kompartimenti
msemmija ma jkunx jeżisti fuq il-bastiment
jew fuq il-vapur li jinnaviga fl-intern, dan il-
fatt għandu jissemma. -  Lorsqu’un des
compartiments énumérés n’existe pas sur la
navire, on devra la mentionner expressément.
(e)  Għid il-piż ta’ kubrit jew ta’ ċjanur jew il-
kwantità  ta’ aċidu HCN użat. -  Indiquer les
poids de soujre ou de cyanure ou la proportion
d’acide cyanhydique.
(f)  Speċifika jekk japplikax għal spostament
metriku jew xi metodu ieħor biex jiġi stabbilit
it-tunnellaġġ. -  Spécifer s’il s’agit de
déplacement méterique ou, sinon, de quel
autre tonnage il s’agit.
(c)  Provi qodma jew reċenti ta’ excreta, runs jew
tgerrim. -  Traces anciennes ou récentes
d’excrements, de passages ou de rongments.
RAKKOMANDAZZJONIJIET MAGĦMULA -  OBSERVATIONS. -  Fil-każ ta’ eżenzjoni, għid 
hawnhekk il-miżuri li jkunu ttieħdu biex il-bastiment jew il-vapur li jinnaviga fl-intern jinżamm f’dik 
il-kundizzjoni illi n-numru ta’ firien abbord ikun negliġibbli. -  Dans le cas d’exemption, indiquer ici les 
mesures prises pour que le navire soit maintenu dans les conditions telles que le nombre de rats à bord 
soit négligeable.
Siġill, isem, kwalifiki u firma ta’ l-ispettur. -  Cachet, nom, qualité et signature de l’inspectuer.
Miżjuda: IT-TIENI  SKEDA
A.L. 69 ta’ l-1961.
Sostitwita :
A. L. 68 ta’ l-1989.
(Regolament 17)
L-Ewwel Kolonna  It-Tieni Kolonna
Tunnellaġġ Nett Drittijiet
Lm ċ m
Sa 1,000 tunnellata 10.00,0
’Il fuq minn 1,000 sa 3,000 tunnellata 15.00,0
’Il fuq minn 3,000 sa 10,000 tunnellata 20.00,0
’Il fuq minn 10,000 sa 20,000 tunnellata 30.00,0
’Il fuq minn 20,000 sa 50,000 tunnellata 35.00,0
’Il fuq minn 50,000 tunnellata 45.00,0
