TESTIJIET DJANJOSTIĊI TAL-BHEJJEM ġ L.S.36.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.13
REGOLAMENTI DWAR TESTIJIET 
DJANJOSTIĊI TAL-BHEJJEM
28 ta’ Marzu, 1947
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 48 ta’ l-1947.
Titolu.
Testijiet Djanjostiċi tal-Bhejjem.
Testijiet 
djanjostiċi.
2. Il-veterinarju tal-gvern jista’ jagħmel testijiet djanjostiċi
fuq kull bhima għall-fini li jagħraf u jikkontrolla marda, kull meta
jidhirlu li hemm bżonn.
Kif it-testijiet 
għandhom isiru.
3. Dawn it-testijiet għandhom isiru mill-veterinarju tal-gvern
jew assistent veterinarju, jew minn persuna awtorizzata mill-
veterinarju tal-gvern.
Immarkar ta’ 
bhima li tinsab 
imniġġsa b’marda.
4. Kull bhima li tinsab imniġġsa b’marda kif djanjostikata
għandha tkun immarkata b’mod illi għal quddiem tkun tista’
tingħaraf.
Immarkar ta’ l-
ifrat.
5. Il-frat kollha li jkunu ttestjati għat-tuberkolożi għandhom
ikunu mmarkati b’mod illi għal quddiem ikunu jistgħu jingħarfu.
Testijiet ta’ 
bhejjem.
6. Is-sidien jew persuni li jippossjedu bhejjem għandhom
jieħdu l-bhejjem fiċ-ċentri tat-testijiet kif u meta jkunu mitluba
biex jagħmlu hekk b’avviż ġenerali maħruġ mill-veterinarju tal-
gvern u ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern jew b’avviż speċjali
ndirizzat lis-sid jew persuna li tippossjedi frat, sabiex dawn l-ifrat
ikunu ttestjati.
Bejgħ u 
disponiment ta’ 
bhejjem.
7. Ħadd ma jista’ jbiegħ jew jiddisponi xort’oħra minn frat
jekk u sakemm ma jiksibx ċertifikat li jgħid illi dawk l-ifrat fi
żmien xahar qabel il-bejgħ jew qabel ma jiddisponi minnhom ġew
ittestjati effettivament għat-tuberkolożi u nstab li m’għandhomx il-
marda. Dan iċ-ċertifikat għandu jissejjaħ iċ-ċertifikat tat-test tat-
tuberkolożi, u għandu jingħata u jkun iffirmat mill-veterinarju tal-
gvern.
Trasport minn 
Għawdex għal 
Malta.
8. Ħadd ma jista’ iġorr jew iġiegħel li jinġarru ebda frat minn
Għawdex għal Malta jew kontra, jekk u sakemm ma jinkisibx
ċertifikat li jgħid li dawk l-ifrat, fi żmien xahar qabel it-trasport,
ġew ittestjati għat-tuberkolożi u nstab li m’għandhomx il-marda.
Ħalib nej u prodotti 
tal-ħalib.
9. Ħadd ma jista’ jbiegħ, iqiegħed għall-bejgħ jew jiddisponi
xort’oħra minn ħalib nej jew prodotti tal-ħalib li ġej minn frat meta
dak ikun jaf li l-ifrat għandhom it-tuberkolożi. Il-veterinarju tal-
gvern għandu jiddisponi x’għandu jsir minn dak il-ħalib nej u/jew
il-prodotti tiegħu.
Test tat-
tuberkolożi.
10. It-test tat-tuberkolożi għandu jkun jew -
(a) it-test intradormali doppju, jew
(b) it-test intradermiku komparattiv.
